Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

L -iskandli globali tal- Panama Papers, fejn Malta sabet ruħha tiżfen ukoll, servew, tal-inqas għal xi żmien, biex jgħattu skandli aktar moralment pesanti: dawk tal-Vatikan. Lejn tmiem il-papat ta' Benedittu XVI kien hemm pressjoni qawwija għar-riforma tal-Kurja Rumana, istituzzjoni burokratika ta' intriċċi, piki u insensittività għal dak li tassew jeħtieġu l-Insara. Il-Papa Arġentin kien elett biex jirriforma jew aħjar "inaddaf il-Kurja Rumana." Il-perċezzjoni ġenerali hi li l-Papa Ġiżwita qed juri b'ħeġġa u ġenwinità li jrid ir-riforma. Iżda jrid jiffaċċja problemi kbar, fosthom dawk finanzjarji. Studju dettaljat dwar l-assi tal-Vatikan, kif imħabbar minn The Tablet, żvela li ħadd ma jaf fejn spiċċaw 978 miljun Lira Sterlina. L-aħbar kienet ingħatat mill-Kardinal George Pell, il-Prefett tas-Segretarjat tal-Ekonomija li fl-Awstralja għandu dell ta' akkużi ta' abbuż sesswali ta' minuri. Imma l-Kardinal Reinhard Marx, il-President tal-Kunsill Ekonomiku b'responsabbilità għall-attività finanzjarja tal- Vatikan ma jarax xi benefiċċju li jkunu żvelati ċifri bħal dawn. Hu rrappurtat li kien hemm "kunflitti jaħarqu" dwar dawn il-flejjes u juru kemm għad hemm reżistenza biex il-Kurja tikxef is-segretezza u tgħaddi għat-trasparenza. Donnok tiftakar f 'xi rumanz ta' Graham Greene jew ta' Dan Brown, bil-prelati lebsin l-aħmar jew il-vjola jiżegħdu fil-kurituri tal-Kurja Rumana bl-esklużjoni tal-Knisja tan- Nies li suppost qed jinvigora l-Papa Bergoglio. Ħniena mal-midrub u l-abbandunat Fis-sena tal-Ħniena tiġi minnufih f 'moħħna l-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb (Lq. 10, 25-37). Hu l-mument meta niftakru fl-opri tal-miżerikordja li jinvolvu nies emarġinati bħall-dawk residenti fil-Faċilità Korrettiva, fejn hemm jistinka Patri Franco. Dan il-patri Franġiskan qed jaħdem bla waqfien biex jgħin lir-residenti jimxu 'l quddiem lejn ir-ri-integrazzjoni soċjali, lejn relazzjonijiet interpersonali u lejn proċess ta' tindif jew katarsi, anki permezz ta' inizjattivi kreattivi, bħat-teatru. Li dawn il-persuni jaħdmu flimkien diġà hu att karitattiv- edukattiv ta' sinifikat qawwi. Il- priġunieri ta' proġetti kreattivi bħat-teatru, iħossu sodisfazzjon meta jaraw nies minn barra jkissru t-tabù u jinfdu l-ħitan tal-ħniena. Franġiskan ieħor li qed jagħmel ħafna opri ta' ħniena hu Patri Mario Attard, li dejjem għaddej bla serħan, għaddej minn kuritur għal ieħor fl-isptar Mater Dei. Dawn il- patrijiet mhumiex jaħdmu għal għajn in-nies jew għall-voti politiċi. M'għandhomx aġenda legalistika u lanqas falza. Kulma jridu hu li jħennu u jeħduha kontra l-kult battal tas-soltu. Imma x'sewa' l-Eurovision 2016? Din is-sena r-riżultat li kisbet Malta fil-Eurovision baqa' jkarkar aktar mis-soltu, sakemm wasal biex Jason Micallef, iċ-chairman tal- Fondazzjoni V18, jitlob (għal darb'oħra) għar-riżenji ta' Tonio Portughese u Anton Attard, mill-karigi tagħhom fil- PBS, bħala l-kanal nazzjonali. Il-"waqgħa" ta' Ira Losco ġabet bosta kummenti spekulattivi, anki b'ton strettament politiku. Qabel xejn hemm ħafna li jaħsbu li l-Maltin għamlu kampanja madwar id-diaspora (fl- Awstralja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit) biex jinjoraw id- diska ta' Losco għax dik kienet diska mibdula u ħadd ma jaf x'intefaq biex sar dan. Fil-fatt, waqt