Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Intervista 10 'Jikkritikawlna l-proposti mbagħad X i snin ilu konna smajna li t-traffiku huwa perċezzjoni, u kienu l-ħafna li jqattgħu ħafna ħin kuljum wara serbut karozzi li b'rabja kbira, ma qablux ma' dan. Fil-fatt, minn rapport ikkummissjonat mill-Università ta' Malta, li ħareġ is-sena li għaddiet, irriżulta li persuna tqatta' medja ta' 52 siegħa fit-traffiku fis-sena, jiġifieri fil-fatt din hi realtà li kull min juża l-karozza fit-toroq Maltin esperjenza xi darba jew oħra. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Partit Nazzjonalista ppreżenta rapport b'35 proposta bil-għan li tkun tista' tiġi indirizzata iktar il-problema fit-toroq Maltin. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-persuna responsabbli minn dan ir-rapport, ix-shadow minister għat-trasport, Marthese Portelli sabiex issir taf iktar dwar dak li qed jiġi propost, bħala miżuri 'short term', jiġifieri li jistgħu jiġu implimentati fl-immedjat. 'Nixtiequ li r-riforma tkun waħda suċċess' L-għażla tat-trasport pubbliku minflok l-użu tal-karozza privata hija waħda mill-modi ta' kif jitnaqqsu l-karozzi mit-toroq, iżda biex il- passiġġiera jitħajru dejjem iktar jagħmlu użu minn dan is-servizz, jeħtieġ li dan ikun wieħed ta' ċertu livell. Fil-fatt, minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta stess ftit tal-ġimgħat ilu, jidher li s-sentiment ta' rabja rigward is-servizz naqas, u hemm iktar element pożittiv. Ħafna mill-passiġġiera li tkellmu ma' din il-gazzetta kienu indikaw li għalkemm is-servizz ma kienx wieħed perfett, huma setgħu jinnutaw ċertu titjib fir-rotot li jużaw. Dwar dan, il-gazzetta staqsiet lid-deputata Portelli jekk tirrikonoxxix li sar dan it-titjib. "Issa, dħalna fit-tielet sena minn meta kellha tidħol fis-seħħ ir- riforma tat-trasport pubbliku, u aħna bħala PN nixtiequ li din tkun waħda suċċess." Kompliet tgħid li jekk it- trasport pubbliku jkun wieħed tajjeb u effiċjenti, dan jgħin biex tittaffa l-problema tat-traffiku f 'pajjiżna, waqt li enfasizzat li fil-35 proposta li hemm fir-rapport, qed tiddaħħal ukoll l-idea tax-'shared modes of transport' fejn ikun hemm iktar minn użu wieħed għall-istess biljett, jew inkella jiġu magħquda żewġ servizzi flimkien. "Jekk taqsam ix-xatt, mal- biljett għandek awtomatikament biljett għal-lift tal-Belt Valletta. B'hekk, tkun qed tħajjar lin-nies biex jużaw żewġ modi li se jwassluh fil-post fejn jixtieq. Aħna qed nissuġġerixxu iktar minn dawn it-tip ta' inizjattivi fejn jidħol it-trasport pubbliku." Tkompli billi ssemmi proposta dwar rotot diretti li jieħdu lill-passiġġiera dirett lejn postijiet viċin il-baħar sabiex minn hemm, jaqbdu mezzi oħra ta' trasport. Bl- istess mod, Portelli semmiet kif ikun tajjeb li jingħaqdu r-roti mal-karozzi tal-linja, "għaliex m'għandux ikollna ċertu bicycle depots viċin ċerta vened tal-linja? Hekk, tkun tista' tuża r-rota għal distanzi twal, imbagħad ir-rota għal distanzi iżgħar." 'Ħadt qatgħa għax is-sussidju trippla u jista' jkompli jiżdied' "Meta ġie ppubblikat il-kuntratt, jien ħadt qatgħa meta rajt li s-sussidju trippla, u dan jista' jkompli jiżdied 'il quddiem." Portelli sostniet li dan is-sussidju li qed jingħata mill-Gvern għat-trasport pubbliku jista' jogħla għal diversi raġunijiet, "is-sussidju jiżdied jekk jiżdiedu r-rotot, jekk jiżdiedu l-bus stops, eċċ, allura l-operatur għandu l-aqwa għodda sabiex jirranġa s-servizz. Xtaqt ħafna li kieku s-servizz beda jaħdem tajjeb sa mill-ewwel ġurnata, imma għall- magħmul m'hemmx kunsill, u issa għaddew tliet snin, u s-sistema tat- trasport pubbliku ma kinitx waħda effiċjenti. Jiena nittama li ssir waħda effiċjenti, imma mhux a skapitu tal- poplu Malti u Għawdxi. Portelli kompliet tgħid li, "Waqt li l-poplu qed iħallas biex ikollu servizz aħjar, il-kumpanija x'inċentivi għandha biex tassigura li r-rotot ikunu verament tajbin u effiċjenti? Inkella, jekk għal kull kambjament li se jsir, se jkun hemm iż-żieda fis-sussidju, allura hemm se jkollna kumpanija li moħħha biex tbiddel, iżżid u tnaqqas ir-rotot għax awtomatikament, se jiżdidilha s-sussidju." Marthese