Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum SPORTSillum 27 Id-dinja tibki lill-boxer leġġendarju Muhammad Ali minn Cristian Antony Muscat KULL min isegwi l-isport mondjali lbieraħ filgħodu qam maħsud hekk kif sema' bl-aħbar tal-mewt tal-boxer leġġendarju Muhammad Ali, li ħalla din id-dinja fl-età ta' 74 sena. L-eks champion mondjali tal-boxing heayweight u wieħed mill- iktar sportivi popolari u ta' suċċess ta' kull żmien miet fi sptar fil-belt Amerikana ta' Phoenix f 'Arizona fil- lejl ta' bejn il-Ġimgħa 3 u s-Sibt 4 ta' Ġunju wara li kien iddaħħal l-isptar nhar il- Ħamis 2 ta' Ġunju. L-isem propju ta' Muhammad Ali huwa dak ta' Cassius Marcellus Clay u l-ewwl suċċes rimarkabbli fil-karriera tiegħu u li sparah għall- fama internazzjonali kien dak miksub fl-Olimpjadi ta' Ruma fl-1960 meta ken rebaħ il-medalja tad- deheb fil-kategorija light- heavyweight tal-boxing. Imlaqqam bħala l-aqwa wieħed ("The Greatest"), erba' snin wara huwa kien għeleb lil Sonny Liston biex rebaħ l-ewwel titu mondjali tiegħu biex sar l-ewwel boxer li rebaħ titlu heavy- weight tal-boxing fi tliet darbiet separati. Evenetwalment, huwa rtira fl-1981, fejn kien rebaħ ammont inkredibbli ta' 56 ġlieda mill-61 li kkompeta fihom, fejn rebaħ 37 ġlieda minnhom permezz ta' knock-out. Iżda, barra mir-ring tal-boxing, wieħed ma jridx jinsa wkoll li kien jikkampanja favur drittijiet ċivili, irrispettivament minn sport, razza u nazzjonalità, waqt li kien ukoll poeta. Wara li rtira mill-boxing, huwa kien qed jidher bosta drabi jirtogħod waqt li wieħed beda jsibha diffiċli biex jifhmu jitkellem. Dan kien kollu kawża tal-marda qerrieda li twassal għall-mewt, tal- Parkinson li Muhammad Ali kien ilu jbati minnha għal snin twal. Iżda ta' verament leġġenda li hu, din il-marda ma tantx qatgħetlu qalbu milli jaċċetta stediniet pubbliċi, fejn riċentament huwa deher diversi drabi fuq programmi tat-televixin jagħti messaġġ ta' kuraġġ lil kull min kien qed isegwih fejn dejjem ġie milqugħ bħala eroj. Barra minn hekk lura fl-1996 huwa xegħel it-Torċa Olimpika fl-Olimpjadi tal- 1996 li kienu saru f 'Atlanta fl-Istati Uniti waqt li fiċ-ċerimonja inawgurali tal-Logħob Olimpiku f 'Londra fl-2012 kien ġarr il-bandiera Olimpika. Marc Marquez jirbaħ il-pole position ta' Katalunja IS-SEWWIEQ fenomenu Spanjol u erba' darbiet champion tad-dinja tal- Moto GP, Marc Marquez rebaħ il-pole position tal-Katalunja, fejn għadda bi ftit lill-kompatrijotti Spanjoli iżda rivali kbar, Jorge Lorenzo u Dani Pedrosa, li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. L-Ispanjol l-ieħor Hector Barbera se jkun qed jibda fir-raba' post, waqt li Valentino Rossi ddiżappunta hekk kif se jkun qed jibda biss mill-ħames post. Dan għalkemm fl-aħħar lap huwa wettaq rimonta tajba fejn mill-għaxar post irnexxielu jikseb il-ħames post tal-gradawtorja. Intant, kemm fil-pole position tal-bieraħ kif ukoll fil-Moto GP tal-lum qed tiġi użata trakka emendata. Dan wara l-mewta traġika tas- sewwieq Spanjol Luis Salom waqt sessjoni ta' prattika tal-Moto2 nhar il-Ġimgħa li għadda. Dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa tal- Moto GP illum fiċ-ċirkwit tal-Katalunja fi Spanja: 1. Marc Marquez - Repsol Honda Team 2. Jorge Lorenzo - Movistar Yamaha MotoGP 3. Dani Pedrosa - Repsol Honda Team 4. Hector Barbera - Avintia Racing 5. Valentino Rossi - Movistar Yamaha MotoGP 6. Maverick Viñales - Team Suzuki Ecstar 7. Cal Crutchlow - LCR Honda 8. Andrea Iannone - Ducati Team 9. Danilo Petrucci - Octo Pramac Yakhnich 10. Andrea Dovizioso - Ducati Team 11. Scott Redding - Octo Pramac Yakhnich 12. Pol Espargaro - Monster Yamaha Tech 3