li mal-ġurijiet nazzjonali Malta marret tajjeb, meta beda t-televoting, Ira Losco tkaxkret 'l isfel għat-tnax –il post. Saru t-tentattivi kollha biex il- kantanta Maltija timpressjona: kuxxtejha, twal u sbieħ setgħu ġabru xi eluf ta' voti mingħand l-irġiel u ġrew spekulazzjonijiet li l-kantanta għamlet breast enhancement. Imma minbarra dawn l-ispekulazzjonijiet erotiċi, kien hemm dawk ta' natura politika. Daret l-ispin li l-PBS kellu "pressjoni kbira" minn fuq biex Ira Losco tirbaħ l-edizzjoni 2016 tal-Eurovision. Dan, skont l-istess spinjaturi, kellu jservi tajjeb ħafna għall-2017 meta Malta jkollha l-presidenza tal-UE u għas- sena ta' wara, is-sena tal-V18 u l-elezzjonijiet ġenerali meta l-Labour ikun jittama li d-duħħan kollu li ħareġ mill- Panama Papers ikun evapora għal kollox u l-PN ikunu sabu diska inqas notorja għall- istazzjon u l-media tagħhom. Sadanittant, minkejja l-insistenza ta' Jason Micallef, it-telespettaturi/ televotanti Malitn baqgħu ma jafux x'intefaq realment, fuq il- Eurovision 2016. Il-PBS ma riditx tippubblika x'fondi kienu allokati. Ras ir-raħeb u x-xarks F'Times Talk (TVM) kien propost l-argument dwar l-inkonsistenza tal-profil arkitettoniku kontemporanju ta' Malta. Djar b'faċċati antiki qed jitwaqqgħu biex minflokhom jittellgħu binjiet b'sitt sulari u aktar. Il-ftit djar qodma qed jintradmu fid- dell ta' ġungla ta' siment u aluminju. Il-formola għandha skop wieħed: il-flus. Dan il- filistiniżmu ta' vergonja ma jgħoddx biss fejn jidħlu l-bliet u l-irħula. L-iżviluppaturi ħadu kulm'hawn. L-art pubblika saret it-territorju mifrux tagħhom. Għandhom il-poter tal-flus u tal-gafef. Biex ma nsemmux il- poter tal-konnessjonijiet li jittollerawlhom "sanzjonijiet" kontra kull liġi ta' żvilupp. Iżda l-filistiniżmu f 'Malta għandu wiċċ aktar sfaċċat mill-isfreġju urban. Fi storja prominenti fl-Orizzont (27.5.2016), fl-ewwel faċċata, kien żvelat kif fdalijiet rumani f 'Ras ir-Raħeb, fil-Baħrija, fuq medda ta' ħamest itmien art qed tkun reklamata għall- bejgħ, kollox għall-prezz patetiku ta' €93,000. Ras ir-Raħeb hu post pittoresk fejn għad hemm fdalijiet arkeoloġiċi li kien ħadem fuqhom Sir Temi Zammit. Skont ir-rapport tal-orizzont hemm fdalijiet puniċi u rumani u anki l-fdal ta' tempju li kien dedikat lil Erakli. Fil-Medju Evu, f 'dan il-post kienu jsiru attivitajiet reliġjużi Nsara, tant li s-sit kien sar magħruf ukoll bħala Ras il- Knejjes. Issa dan il-patrimonju nazzjonali, b'għajb għalina bħala poplu "ċivilizzat," qed ikun reklamat "għall-bejgħ" minn klieb il-baħar li qed jinfestaw il-baħar ta' Malta, kontaminat bi "żviluppaturi" li jgħassu t-"Tempju" bħan- negozjanti ta' żmien il-Bibbja. L-orizzont fakkar kif fl-2006 kienet saret dikjarazzjoni ministerjali fejn kien intqal bl-aktar mod ċar li dawn is-siti ta' fdalijiet storiċi għandhom ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini komuni. Jiġifieri għalina, li m'għandniex ix- xedaq tax-xarks. illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Opinjoni 18 Panamagate u l-Vatikan MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Minkejja l-insistenza ta' Jason Micallef, it-telespettaturi/ televotanti Malitn baqgħu ma jafux x'intefaq realment, fuq il- Eurovision 2016" Prelati fil-Vatikan jaqraw il-Bolla tal-Papa dwar is-Sena tal-Ħniena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016