Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 24 Kummerċjali Emirates toffri companion fares lejn destinazzjonijiet magħżula Bit-tnedija tal-arjuplan Boeing 777-300 il-ġdid li ser ikun qed itir kuljum lejn Malta mill-1 ta' Ġunju, Emirates qed tniedi skontijiet speċjali għal dawk il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw flimkien fl-Ewwel Klassi jew fil-Klassi tan- Negozju lejn Dubaj u lil hinn lejn bliet fil-Lvant Imbiegħed, fil-Lbiċ tal-Asja, l-Afrika t'Isfel jew l-Awstralażja. Żewġ passiġġieri li jivvjaġġaw flimkien fl-Ewwel Klassi jew fil-Klassi tan-Negozju jistgħu jibbenefikaw minn skont ta' 25 fil-mija fuq kull biljett tal-ajru. Il-passiġġieri li jivvjaġġaw waħedhom jistgħu wkoll jibbenefikaw minn skont ta' 20 fil-mija fuq il-Klassi tan-Negozju biss. Il-biljetti, inklużi t-taxxi, minn Malta lejn Dubaj jibdew minn €2,315 għal kull persuna fil-Klassi tan-Negozju u €3,271 fl-Ewwel Klassi. Filwaqt li biljetti lejn il-Lvant Imbiegħed fil-Klassi tan-Negozju jibdew minn €2,439, u lejn l-Afrika t'Isfel minn €3,042. In-noll għall-Ewwel Klassi lejn l-Awstralażja jibda minn €5,764 kull persuna. Din l-offerta tapplika biss meta ż-żewġ persuni jivvjaġġaw flimkien fuq l-istess booking. L-ibbukkjar u bejgħ tal-biljetti tal-ajru jridu jsiru bejn l-1 u t-30 ta' Ġunju 2016 għal vjaġġi bid- data ta' tluq mis-7 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Marzu 2017. F'ċertu dati l-offerta ma tapplikax. Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Għal żmien limitat, il-vjaġġaturi jistgħu jieħdu vantaġġ minn din l-offerta u jesperjenzaw id-differenza li Emirates toffri fl-isuites Privati tal-Ewwel Klassi jew sodod lie-flat fil-Klassi tan-Negozju. Dan apparti ikel mill-ifjen ippreparati minn gourmet chefs, inbejjed ta' klassi, u 'l fuq minn 2,200 stazzjon tad-divertiment fuq is-sistema ice, li jinkludu l-aħħar films, xows televiżivi, mużika u logħob diġitali. Apparti minn hekk il-vjaġġaturi tal-Ewwel Klassi u tal-klassi tan-Negozju jibbenefikaw minn trasport privat b'xejn minn u lejn l-ajruport, aċċess għal lounge fl- ajruport u allowance tal-bagalja ġeneruż ta' 50 kilo u 40 kilo rispettivament. L-ikel gourmet fl-Ewwel Klassi fuq l-ajrupaln Boeing 777-300 tal-Emirates GreenPak tniedi s-sitt edizzjoni tal- kampanja 'Nirriċikla għall-Istrina' Il-GreenPak Coop Society nediet is-6 edizzjoni tal- inizjattiva popolari 'Nirriċkla għall-Istrina'. Il-kampanja għandha l-għan li tiġbor fondi għall-Istrina 2016 permezz tal- ġbir u riċiklaġġ ta' tappijiet tal- plastik. Din l-attività tnediet uffiċjalment fl-iskola Primarja f'Ħal Għaxaq fil-preżenza tal-President ta' Malta, Marie Louise Colerio Preca. Waqt id-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak l-Inġinier Mario Schembri kompla jibni fuq il-messaġġ pożittiv mill-President ta' Malta waqt l-inawgurazzjoni, u ħeġġeġ lill-istudenti biex ixerrdu l-messaġġ, jispiraw azzjoni, u jmexxu bl-eżempju. "L-għan ewlieni tal-kampanja hi li ntejbu r-rati ta' riċiklaġġ biex nipproteġu l-ambjent naturali ta' Malta. Fl-istess waqt, din il-kampanja sservi wkoll biex tiġbor fondi għall-karità, b'GreenPak tikkontribwixxi direttament b'risq il-Malta Community Chest Fund," qal Schembri, "L-enerġija u l-ħeġġa li bihom l-istudenti jinvolvu ruħhom tkompli tispirana, sena wara l-oħra." Matul il-kampanja tas-sena l-oħra, GreenPak irriċiklat 'il fuq minn 11.5 miljun tapp tal-plastik, b'piż totali ta' iktar minn 34.5 tunellata. It-tappijiet tal-plastik kienu miġbura minn 138 skola u 36 entità oħra fosthom kunsilli lokali, gruppi tal-iscouts, klabbs tal-baned u organizzazzjonijiet oħra. Donazzjoni ta' €17,000 kienet ippreżentata