Portelli kompliet tgħid li hi tixtieq li jkun hemm sistema ta' trasport pubbliku tajjeb u sistema ta' rotot li taqdi lil dawk li jridu jużaw it-trasport. Iżda dan kollu, mhux għad-detriment tal-poplu li jkollu jħallas iktar, mhux f 'nollijiet iżda b'mod indirett mit- taxxi. Għal dan, il-gazzetta ILLUM tistaqsi jekk il-Partit Nazzjonalista hux qed jipproponi li jitnaqqas is-sussidju fuq it-trasport pubbliku, biċ-ċans allura, li s-servizz imur għall-agħar. Portelli, pront irrispondiet li, "diment li jkollok sussidju li joħloq bilanċ ġust mas-servizz li qed jingħata u rridu li t-trasport pubbliku jirnexxi, is-sussidju għandu jingħata." Minkejja dan, żiedet tgħid, "li mhux ġust huwa li s-sussidju jitrippla, minn €10m tela' għal €30m, u minkejja dan, għad baqa' numru kbir ta' nies jilmentaw dwar is-servizz. Allura kienet tajba d-deċiżjoni li nżidu s-sussidju b'€20m? U la n-nies għadhom qed igorru, fejn qed imur is-sussidju?" Rotot ġodda diretti b'taxis jew minibuses F'proposta partikolari tad-dokument maħruġ mill-PN, hemm propost li jkun hemm servizz dedikat, partikolarment għal destinazzjonijiet li f 'ħinijiet u ġranet partikolari, jkollhom influss kbir lejhom, bħal istituzzjonijiet edukattivi, l-Isptar u postijiet ta' diverstiment. Allura, din mhux simili għas-servizz diġà offrut ta' rotot diretti lejn postijiet differenti bħall-Università? Hawnhekk, id-deputata Nazzjonalista tgħid kif din il-proposta tmur oltrè mit-trasport pubbliku u qed jiġu inklużi l-minibuses, lil tat-taxis eċċ. "Hemm numru ta' miżuri fejn wieħed jista' jabbina u juża aħjar it-trasport pubbliku, però f 'dan it-trasport dedikat, qed naraw li hawn niċċa fejn nistgħu ninvolvu iktar nies li jaħdmu f 'dan is-settur." Hawnhekk, tat l-eżempji tad-diversi monti li jiġu armati madwar Malta f 'kull jum tal-ġimgħa. "Hemmhekk għandek masses ta' nies li jitilqu minn post u jmorru għal ieħor, għalhekk huwa faċli li tikkalkula kemm se jkun hemm moviment u fi x'ħin, biex ikun hemm trasport li jmur dirett lejn id-destinazzjoni. U b'hekk," tkompli tgħid id-deputata Nazzjonalista, "qed tinċentiva lil min is-soltu jmur bil-karozza tiegħu billi toffri trasport effiċjenti biex imur fid-destinazzjoni b'mod dirett." 'Kien żball min-naħa tal-Gvern li jmur kontra dak li qalu l-imsieħba soċjali' Ix-shadow minister tat-trasport elenkat numru ta' imsieħba soċjali u qalet li kollha kellhom reazzjoni pożittiva għar-rapport bi proposti dwar it-traffiku, u kollha qalu li ħafna mill-miżuri proposti huma fattibbli f 'qasir żmien u ma jiswewx ħafna flus lill-pajjiż, u se jkunu qed jikkontribwixxu biex tittaffa l-problema. Hawnhekk, Portelli titkellem dwar ir-reazzjoni negattiva li kellu l-Gvern għal dan ir-rapport, u tgħid li, "jien nixtieq li kieku l-Gvern, minflok addota l-pożizzjoni li ħa malli ppubblikajna r-rapport, kien jarah, ujekk hemm inċentivi tajbin, jgħajtilna bħala Oppożizzjoni u naraw kif nistgħu nespandu fuqhom." 'Sta għalina l-politiċi li nkunu kreattivi biex ngħinu n-nies jinvestu' Portelli qalet li bis-saħħa tat- teknoloġija, wieħed jista' jagħmel dak kollu li jixtieq, u fejn għandu x'jaqsam it-trasport, tgħid li waħda mill-proposti mniżżla fir-rapport hi propju biex jingħata sapport lill- dawk il-kumpaniji li preżentement jinsabu fis-settur tat-trasport biex ikunu innovattivi u joħolqu sistemi biex jinċentivaw servizzi maqsuma bejn iktar minn persuna waħda, milli l-okarozza personali tagħhom. "Hemm għodod għalina l-politiċi u sta għalina li nkunu kreattivi li noħolqu dak l-ambjent neċessarju biex min irid jinvesti, jkun jista' jinvesti, u ngħinuhom biex ikunu kreattivi, u aħna 'we have to think outside the box' għaliex ikella jkun inutli li ngorru fuq il-problema tat-traffiku. Aħna ħriġna bl-ewwel dokument tagħna li huwa 'short term' Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Mhuwiex ġust li s-sussidju jitrippla u, xorta għad baqa' numru kbir ta' nies jilmentaw dwar is- servizz " " F'nifs wieħed jgħid li dan mhux dokument tajjeb, u fin-nifs l-ieħor jgħid li dawn il- proposti, jew diġà qed isiru, jew se nagħmluhom. Mela allura qed jammetti hu stess li huma tajbin. " "