Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 31 li ħadu sehem fihom huma, fl- 1988 u l-2012, huma inqalgħu darbtejn fil-fażi tal-gruppi. Kalċistikament, l-Irlanda m'għandhomx xi storja sinjura b'suċċessi, anzi pjuttost bil- kontra. Però, ta' min isemmi li taħt il-gwida ta' Jack Charlton, li jiġi ħu l-leġġenda Bobby Charlton, kienu għaddew għall-edizzjoni tal-1988, għat- Tazza tad-Dinja tal-1990 u tal- 1994 u anke telgħu fis-sitt post fil-klassifika tar-Rankings tal-FIFA. Fl-ewwel edizzjoni li ħadu sehem fiha, tal-1988, huma kienu rreġistraw rebħa importanti fuq ir-rivali tal- Ingilterra bl-iskor minimu ta' 1-0. Fl-edizzjoni tal-2012, huma kienu ltaqgħu man- nazzjonal Taljan, li ħa jkunu r-rivali tagħhom fil-grupp ta' din is-sena wkoll. Dakinhar, l-Italja, rebħu bl-iskor ta' 2-0 fejn huma kienu ssiġġillaw il-kwalifikazzjoni għall-fażi tal-kwarti tal-finali. Din is-sena jittamaw li jmorru aħjar, anke għall-fatt li ħa jkun hemm tliet timijiet ġejjin mir- Renju Unit u huma żgur li ma jridux ikunu t-tim li jkun mar l-agħar minnhom kollha f 'dan il-grupp diffiċli. Grupp F – (Portugall, Awstrija, Iżlanda, Ungerija) Portugall Dan huwa tournament li kapaċi jkun l-aħħar wieħed għall-captain Cristiano Ronaldo. Kull darba li għaddew għall-fażi finali, dejjem waslu għall-inqas sal-kwarti tal-finali. Fl- edizzjoni li għaddiet, waslu sas-semifinali fejn inqalgħu ma' Spanja. Bejn il-fatt li jista' jkun l-aħħar tournament għal CR7 u bejn il-fatt li l-Portugall jixtiequ jaslu pass iżjed minn erba' snin ilu, dan jista' jkun verament l-aħħar ċans li jagħmlu ħoss bħala nazzjon fuq l-ogħla skala internazzjonali. Meta titkellem fuq il-Portugall, u tara l-plejers li għandu issa u li kellu riċentament, tirrealizza kemm qegħdin ibatu sabiex isibu numru disgħa li jista' jiggarantixxi gowls f 'mumenti deċisivi. Wara Pauleta, li skorja iżjed minn gowl kull partita għall-Portugall, l-istess pajjiż bata sabiex isib sostitut tiegħu fejn plejers bħal Hugo Almeida, Helder Postiga, Liedson u sa ċertu punt Nuno Gomes, naqsu milli jiggarantixxu gowls lill- Portugall. Nistennew u naraw f 'dan it-tournament, jekk il-Portugall kapaċi jkunux l-underdogs li jissorprendu. Awstrija Timmaġinakom taraw logħba tal-Liechtenstein, 90 minuta sħaħ, għal 15-il darba? Marcel Koller, il-kowċ tat-tim nazzjonali Awstrijak, għamilha qabel il-konfront kontrihom, fejn b'rebħa kienu jissiġillaw il-kwalifikazzjoni. Huwa kien stqarr li waħda mid-difetti tal-Awstrija kien, li jibdew tajjeb, jaħsbu li għaddew u mbagħad kienu jaqgħu zopptu u jispiċċaw ma jgħaddux. Wara l-eliminazzjoni fil-gruppi fl- 2008, din id-darba, l-Awstrija tittama li tikseb riżultat aħjar fejn bin-nukleu ta' plejers li tippossjedi, fosthom David Alaba, Christian Fuchs u Marko Arnautovic, kapaċi tagħmilha mal-aħħar 16 għall-ewwel darba. Iżlanda Gżira ta' madwar 330,000 abitant, kważi 100,000 inqas minn Malta, l-Iżlanda qiegħda tgħix ħolma - dik li tipparteċipa f 'wieħed mill-iżjed tournaments prestiġjużi fil-logħba tal- futbol, il-Kampjonati Ewropej. Il-kowċ tat-tim nazzjonali, Lars Lagerback, li