Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Id-difensur aristokratiku Sports 35 ħlief Paolo Maldini. Jekk inħarsu lejn il-karriera ta' Alessandro Nesta man-nazzjonal Taljan, naraw li kellu karriera b'riżultati pjuttost tajbin iżda fl-istess ħin, huwa diffiċli ssib plejer li kien sfortunat iżjed minnu. Dan għaliex l-eksplejer ta' Lazio u AC Milan, weġġa' fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, huwa kien weġġa' fil-partita kontra l-Awstrija fejn kellu jitlef il-kwarti tal-finali kontra Franza, fejn l-Italja kienet megħluba wara l-għoti tal-penalties. Erba' snin wara, Nesta reġa' kien protagonist fin-negattiv meta kellu jitlef il-partita kontroversjali valida mill-aħħar 16 kontra l-Korea t'Isfel, fejn l-Italja kienet megħluba dakinhar ukoll. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, li t-Taljani kienu rebħu għar-raba' darba, Nesta kien weġġa' fl-ewwel taqsima fl-aħħar partita tal-fażi tal- gruppi kontra r-Repubblika Ċeka, fejn minfloku kien daħal Marco Materazzi. Probabbilment, il-Kampjonati Ewropej tal-2000 li kienu saru fl-Olanda u fil-Belġju, u li kienu ntrebħu minn Franza, kienu l-aqwa tournament għal Nesta man-nazzjonal fejn apparti l-fatt li kienu waslu sal-finali, huwa ma kienx sofra injury waħda, li għalih sa ċertu punt kien 'trijonf ' personali. Kalċistikament, Nesta kien wieħed mill-aħħar plejers meqjusa bħala bnadar kemm fl-Italja kif ukoll madwar l-Ewropa, fejn għadu maħbub kemm mill-partitarji Lazjali kif ukoll minn dawk Milanisti. Huwa persuna ta' ċertu kariżma u difensur sinjur fejn jidħlu karatteristiċi tekniċi u tattiċi, li wassal għall-isem li tajnih aħna: id- difensur aristokratiku. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minnn meta kont żgħir, dejjem kont inħobb il-futbol, u x-xewqa prinċipali tiegħi dejjem kienet dik li nsir futboler. X'tikkummenta fuq iż-żmien li qattajt tilgħab ma' Lazio? Iż-żmien li qattajt nilgħab ma' Lazio jirrapreżenta ż-żgħożija tiegħi. Kien żmien mill-isbaħ u nħossni onorat ħafna li għal diversi snin kont ukoll il-captain ta' dan it-tim mill-kapitali Taljana. U ma' AC Milan? Ma' AC Milan kien żmien inkredibbli mmens u indeskrivibbli, fejn lgħabt ma' diversi plejers, li dak iż-żmien kienu fost l-aqwa fid-dinja u rbaħt dak kollu li għandu x'joffri l-futbol mondjali. Ma nista' ninsa qatt dik l-esperjenza mar-Rossoneri! Issegwi lit-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ kompatrijott Taljan, Pietro Ghedin? Iva. Naħseb li Pietro Ghedin qed jagħmel xogħol mill-aqwa fit-tmun tat-tim nazzjonali Malti bħala kowċ. Bħalissa tinsab fl-Istati Uniti, fejn qed tikkowċja lil Miami FC. Kif sejjer u kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala kowċ? Inħossni sejjer tajjeb ħafna bħala kowċ ta' Miami FC, fejn dejjem qed nitgħallem iktar affarijiet ferm interessanti relatati mal-kowċing. Qed naspira li nkompli nikseb iktar riżultati tajbin ma' dan it-tim. Rigward il-futur tiegħi, ma nistax nitkellem għax ħadd ma jaf x'hemm lest għalih. X'tikkummenta fuq is-sitwazzjoni prekarja li jinsabu għaddejjin minnnha l-eks timijiet li kont tilgħab magħhom, AC Milan u Lazio? Nippreferi li ma nitkellimx fuq is-sitwazzjoni preżenti kemm ta' AC Milan kif ukoll ta' Lazio, minħabba r-rispett assolut li għandi lejhom. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jimxu fuq il-passi tiegħek u jagħmlu karriera mill-aqwa fil-futbol. Dejjem segwu l-ħolm tagħkom u taqtgħu qalbkom qatt! Jien dejjem kont ngħid lili nnifsi dan il-kliem, u nħoss li rnexxieli nasal fejn xtaqt u nikseb dak kollu li kelli f 'moħħi! "Ma' AC Milan kien żmien inkredibbli mmens u indeskrivibbli, fejn lgħabt ma' diversi plejers, li dak iż-żmien kienu fost l-aqwa fid-dinja u rbaħt dak kollu li għandu x'joffri l-futbol mondjali" Twieled f 'Ruma fid-19 ta' Marzu tal-1976 Iddebutta ma' Lazio fl-1994, ġimgħa qabel ma għalaq 18 u l-prestazzjonijiet tiegħu wassluh biex jilbes il-faxxa ta' captain fl-1997 Fis-sajf tal-2002, minkejja li ma xtaqx jitlaq mill-kapitali, ingħaqad ma' AC Milan għas- somma ta' €30 miljun Probabbilment, il-Kampjonati Ewropej tal- 2000 kienu l-aqwa tournament għal Nesta man-nazzjonal Taljan Bħalissa, huwa l-kowċ ta' Miami FC fl-Istati Uniti Alessandro Nesta