Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Elezzjoni Deputat Mexxej PL 6 Owen, Chris u Stefan: Min L-Illum tħares lejn l-għażliet quddiem id-delegati tal-PL ftit jiem qabel ma jkun elett Deputat Mexxej ġdid minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa d-delegati tal-Partit Laburista se jkunu qed jagħmlu l-għażla tagħhom għal min iridu li jkun id-Deputat Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista. Minkejja li l-għażla tappartjeni strettament lill-Partit Laburista, fil- verità, se tkun qed tifforma l-forma mentis politika li biha l-Partit Laburista, bħalissa fil-Gvern, se jersaq għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minħabba li kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun waħda mibnija fuq stil Presidenzjali u għalhekk tpoġġi f 'konfront liż-żewġ mexxejja tal-partiti ewlenin, in-nies li jdawru u li se jkunu qed jsegwu l-passi tal-mexxej jew kap, se jkunu ferm importanti, fil-fatt il-persuna tagħhom, dak li jgħidu u dak li jagħmlu se jkun taħt l-iskrutinju kważi daqs dak ta' Joseph Muscat. L-ILLUM tħares lejn xenarji differenti u min ikollu l-akbar ċans li jirbaħ din l-elezzjoni fil-PL jekk dak ikun il-kriterju li fuqu d-delegat jibbaża d-deċiżjoni tiegħu. Ħin għall-partit Jidher ċar illi settur ta' delegati qed jesiġu illi d-Deputat Mexxej il-ġdid ma jkunx Ministru u dan biex ikun jista' jiddedika l-ħin kollu tiegħu lejn il-partit u dawk l-għeruq li jħossuhom injorati u mweġġgħin, minħabba xi azzjoni jew oħra. Hemm element qawwi ta' Laburisti illi qed iħossu li l-partit 'tagħhom' abbandunahom. Mhux dejjem faċli tiddeċifra għalfejn iħossu hekk u mhux dejjem tista' tasal għall-konklużjoni li kull min qed jgħid hekk għandu raġun. Mhux dejjem tista' tasal għall-konklużjoni ta' xi tfisser eżatt meta ħafna Laburisti jgħidu li "l-partit qed jabbandunana" u x'qed jippretendu. Li hu ċert huwa li dan hu sentiment mifrux fil-Partit Laburista. Jekk dan is-sentiment se jkun il-kriterju ewlieni li fuqu se jibbażaw id- deċiżjoni tagħhom id- delegati, mela allura Stefan Zeinzo Azzopardi għandu l-akbar ċans li jirbaħ. Il-fatt li mhux Ministru, jagħmlu aktar aċċessibbli u ħafna inqas imtaqqal minn kwistjonijiet tal- istat. Jekk id-delegati se jkunu jridu lil xi ħadd li huwa aċċessibbli b'mod kważi esklussiv għall- Laburisti, mela allura l-pendlu probabbilment se jersaq ħafna lejn Zrinzo Azzopardi. Ministru, anke jekk irid u jixtieq ma jistax ikun Ministru tal-Laburisti biss, imma Ministru ta' kulħadd. Għall-Laburisti biss Fejn se tibda u tispiċċa l-linja ta' meta persuna hija Ministru u meta hija Deputat Mexxej? Meta se nkunu nafu jekk persuna hux qiegħed hemm għal kulħadd u meta qiegħed hemm għal tal- partit biss? Kemm Owen Bonnici kif ukoll Chris Cardona għandhom proposta interessanti fil-manifesti tagħhom. Cardona jipproponi li jinħoloq 'Customer Care' "li jservi ta' punt ta' riferenza għall- attivisti Laburisti u oħrajn fuq oqsma differenti bħal dak ta' tfittxija tax-xogħol, boroż ta' studju...." Bonnici, fil-manifest tiegħu, qed iwiegħed li jvara "attività innovattiva li fiha, minn żmien għal żmien, il-Ministri u d-Deputati tal- Gvern