Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

F il-ġimgħat li għaddew, kelli l-privileġġ li niltaqa' mad-delegati u attivisti tal-Partit Laburista fejn, flimkien magħhom, iddiskutejt il-pjan ta' għoxrin proposta konkreta li qed inressaq quddiem id-delegati sabiex fil-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa nkomplu nirnexxu. Kull fejn mort, fl-irkejjen kollha ta' Malta u Għawdex sibt delegati u attivisti tal-Partit Laburista ħerqana biex il-Partit Laburista jkompli jsir l-iktar forza politika relevanti f 'pajjiżna li tilqa' għax- xewqat u l-aspirazzjonijiet ta' kull wieħed u waħda minna. Qrib l-għeruq u bi pjan ċar Quddiemhom tkellimt dwar il- ħtieġa li d-deputat mexxej il-ġdid ikun qrib tad-delegati, attivisti u familji Maltin u Għawdxin. Il-fatt li jiena politiku full time, bi staff imħarreġ tajjeb ħafna, se jkun kruċjali għalija biex inkun nista' nagħti l-attenzjoni meħtieġa lid-delegati tal-Partit Laburista waqt li nkompli nservi bl-aħjar mod lilll-Gvern u nwettaq ir-riformi. Qed nagħti kelma li nkun qrib id- delegati u kelmti nżommha. Ninsab fiduċjuż li bħalma fil- Gvern ingħatajt numru twal ta' sfidi, waħda wara l-oħra, li għelibt u se nibqa' negħleb b'suċċess – hekk ukoll jekk niġi fdat bil-Partit Laburista se naħdem bla preċedent, b'enerġija sħiħa biex l-isfidi li għandna quddiemna nerbħuhom ukoll. Lid-delegati għidtilhom eżatt x'se nagħmel. Jafu preċiż fejn qegħdin miegħi – b'20 proposta konkreta li jiena ddiskutejt magħhom u tajthom miktuba bl-iswed fuq l-abjad. Nemmen ħafna f 'dan il-pjan ta' 20 proposta konkreta u qed inħares 'il quddiem b'enerġija bla preċedent biex inwettquh flimkien. Tliet prijoritajiet Mad-delegati, fil-ġimgħat li għaddew, tkellimt dwar tliet prijoritajiet li għandu jkollu d-deputat mexxej il-ġdid. Nemmen ħafna f 'dawn il-prijoritajiet li għalija huma kruċjali. L-ewwel nett l-istabbiltà: jiġifieri li l-kariġa ta' deputat Mexxej għandha toffri s-serħan il-moħħ lid-delegati tal-Partit Laburista li ħadd u xejn mhu se jtellef mill-attenzjoni u xogħol li hemm bżonn biex inkomplu nikkonvinċu u nirnexxu. It-tieni nett is-sinġerija: il-Prim Ministru kien tana parir fil- Konferenza Ġenerali biex inbiddlu l-istatut sabiex nagħmluha possibbli li min ikun fil-qalb tal-Gvern ikun ukoll fil-qalb tal-Partit. Jiena nista' nservi bħala dan il-pont, din iċ-ċavetta għal sinerġija biex l-id il-leminija tkun taf aħjar x'inhi tagħmel l-id ix-xellugija. Il-Partit Laburista issa huwa partit fil-Gvern u ma nistgħux nibqgħu naħdmu b'dak li forsi rnexxa meta x-xenarju kien ta' partit fl-Oppożizzjoni. Il-Prim Ministru tana dan il-parir għax jaf iktar minn ħaddieħor x'hemm bżonn għall-Partit Laburista u l-attivisti tiegħu. It-tielet nett il-Ġustizzja Soċjali. Nemmen ħafna fil-ġustizzja soċjali u naf x'inhi għax għextha. Irrid li kulħadd f 'pajjiżna jkollu l-opportunità li jirnexxi, kemm jekk huwa komdu fis-soċjetà u kemm jekk huwa inqas komdu. F'din il-prijorità huwa kruċjali li l-Partit Laburista jkun il-protagonist ewlieni. Pariri Matul din il-kampanja kien hemm diversi personalitajiet li taw l-appoġġ tagħhom b'mod pubbliku għall- kampanja tiegħi. Dan għamluh għax jemmnu li nista' nkun l-għażla