Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA jgħix f 'Għajnsielem' – Franco Ciangura Ciangura qalilna, "kien proprju fl-1 ta' Mejju tas-sena li għaddiet meta dħalt fl- uffiċċju tal-kunsill biex nibda l-ħidma tiegħi bħala sindku tar-raħal tagħna. Niftakar sew dak il-mument qabel poġġejt fuq is-siġġu, quddiemi rajt mappa kbira ta' Għajnsielem u f 'moħħi bdew ġejjin ħafna ħsibijiet. Ħassejt ukoll bħal piż nieżel fuqi u responsabbiltà li qatt ma ħassejt qabel. Ħassejt li minn issa 'l quddiem għandi nagħmel dak kollu possibbli għall-ġid ta' Għajnsielem tagħna. Sintendi, mhux waħdi, imma ma' sħabi l-kunsilliera u mal-poplu Għajnselmiż. "Issa li għaddiet sena f 'dan ir-rwol ġdid tiegħi, nistqarr li mhux faċli, għalkemm ilni impenjat u naħdem għar-raħal tagħna sa minn età żgħira f 'diversi għaqdiet u kumitati. Id-differenza hi li fejn qabel kont nistinka u nagħmel minn kollox għall-għaqda li tkun, issa ridt naħseb f 'kulħadd u nistinka għal kulħadd: kull persuna, kull għaqda u r-raħal kollu. Il-kunsill jemmen ħafna fl-għaqda, fid-djalogu u l-konsultazzjoni ma' kulħadd. Irridu lil kulħadd iwassal mhux biss l-ilmenti iżda anke s-suġġerimenti." Is-sindku Għajnselmiż temm din l-intervista bi kliem speċjali għall-okkażżjoni tal-ftuħ tal-Pjazza tad-Dehra, "Il-viżjoni li ra Anġlu Grech saret realtà. Bħalma ħadmu flimkien l-Għajnselmiżi ma' Anġlu u għamlu minn kollox biex ir-raħal li kien fil-bidu tiegħu baqa jikber u jimxi 'l quddiem, aħna għandna nagħmlu bħalhom biex inħallu raħal aħjar milli sibnieh." Proġett ieħor tal-Kunsill: Inkwadru b'Għajnsielem warajh għar-ritratt memorabbli Ritratt artistiku tal-pjazza meħud minn Joseph Sultana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016