jingħaqdu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn jilqgħu lill-membri tal- pubbliku, fiżikament u bil-kuntatt telefoniku jew elettroniku, biex jisimgħu u jaġixxu fuq l-ideat.." Filwaqt li, kompletament barra mill-kuntest ministerjali u strettament fil-kuntest ta' partit dawn il-proposti jistgħu jagħmlu sens, fir- realtà miżura simili ċċajpar il-linja li tagħmel id-differenza bejn dak li huwa strettament pubbliku u allura fejn il- persuna hija kontabbli lejn il-poplu u dak li huwa tal- partit, allura fejn il-persuna issir kontabbli lejn in-nies tal-partit. Zrinzo Azzopardi, għalkemm kandidat għall- elezzjoni li jmiss jidher li qed jirkeb sew fuq l-argument li għax hu mhux Ministru u allura l-kariga tiegħu se tkun tgħajjat lill- partit biss, mela allura jista' jidher illi l-azzjonijiet tiegħu jistgħu jkunu mmirati lejn il- Laburisti biss. Dan il-lussu Bonnici u Cardona m'għandhomx. Inġibu l-iswitchers lura Owen Bonnici huwa bniedem ta' ċertu kariżma u kalma. Huwa politiku li jwassal il-messaġġ tiegħu b'trankwilità u li rari, jekk qatt, rajnih jitlef ir-raġuni fuq il-midja. Fil-fatt, kif qalet delegata Laburista Għawdxija mal-ILLUM, Bonnici maqtugħ mill-istess pezza drapp ta' Muscat fejn jirrigwarda l-idjoma u l-komportament tiegħu. Jekk id-delegati se jagħmlu l-kalkolu ta' kif se jirbħu l-elezzjoni billi jerġgħu jressqu lejn il-partit dawk l-eluf ta' voti li ntilfu min-nies li kienu tradizzjonalment Nazzjonalisti, mela allura l-pendlu se jxaqleb lejn Bonnici waħda sew. L-aħħar stħarriġ tal- Maltatoday wera kif, huma biss 8.3% ta' dawk li vvotaw lill-Partit Laburista għall- ewwel darba fl-2013 li jagħmlu l-istess kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali llum. Din hija emorraġija kbira u serja ħafna li l-Partit Laburista jeħtieġ jindirizza, jekk ma jridx li d-dannu elettorali jmur fuq il-livell li jmiss u eluf minn dawk l-iswitchers li llum qed jgħidu li mhux se jivvutaw, għada jerġgħu jibdew jersqu lejn il-PN. Peress li l-forza ewlenija li ġibdet tant nies lejn il-Labour fl-2013 kien Joseph Muscat, li bħalissa huwa l-unika fattur li qed iżomm l-edifiċju tal-Partit Laburista b'saħħtu, jista' jkun li fejn ma jilħaqx Muscat, jipprova jilħaq Bonnici. Inqajmu l-ħeġġa fost il- Laburisti mill-ġdid Minn kuntatti li għamlet il-gazzetta ILLUM jidher li hemm sezzjoni ta' delegati, li tista' tkun imdaqqsa sew, li jinsabu bejn ħaltejn. Bejn jixtiequ li d-Deputat Mexxej ma jkunx Ministru, minħabba l-kwistjoni ta' ħin, però min-naħa l-oħra jixtiequ lil Cardona. Chris Cardona jidher li għandu appoġġ qawwi fost settur ta' delegati, speċjalment il-hard core u d-delegati anzjani. Jekk, id-delegati fil-maġġoranza tagħhom, se jaraw bħala kriterju kruċjali dak li jerġgħu jiġu rinforzati s-'suldati tal-azzar' u li terġa' tqum il-ħeġġa fost eluf ta' Laburisti li qed iħossuhom diżillużi, mela allura l-pendlu se jxaqleb sew lejn "Minkejja d-differenzi fl-istil ... it-tliet kandidati qed jirrikonoxxu li l-PL għaddej minn żmien mhux daqstant faċli" Huwa mifhum li l-membri tal- amministrazzjoni għandhom preferenzi differenti, għalkemm il-maġġoranza tagħhom qed jappoġġjaw lil Zrinzo Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016