t-tajba għad-delegati u attivisti tal-Partit Laburista. Ray Calleja, Jackie Mercieca, Joseph Chetcuti, Alison Zerafa Civelli, Jane Marshall, Paul Cachia u Corazon Mizzi kollha kellhom kliem ta' tifħir għall-kwalitajiet li jaraw fija kruċjali li wieħed ikollu għall-kariga ta' deputat mexxej. Nemmen li deputat mexxej irid ikun persuna ta' statura politika u pubblika li tattira rispett frott ix-xogħol tagħha. Ninsab grat li dawn il-personalitajiet tant rispettati u personalitajiet oħra li għad iridu jingħaqdu magħhom taw l-endorsement tagħhom b'tant konvinzjoni u b'tant saħħa. S'intendi fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas irrid insemmi lil żewġ nisa kolonni fi ħdan il-Partit Laburista li nnominawni biex inservi bħala deputat Mexxej: lil Ġuża Cassar u lill-MEP Miriam Dalli. It-tnejn li huma, bl-enerġija kbira li għandhom, joffru servizz impekkabbli lill-Partit Laburista. Fiduċja f 'Joseph Muscat Jien nagħmilha ma' ħafna nies u nkellem lil kulħadd. Kull fejn immur u ma' kull min nitkellem inħoss fiduċja sħiħa u tremenda fil-Prim Ministru Joseph Muscat. Bir-raġun- għax il-ħidma tiegħu qed iġġib ir-riżultati u riżultati b'saħħithom ħafna li qed iwasslu biex il-familji u negozji Maltin u Għawdxin ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar. Anke l-barranin, ma' kull min titkellem kulħadd jibqa' b'ħalqu miftuħ isaqsi x'qed nagħmlu Malta biex ksibna dawn is-suċċessi kollha u biex wasalna għal tkabbir ekonomiku storiku sena wara l-oħra. Lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil in-nies tħares b'mod ieħor. Tieħdu ta' li hu. U tieħdu wkoll bħala persuna li jrid kejl wieħed għalih u kejl totalment differenti għall-Gvern u bħala persuna li ma jipproponi xejn imma jċallas biss is-swidija u n-negattività. Ili naħdem fil-qrib ma' Joseph Muscat għal dawn l-aħħar tmien snin, bl-aħħar tliet snin iktar minn qatt qabel. Tgħallimt ħafna mingħandu u dejjem timpressjonani l-enerġija tremenda li għandu, il-ħila li jħares 'il quddiem u li għandu attitudni li l-affarijiet jistgħu jsiru – a can do attitude. Dawn it-tliet snin kienu magħmudija tan-nar għalija fejn b'ħafna xogħol nemmen li tajt prova lil kulħadd li nista' nagħmel id-differenza. In-nies mhux tpaċpiċ jew kliem fil-vojt trid imma politiċi li jaħdmu, li jieħdu d-deċiżjonijiet, li jbiddlu l-affarijiet għall-aħjar u li għandhom fibra u spina fil-mument tal-prova. Wettaqt u għelibt ħafna sfidi fil- Gvern u se nkompli nwettaq u negħleb l-isfidi fil-Gvern. Bl-istess mod, irrid li nwettaq b'iktar enerġija fil-Partit Laburisti u negħlbu l-isfidi hemm ukoll. Jekk id-delegati jafdawni bħala deputat mexxej se nkun qed nagħti l-massimu tiegħi, il-ħin kollu tiegħi biex ngħin lill-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex fil-pass li jmiss tal- ġenerazzjoni rebbieħa, inkomplu nirnexxu. Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Qrib l-għeruq tal-Partit Laburista u bi pjan ċar ta' 20 proposta "Kull fejn immur u ma' kull min nitkellem inħoss fiduċja sħiħa u tremenda fil-Prim Ministru Joseph Muscat" Owen Bonnici jiltaqa' mad-Delegati qabel l- elezzjoni għal Deputat Mexxej, din il-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016