Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
minn Gianluca Lia Grupp E (Belġju – Italja – Żvezja – Repubblika tal- Irlanda) Belġju Dan it-tim nazzjonali jirrapreżenta ġenerazzjoni tad-deheb li għaddej minn perjodu fantastiku u diġà wera li b' dan it-tim kapaċi jasal lejn l-aħħar fażijiet tat-tournaments maġġuri, wara li waslu fil-kwarti tal- finali fit-Tazza tad-Dinja preċedenti fil-Brażil, fejn kellhom ibaxxu rashom biss għall-qawwa tal-Arġentina. Din ħa tkun l-ewwel darba li t-tim nazzjonali tal-Belġju ħa jkun qiegħed jilgħab fil- Kampjonati Ewropej mill- grupp tal-kwalifikazzjoni mill-1984 'l hawn. Ma ninsewx ovvjament, li fis-sena 2000 huma kienu lagħbu fil-Kampjonati Ewropej bħala organizzaturi flimkien mal- Olanda. Wara kollox, din hija biss il-ħames parteċipazzjoni tagħhom, fejn apparti ż-żewġ eliminazzjonijiet fil-gruppi fl-1984 u fis-sena 2000, huma kienu tilfu l-finali tal-1980 kontra l-Ġermanja tal-Punent, filwaqt li tmien snin qabel kienu spiċċaw fit-tielet post. Riżultat ieħor pożittiv f 'dan it-tournament maġġuri, fejn huma kapaċi jirbħuh ukoll, kapaċi jkun il-bidu ta' suċċessi għan- nazzjonal Belġjan li sena wara sena qiegħed ikompli jesporta ħafna plejers fl-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Italja It-tim nazzjonali Taljan dejjem ikun fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ ta' tournament maġġuri fuq skala Ewropea jew Mondjali. Wara li naqsu milli jikkwalifikaw għall-edizzjoni tal-1992, in-nazzjonal Taljan kellu xorti pjuttost paradossali fl-edizzjonijiet li segwew. Fl-1996, huma nqalgħu mill- fażi tal-gruppi biex erba' snin wara tilfu l-finali bil-famuża regola tal-Golden Goal kontra Franza, bil-gowl tant importanti għall-Franċiżi jasal minn David Trezeguet. Erba' snin wara, it-Taljani, reġgħu sfaw eliminati fil-fażi tal- gruppi wara l-famuż biscotto bejn l-Iżvezja u d-Danimarka. Fl-2008, inqalgħu bil-penaltis kontra Spanja biex erba' snin ilu, tilfu l-finali kontra Spanja. Fatt interessanti huwa dak li l-unika darba li l-Italja rebħu dan it-tournament, imur lura għall-1968 meta rebħuha f 'darhom. Huma kienu għaddew mis-semifinali permezz tal-munita kontra l-Unjoni Sovjetika. Dan għaliex huma kienu ġew 0-0 wara l-ħin miżjud, iżda dak iż-żmien, l-għoti tal-penalties kienu għadhom ma ġewx introdotti fil-futbol. Fil-finali mbagħad, huma għelbu lit- tim nazzjonali tal-Jugoslavja wara żewġ logħbiet, fejn wara d-draw tal-ewwel logħba, fir-ripetizzjoni rebħulhom bl-iskor ta' 2-0. Żvezja Wieħed mill-mumenti għaliex l-Iżvezja jibqgħu jissemmew f 'dawn il- kampjonati, huwa l-famuż draw ta' 2-2 kontra d-Danimarka fis-sena 2000 li kien tefa' lill-Italja barra mill-gruppi. L-ewwel parteċipazzjoni tagħhom waslet fl-1992, meta bħala organizzaturi, kienu ħadu sehem f 'dawn il-Kampjonati fejn inqalgħu fis-semifinali kontra l-Ġermanja. Ta' min isemmi, li dakinhar fil-gruppi lagħbu kontra d-Danimarka wkoll fejn kienu għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0, iżda xorta waħda għaddew it-tnejn li huma għas-spejjeż ta' Franza u l-Ingilterra. M'hemmx dubju li għajnejn kulħadd ħa jkunu fuq Zlatan Ibrahimović, li bil-flokk tat-tim nazzjonali Żvediż, dan kapaċi jkun l-aħħar tournament maġġuri tiegħu. Repubblika tal-Irlanda Wara kwalifikazzjoni sofferta fejn kellhom jgħaddu bil-play-offs kontra t-tim nazzjonali tal-Bosnja u Herżegovina, it-tim nazzjonali tal-Irlanda se jerġa' jkun fost il-protagonisti fil-Kampjonati Ewropej. Fiż- żewġ edizzjonijiet preċedenti illum Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Sports 30 It-Triq lejn il-Euro 2016 It-tielet parti It-tim nazzjonali tal-Belġju It-tim nazzjonali tal-Italja It-tim nazzjonali tal-Iżvezja It-tim nazzjonali tar-Repubblika tal-Irlanda