Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 33 Illum isiru tiġrijiet internazzjonali tas-sewwieqa nisa fil-Korsa tal-Marsa ILLUM, fil-Korsa tal-Marsa se jkun hemm avveniment internazzjonali bil- parteċipazzjoni ta' sewwieqa nisa li ġejjin minn 11-il pajjiż Ewropew inkluż Malta. Għal dan il- għan, il-Kunsill tal-Malta Racing Club iddeċieda li d-dħul fil-korsa għan-nisa kollha jkun b'xejn. L-isport tat-tiġrijiet f 'Malta għadu ddominat mill-irġiel għalkemm fl- Ewropa tiġrijiet għan-nisa nkluż dawk Internazzjonali isiru fuq bażi regolari. Din hija r-raba' darba li l-Malta Racing Club qed jorganizza dan it-tip ta' avveniment bl-edizzjonijiet ta' qabel isiru fl-2011, 2012 u 2014 fejn dejjem kienu suċċess. Din is-sena għall-ewwel darba għandna 11-il sewwieq li se jkunu ġejjin minn 10 pajjiżi differenti u magħhom tingħaqad ir-rappreżentanta Maltija Laura Cunningham li ssuq regolarment fit-tiġrijiet organizzati mill-Malta Racing Club u għandha esperjenza konsiderevoli f 'dawn it-tip ta' tiġrijiet meta diġà rrappreżentat lil pajjiżna 13-il darba f 'tiġrijiet organizzati l-Iżvezja, l-Estonja, id- Danimarka, l-Olanda, il- Finlandja u n-Norveġja. L-avveniment ta' din is-sena ma kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna finanzjarja ta' Sport Malta li anke għenu fl-organizzazzjoni. Grazzi tmur ukoll għas-sidien kollha li kitbu ż-żwiemel tagħhom għal dawn it- tiġrijiet. It-12-il sewwieq ġejjin mill-Awstrija, id- Danimarka, l-Estonja, il- Finlandja, Franza, l-Italja, in-Norveġja, l-Olanda, l-Iżvezja, l-Ungerija u Malta. Ser isuqu f 'żewġ tiġrijiet għall-klassijiet Silver u Bronze fuq distanza ta' 2140m. Is- sewwieqa u s-sid rebbieħ jingħataw trofew filwaqt li ż-żiemel jieħu għata. Qabel isuqu, it-12-il sewwieq jiġu ppreżentati lill-pubbliku wara d-daqq tal-innijiet nazzjonali jiġu ppreżentati b'tifkira ta' parteċipazzjoni mis- Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius fil- preżenza taċ-Chairman ta' Sport Malta Luciano Busuttil u is-CEO Mark Cutajar kif ukoll iċ- Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg. Apparti t-tiġrijiet ġie mħejji programm ta' ospitalità għall- parteċipanti u dawk li qed jakkumpanjawhom li jinkludi ġurnata Għawdex fejn barra li ħa jżuru diversi siti kulturali se jagħmlu żjara ta' korteżija liċ-Chairperson tal-Gozo Horse Racing Association, is-Sinjura Mary Mifsud. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex illum wara nofsinhar jiġi l-korsa tal-Marsa sabiex jagħti s-sostenn tiegħu għal dan l-avveniment internazzjonali. Fl-istess ġurnata ikun hemm ukoll tiġrija oħra importanti li hija s-Sette Giugno Cup li fiha se jieħdu sehem għaxart iżwiemel tal-Klassi Premier. Din it-tiġrija qed tkun sponsorjata minn Chukkas Restaurant. Luxol itellfu l-aħħar ċans lil Ħamrun Spartans WARA staġun pożittiv li fih Ħamrun Spartans ġew f 'ras il-klassifika u għamluha għall-finali taż- żewġ kompetizzjonijiet, Luxol rebħu l-finali tan- knock-out tal-futsal. Din kienet logħba oħra li ntlagħbet bil-bibien magħluqa u li għalqet staġun ieħor ta' futsal. Fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet kienu bilanċjati hekk kif daħlu jistrieħu fi draw ta' 2-2. Fit-tieni minuta Florin Anton fetaħ l-iskor b'xutt li ħasad għal kollox lill- goalkeeper Ħamruniż Kevin Cassar. Fis-seba' minuta, Mark Zammit irdoppja l-iskor għal Luxol. Fl-aħħar żewġ minuti l-Ħamruniżi wettqu reazzjoni tajba hekk kif ġabu d-draw permezz ta' Madson Gaetano u George Frendo. Fit-tieni taqsima Luxol ħarġu determinati u qagħdu iktar attenti biex ma jaħlux l-okkażjonijiet biex jiskurjaw. Fl-ewwel minuta, minn korner ta' Celino Alves, Florin Anton li kien żmarkat irċieva l-ballun u spara fix-xibka. Sadanittant l-Ispartans tefgħu kollox fuq l-attakk hekk kif Frendo beda jinbidel kontinwament ma' Cassar bħala flying keeper. Fit-12-il minuta, kien imiss lil William Barbosa li jżid gowl ieħor għal Luxol biex jirbħu din il-finali. Carl Azzopardi wettaq ukoll doppjetta personali flimkien mal- gowl ta' Celino Alves biex aċċertaw li t-tazza tmur lejn St Andrews. Meta kien fadal 15-il sekonda għat-tmiem, it-tim Ħamruniż rema' x-xugaman u ż-żewġ settijiet ta' plejers ħadu b'idejn xulxin. Wara tmiem il-logħba, Raphael Felipe Ortiz de Oliveira ta' Ħamrun Spartans ingħata l-premju bħala t-top scorer tal- istaġun. Ingħataw ukoll il-medalji liż-żewġ timijiet u fl-aħħar nett il-captain ta' Luxol William Barbosa rċieva t-tazza minn idejn il-President tal-FMA Mark Borg. Plejers u uffiċjali ta' Luxol jifirħu bil-kbir wara li rebħu n-Knock-out tal-Futsal Ritratti : Joe Borg