Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 20 Aħbarijiet 25 arrestati b'rabta ma' sejba ta' ecstasy u kannabis MIT-TLIET kandidati għal deputati mexxej tal-Partit Laburista huwa l-Ministru Owen Bonnici, l-iktar li għandu paġna popolari fuq facebook. Illum il-midja soċjali hija kruċjali għall-politiċi biex iżommu kuntatt mal- kostitwenti u l-pubbliku, li juża dawn it-tip ta' paġni biex iressaq l-ilmenti, is- suġġerimenti u l-ħsibijiet tiegħu. Paġna bħal din tindika kemm il-popolarità tal-politiku, kif ukoll titfa' dawl dwar kemm il-kampanji tiegħu huma organizzati. Fil-fatt fil- kampanja għal deputat mexxej, anke jekk hi waħda interna fil-Partit Laburista, rat il-kandidati jużaw il-paġna tagħhom fuq facebook biex jippromwovu l-messaġġ tagħhom. Il-Ministru Owen Bonnici għandu 14,075 like, il-Ministru Chris Cardona għandu 9,845 like u l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi 2,343 like. Jekk naraw kif kienet użata l-paġna tagħhom fuq facebook fl-aħħar ġimgħat ninnotaw ċertu differenza. Il-Ministru Chris Cardona emfasizza l-punt li hu tkellem għall-Partit Laburista f 'kull ċirkostanza u rajna ħafna filmati b'interventi li għamel fi programmi tat-televiżjoni. Xi ħaġa li għamlu wkoll it-tnejn l-oħra. Bi stil differenti, il- Ministru Bonnici uża l-facebook biex juri kif hu għandu appoġġ wiesa' fis-soċjetà Maltija. Tant li minbarra li tkellem dwar il-politika tiegħu uża ħafna endoresments minn nies minn sezzjonijiet differenti tal-ħajja fosthom professjonisti u ċelebritajiet. Xi ħaġa simili għal dak li kien għamel Joseph Muscat qabel inħatar mexxej tal-Partit Laburista. Indikazzjoni ċara li nies li kienu fil- kampanja ta' Muscat illum huma parti mill-kampanja ta' Owen Bonnici. L-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi emfasizza l-iktar il-messaġġ tiegħu, b'emfasi iktar mill-oħrajn fuq il-proposti tiegħu. L-istil ta' Zrinzo kien ukoll iktar modest xi ħaġa li turi kif kandidat li ma jkunx ministru għandu inqas riżorsi minn wieħed li hu. Biss biss ministru għandu l-istaff tiegħu. L-elezzjoni se ssir il- Ħamis u l-Ġimgħa u jekk mill-kandidati ma jġib 50% ssir elezzjoni oħra s-Sibt biż-żewġ kandidati li jmorru l-aħjar. Ritratt - Ray Attard Bonnici l-iktar imfittex fuq facebook F'ĦIDMA mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, matul il-lejl li għadda, f 'diversi lokalitajiet madwar Malta wasslet għall-arrest ta' 25 persuna, kemm ta' sess maskili u kif ukoll ta' sess feminili li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-41 sena. Il-persuni li huwa kollha ta' nazzjoanlità Maltija nstabu fil-pussess ta' dawk li huma maħsuba droga ecstasy, raża tal-kannabis kif ukoll parti minn pjanta tal- kannabis. Uħud mill-arresti saru f 'ċirkostanzi li juru li l-imsemmija droga ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom iżda biex tiġi ttraffikata. Il-Pulizija għadha għaddejja bl- investigazzjonijiet tagħha. Malta se tkun qed tagħti direzzjoni fuq il-migrazzjoni waqt il-Presidenza tal-UE MATUL il-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea fl-ewwel nofs tal-2017, Malta se tagħti direzzjoni lill- impenn tal-Unjoni biex tindirizza b'suċċess il-kriżi tal-migrazzjoni kif ukoll kwistjonijiet importanti oħrajn – bħat-theddida tat-terroriżmu – fl-oqsma tal-intern u tad-difiża, qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigutà Nazzjonali, Carmelo Abela. Huwa kien qed jitkellem il- Ġimgħa waqt laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, Alexander Italianer, u l-Kap tal-Kabinett tal- President tal-Kummissjoni, Martin Selmayr, fil- Ministeru l-Belt. Il-Ministru ddeskriva lill-Kummissjoni bħala interlokutur importanti ħafna għal Malta, kemm waqt l-ippjanar u t-tħejjijiet għall-Presidenza, kif ukoll waqt il-Presidenza nnifisha. Filwaqt li saħaq fuq il- bżonn li jitwettaq fiż-żmien issuġġerit il-Pjan ta' Azzjoni li dwaru ntlaħaq qbil waqt il-Laqgħa Għolja tal-Belt Valletta dwar il-Migrazzjoni, li saret Malta f 'Novembru li għadda, huwa esprima r-rieda ta' Malta li tibqa' ssegwi dan il-proċess. Ġiet diskussa wkoll il- kwistjoni tal-migrazzjoni legali, li dwarha l-Kummissjoni mistennija toħroġ proposti l-ġimgħa d-dieħla. Dawn il-proposti se jkunu jinkludu, fost l-oħrajn, inizjattivi biex l-UE tkun aktar attraenti għal nies bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi. Is-Sur Italianer u s-Sur Selmayr qalu li l-Kummissjoni se tkun qed tagħti lil Malta l-appoġġ tagħha f 'din l-ewwel Presidenza tagħha, u ddeskrivew lil pajjiżna bħala attur ewlieni fl-istrateġija tal-UE fil-qasam tal- migrazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016