huwa l-ekskowċ tat-tim nazzjonali Żvediż, ġie maħtur mill-assoċjazzjoni Iżlandiża, sabiex jibda proġett bi plejers żgħażagħ u anke proġett ta' esportazzjoni, sabiex jogħla l-livell. L-impatt kien wieħed immedjat, għaliex Lagerback irnexxielu jwassal lill-Iżlanda fit-tieni post fil-fażi tal- kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2014, iżda sfaw megħluba fil-play-offs mit- tim nazzjonali tal-Kroazja, bl-iskor ta' 2-0. Madankollu, l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-futbol Iżlandiża, kienet ferm kuntenta b'dan it- tragward, tant illi ġedditlu l-kuntratt għal biennju ieħor, filwaqt li ħatret kowċ ieħor sabiex jgħin lil Lagerback, Heimir Hallgrimsson, b' dan tal-aħħar ħa jieħu kollox f 'idejh wara t-tournament hekk kif Lagerback ħabbar li se jirtira. Iżda mingħajr dubju, l-attenzjoni ħa tkun kollha fuq plejer ta' 37 sena li ħa jkun qiegħed jgħix iż- żgħożija tiegħu f 'tournament ta' tliet ġimgħat. Dan hekk kif il-plejer veteran Eidur Gudjohnsen ħa jkun qiegħed jiggwida lill-kontinġent Iżlandiż f 'dan it-tournament, u probabbilment ħa tkun l-aħħar darba li ħa narawh bil-flokk ta' pajjiżu. Huwa kien diġà ħabbar li kapaċi jirtira min-nazzjonal, wara n-nuqqas ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, iżda wara 18-il xahar kien irritorna fl-azzjoni, u rritorna bil-kbir hekk kif kien niżżel ismu wkoll fost l-iskorers fir-rebħa ta' 0-3 kontra l-Kazakhstan. L-esperjenza, il-kariżma u t-tmexxija tiegħu ħa jkunu ċ-ċavetta għal tournament importanti għal din il-gżira. Fuq nota kemxejn negattiva għalina l-Maltin, l-ikbar rebħa uffiċjali għat-tim nazzjonali Iżlandiż waslet fis-sena 2000, meta kienu għelbuna bl-iskor kbir ta' 5-0. Ungerija Kieku għandi l-permess li nikteb ktieb fuq l-Ungerija, probabb ilment nispiċċa noħroġ iżjed minn 10 volumi. Madankollu, għandi ftit kliem allokat u ma jkunx sew li nsemmi parti storika tal-futbol Ungeriż u nħalli oħra barra. Ħa nagħmel referenza biss, lejn il-famuża 'Skola Danubjana' li bejn is-snin 20 u dawk 50, evolviet il-futbol minn ġurnata għall- oħra u saħħret anke pajjiżi kalċistikament maġġuri bħall-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Italja. Ngħaddu għall- istorja pjuttost qasira tagħhom fil-Kampjonati Ewropej, fejn l-ewwel darba li għaddew kien fl-1964, meta fi Spanja, huma kienu spiċċaw fit-tielet post filwaqt li fit-tieni u l-aħħar darba li għaddew, fl-1972, huma spiċċaw fir-raba' post. Storja oħra interessanti hija dik tal- goalkeeper Gabor Kiraly, li jekk jilgħab partita oħra, jkun l-iżjed plejer li qatt lagħab fl-istorja ta' pajjiżu. Ir-rekord huwa dak ta' 101 partita. Fatt ta' min jirrimarka fuq dan il-goalkeeper, li Kiraly huwa famuż għall-fatt li jħobb jilgħab b'qalziet griż - ħaga li rarament tara fil-futbol illum il-ġurnata. Huwa kien stqarr li darba kien weġġa' meta lagħab fuq art iebsa u allura minn dakinhar 'l hawn, beda jilgħab bil-qalziet. It-tim nazzjonali tal-Portugall It-tim nazzjonali tal-Ungerija It-tim nazzjonali tal-Awstrija It-tim nazzjonali tal-Iżlanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016