mill-uffiċjali ta' GreenPak waqt l-Istrina 2015. "Xtaqna nuru kif affarijiet sbieħ jistgħu jsiru possibbli mir-riċiklar ta' plastik mormi. Nittama li nimmotivaw u ninkuraġġixxu iktar nies biex jirriċiklaw aktar," żid jgħid Schembri. Matul ix-xhur li ġejjin, l-edukaturi ta' GreenPak, flimkien mal-maskot ta' GreenPak, Green Gary, ser ikunu qed iżuru l-parteċipanti jispjegawlhom l-iskop ta' "Nirriċikla għall- Istrina" filwaqt li jgħinu biex jitkattar l-apprezzament dwar l-importanza li nirriċiklaw. Il- parteċipanti kollha ser jingħataw Ċertifikat ta' Parteċipazzjoni fi tmiem il-kampanja 2016. Skejjel, organizzazzjonijiet jew kumpaniji privati interessati li jieħdu sehem fil-kampnaja qed ikunu mistiedna biex jirreġistraw l-initeress tagħhom. Il-kampanja ta' GreenPak għandha l-għan li tiġbor fondi għall-Istrina 2016 Magro Brothers jiċċelebraw il-100 anniversarju Il-Ħadd li għadda, 29 ta' Mejju, il-kumpanija Magro Brothers iċċelebrat il-100 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni, id- Diretturi ta' Magro Brothers organizzaw 'festa' li saret fil- ġonna ta' Villa Rundle fil-Belt Victoria. F'din l-okkażjoni mijiet ta' sidien tal-ħwienet u għadd ta' distributuri tal-ikel lokali ngħaqdu m'aġenti barranin tal-kumpanija biex jiċċelebraw l-anniversarju tal-100 sena. Fost il-mistiedna speċjali kien hemm il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l- Isqof t'Għawdex Mario Grech, membri Parlamentari u dinjitarji oħra. John Magro, id-Direttur Maniġerjali, f 'diskors emozzjonanti, indirizza lill- mistiedna preżenti u wara intwera dokumentarju qasir dwar il-100 sena ta' Magro Brothers. Il-mistednin setgħu jgawdu minn mużika live, ikel Malti, inbid u anke cocktails bi prodotti lokali. F'din iċ-ċeremonja il- Kumpanija nediet ukoll ktieb dwar Għawdex u l-iżvilupp kummerċjali f 'din il-gżira tul l-aħħar 100 sena. Il-ktieb iġib l-isem ta' 'A Century of Enterprise in Gozo', xogħol ta' Dr Joseph Bezzina – studjuż u riċerkatur lokali. Il-fotografija stampata fil-ktieb hija xogħol Daniel Cilia. Id-dħul kollu minn dan il- ktieb f 'din l-okkażjoni, se jmorru għal Malta Community Chest Fund u l-Fondazzoni Marigold. Iċ-ċelebrazzjonijiet taċ- ċentinarju għalqu bi spettaklu mill-isbaħ ta' nar tal-ajru. Iċ-ċelebrazzjonijiet f 'Villa Rundle f 'għeluq il-100 sena tal-kumpanija Il-VISA trebbħu vjaġġ għal-Logħob OIimpiċi f 'Rio Bernard Cefai għandu raġuni valida biex jiċċelebra. Grazzi għal Visa, dan il-Visa card holder ta' Banif, għadu kif rebaħ vjaġġ għal-Logħob Olimpiċi 2016 f'Rio b'valur ta' kważi €25,000. Din hija esperjenza fenomenali li ma tippreżentax ruħha kuljum. Visa, wieħed mill-isponsors uffiċjali tal-Logħob Olimpiku 2016 f'Rio, qed tagħti vjaġġ mill-isbaħ ta' erbat iljieli għal- Logħob Olimpiku f'Rio lil dan il-Malti ffurtunat. F'Awwissu, Bernard flimkien mal-mistieden tiegħu, ħa jkollhom l-unur li jesperjenzaw iċ-ċerimonja tal-ftuħ, kif ukoll jattendu żewġ avvenimenti tal-Olimpijadi ġewwa l-belt vibranti ta' Rio de Janiero. Apparti dan kollu, il-vjaġġ jinkludi wkoll biljett għal logħba futbol u anke akkomodazzjoni f'lukanda bil-kolazzjon. Apparti l-unur li tesperjenza l-logħob Olimpiku, r-rebbieħ se jingħata wkoll tour kumplimentari ta' post monumentali ġewwa Rio. "Visa kontinwament tagħmel ħilitha biex toħloq esperjenzi uniċi għall-klijenti tagħha u dan hu eżattament dak li qed nagħmlu f'Malta. Din l-inizjattiva turi aktar fid-dettall il-ħidma li qiegħda tagħmel Visa sabiex noffru servizz mill-aħjar u anke valur għal klijenti tagħna," qal Efraim Preisler, Visa Europe Senior Relationship Manager ta' Visa Europe għal Iżrael u Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016