Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

minn Albert Gauci Cunningham SKONT stħarriġ onlajn li sar fuq l-illum.com.mt bejn is-16 u t-23 ta' Mejju li għadda l-aktar żewġ kwistjonijiet li bħalissa qed jinkwetaw lill-qarrejja tagħna huma t-traffiku u l-korruzzjoni. Fil-fatt, minn kważi 1,200 persuna li pparteċipaw fl-istħarriġ li jtella' s-sit kull ġimgħa, 52% qalu illi l-akbar problema li għandu l-pajjiż bħalissa huwa t-traffiku. Min-naħa l-oħra, 33% tal- qarrejja huma tal-opinjoni illi l-akbar problema li qed tiffaċċja Malta bħalissa hija dik relatata mal-korruzzjoni. Għalkemm dan l-istħarriġ mhux wieħed xjentifiku, ir-riżultati jikkorrispondu ħafna ma' dawk li qed jiġu ppublikati llum fuq il- gazzetta oħt Maltatoday. Dan l-istħarriġ xejntifiku juri kif it-traffiku reġa' kien l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lin- nies, b'20% isemmuh, filwaqt li l-korruzzjoni kienet it-tieni l-aktar kwistjoni inkwetanti b'18% isemmuha bħala waħda mill-aktar affarijiet inkwetanti li qed tiffaċċja Malta bħalissa. Dawn ir-riżultati huma indikattivi ta' żewġ kwistjonijiet li ilhom fuq l-aġenda tal-pajjiż u fuq moħħ ħafna nies għal dawn l-aħħar xhur. Waħda, minħabba li eluf ta' sewwieqa jesperjenzawha kuljum u l-oħra minħabba l-kwistjoni tal-Panama Papers u l-iżvelar ta' kont u kumpanija, sa dakinhar mhux dikjarati, li l-Ministru Konrad Mizzi kellu fil-Panama. Bħala reazzjoni għar-rabja popolari fil-każ tat-traffiku, Transport Malta ħadet ċerti miżuri, fosthom it-tnedija ta' tidal lane fil-Marsa, li wasslet biex matul dawn l-aħħar xhur ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fit-traffiku fiż- żona tal-junction tal-Marsa. Apparti minn hekk, f 'dawn l-aħħar ġimgħat, ingħata bidu għall-proġett tal- Junction tal-Kappara, wara li kien konkluż ix-xogħol fuq Triq il-Kosta. Ftit ġimgħat ilu, l-Partit Nazzjonalista ressaq dokument illi fih qed jipproponi numru ta' miżuri biex jittaffa t-traffiku, liema dokument kien kritikat mill- Partit Laburista għax skontu huwa nieqes mill-ideat ġodda u għax fih numru ta' proposti li l-Gvern qed jaħdem fuqhom diġà (ara intervista ma' Marthese Portelli f 'paġni 10 u 11). Iktar minn tlieta minn kull 10 persuni li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-illum.com. mt jħossu li l-korruzzjoni hija l-akbar inkwiet tal-pajjiż bħalissa. Dan jista' jkun li qed jirrifletti s-sentiment ta' settur imdaqqas tal-poplazzjoni hekk kif ix-xena politika lokali, u anke internazzjonali, kienet iddominata minn dak żvelat mill-Panama Papers. Il-furur politiku li qam fir-rigward ta' dan il-każ wassal lill-Prim Ministru biex jagħmel bidliet fil-kabinett, b'Konrad Mizzi jitneħħewlu l-portafolli tas-Saħħa u tal-Enerġija, imma jibqa' Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mingħajr portafoll. Kważi ħadd ma jħoss li x-xogħol huwa problema Dawk li jħossu li l-pajjiż bħalissa qed jiffaċċja problema ta' xogħol huma ftit, fil-fatt kienu biss 12- il persuna, jew 1% tal- parteċipanti fl-istħarriġ li jħossu illi n-nuqqas ta' xogħol huwa problema bħalissa. Dan l-istħarriġ jirrifletti sentiment pożittiv fil-qasam tax-xogħol wara serje ta' statistika maħruġa mill- Eurostat li turi kif ir-rata ta' qgħad f 'pajjiżna tinsab fl- aktar livelli baxxi mis-snin 90. L-aħħar statistika ppublikata din il-ġimgħa, fil-fatt, turi kif b'4.3%, Malta huwa l-anqas pajjiż li għandu qgħad fil- Mediterran, u t-tielet pajjiż l-inqas pajjiż b'rata ta' qgħad mill-Unjoni Ewropea kollha. Min-naħa l-oħra 9.5% tal- qarrejja jinsabu inkwetati bis-sitwazzjoni fl-ambjent, filwaqt li 5% biss iħossu li l-akbar problema tal-pajjiż bħalissa hija l-għoli tal-ħajja. Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Aħbarijiet 3 216 PAGES 40 PLANTS ovEr 500 BIBLE rEFErENCES It-traffiku u l-korruzzjoni: L-aktar żewġ kwistjonijiet fuq moħħ in-nies X'qed jinkwetak l-iktar fil-pajjiż bħalissa? It-traffiku In-nuqqas ta' xogħol L-għoli tal-ħajja L-ambjent Il-korruzzjoni 52% 5% 33% 1% 9% 52% tal-qarrejja tal-illum.com.mt l-aktar li qed jinkwetahom huwa t-traffiku, 33% l-korruzzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016