Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum 21 Opinjoni Partit Laburista b'saħħtu fl-interess ta' kulħadd D in il-ġimgħa fi ħdan il-Partit Laburista se tkun qed tittieħed deċiżjoni importanti ħafna li se twassal għall-ħatra ta' Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit. Fil-fehma tiegħi din hija deċiżjoni importanti mhux biss għall-membri, l-attivisti u d-delegati Laburista, imma għall-pajjiż kollu. Dan għaliex huwa fl-interess ta' kulħadd li l-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ biex jassigura t-tieni terminu ta' Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Bħala wieħed mit-tliet kandidati għal din il-kariga fl-aħħar ġimgħat ipparteċipajt f 'sensiela sħiħa ta' laqgħat. Permezz ta' dawn il-laqgħat kompljet insaħħaħ ir-relazzjoni tiegħi mal-attivisti u d-delegati tal-Partit, li huma l-qalb u l-magna tal-Partit Laburista. Aħna d-delegati u attivisti għandna passjoni kbira għall-Partit u nafu li l-Partit huwa ferm akbar minna. Bħal kull membru ta' familja nibku u nifirħu flimkien u jkun hemm mumenti fejn nweġġgħu. Jien determinat li nara lil kulħadd kuntent f 'din il-familja u għalhekk preżentajt programm ta' ħidma li jpoġġi lill- attivisti u d-delegati fiċ-ċentru tal- ħidma tiegħi. F'dawn il-laqgħat l-aktar mistoqsija li spikkat kienet dik dwar kif se nsib bilanċ bejn l-impenji ministerjali u l-ħidma fi ħdan il-partit. Kif ħafna japprezzaw l-aħħar xhur ma kinux faċli għall-Partit Laburista fil-Gvern u jien impenjajt ruħi għall-massimu biex niddefendi l-Partit mill-attakki inġusti tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess waqt però, komplejt bil-ħidma ministerjali fejn għalaqt sensiela sħiħa ta' investimenti bħax-Ship Building, Park tal-Avjazzjoni, Playmobil u Methode. Jien konvint li kapaċi nżomm dan il- bilanċ, b'tali mod li nkun aċċessibli u preżenti kemm hemm bżonn fiċ-ĊNL jew fiċ-ċentri mifruxa ma' Malta u Għawdex. L-għan tiegħi huwa wieħed ċar ħafna dak li nassigura li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru ta' Malta. Dan filwaqt li l-viżjoni tiegħi għall-Partit hija dik li jkompli jħaddan politika li tissalvagwardja l-valuri soċjali demokratiċi, l-interessi tal-ħaddiem u l-għanijiet li għalihom huwa mwaqqaf il-partit u fl-istess waqt jibqa' relevanti f 'soċjetà li kontinwament qed tevolvi. Kif diġà sħaqt ma' din il-gazzetta, prijorità oħra se tkun dik li nindirrizaw numru ta' inġustizzji li sofrew mhux biss attivisti u delegati, imma wkoll diversi persuni taħt amministrazzjonijiet passati. Jeħtieġ nagħtuhom rimedju lil dawn in-nies u propju biex bħala Partit Laburista nkunu f 'pożizzjoni b'saħħitha biex noffru dan ir-rimedju qed nipproponi l-ħolqien ta' Legal Unit. Però qed nagħmilha ċara li se nkun b'saħħti mal-Gvern fuq din il-kwistjoni, spiċċa żmien ta' ħafna titubar. Kemm–il darba nkun fdat fil- kariga ta' Deputat Mexxej se nara li nikkomunikaw aħjar is-suċċessi li qed jikseb dan il-Gvern, liema suċċessi qed ikunu rikonoxxuti kemm mill-familji u n-negozji, kif ukoll minn istituzzjoni awtorevoli fosthom il-Kummissjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Joseph Muscat huwa s-sigriet ta' dan is- suċċess li qed jikseb pajjiżna, għaliex qed imexxi Gvern maqgħud, stabbli u determinat li jieħu d-deċiżjonijiet li jwasslu lil pajjizna fil-livell li jmiss. Finalment l-appell tiegħi lid-delegati huwa wieħed, ejja nkunu maqgħuda aktar minn qatt qabel wara l-Mexxej Joseph Muscat f 'dan iż-żmien li se jwassalna għal elezzjoni ġenerali oħra fl-interess ta' kulħadd. Jiġri x'jiġri wara din l-elezzjoni jien se nibqa' attivist leali, ħabrieki u b'imħabba kbira għall-Partit Laburista. Imma kemm–il darba nkun fdat bħala Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit, inkun onorat li nservi f 'din il-kariga b'impenn akbar minn dawn l-aħħar 25 sena kemm ili attiv fil-Partit Laburista. CHRIS CARDONA "Jiġri x'jiġri wara din l-elezzjoni jien se nibqa' attivist leali, ħabrieki u b'imħabba kbira għall- Partit Laburista" Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta Chris Cardona kandidat għall-elezzjoni tal-PL