Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
illum Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Sports 32 Il-ġenerazzjoni żagħżugħa b'suċċessi fil- Kampjonat Nazzjonali tal-Badminton IS-SUĊĊESS tal- ġenerazzjoni l-ġdida ta' plejers tal-badminton kienet il-qofol tal- Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton li ġew organizzati riċentament fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop. Dawn iż- żgħażagħ kienu involuti f 'erbgħa minn ħames finali. Il-plejer ta' 17-il sena Matthew Abela, b'determinazzjoni kbira, rnexxielu jikseb it-titlu tal- Mens' Singles wara li għeleb lil Stefan Salomone, tmien darbiet Champion ta' din il-kategorija. Għaldaqstant Matthew sar l-iżgħar atleta tal-badminton li rnexxielu jikseb dan is-suċċess fil- kategorija tal-Mens' Singles. Fil-finali, Matthew Abela żamm il-pass ma' Stefan Salomone fl-ewwel logħba sakemm fl-aħħar kabbar il-vantaġġ biex rebaħha bl-iskor ta' 21-15. Fit-tieni logħba Salomone ħareġ iktar aggressiv u kiseb vantaġġ sal-intervall ta' 11-3. Wara l-intervall, Matthew ħareġ determinat li jnaqqas id- distakk. Dan seħħ u l-iskor lejn l-aħħar tal-logħba kien 20-18 favur Stefan, li b'hekk kellu żewġ game points. Dan ma jidhirx li poġġa pressjoni żejda fuq iż-żagħżugħ Abela li rnexxielu jbiddel dan il-mument kruċjali f 'opportunità tad-deheb u li biha rnexxielu jirbaħ l-ewwel Titlu Nazzjonali tiegħu billi rebaħ erba' punti konsekuttivi għal skor finali ta' 22-20. Dan it-titlu jikkonferma wkoll lil Abela bħala r-rank numru wieħed għal dan l-istaġun. Fiorella-Marie Sadowski din is-sena kkonfermat is-supremazija tagħha fil- Womens' Singles meta fil- finali għelbet lill-isfidanta żagħżugħa ta' 15 -il sena Sarah Fava. Fiorella ħadet il-kontroll tal-logħba fl- ewwel logħba meta fetħet vantaġġ komdu biex rebħet l-ewwel logħba bl-iskor ta' 21-10. Fit-tieni logħba Fava dehret determinata u li ma kinitx se ċċedi faċilment. Hija żammet il-pass ma' Sadowski u rnexxielha tirbaħ it-tieni logħba 21- 18. B'hekk kollox kellu jiġi deċiż fit-tielet logħba. Sadowski bdiet it-tielet logħba fuq sieq tajba meta ħadet sitt punti vantaġġ fuq Fava sal-intervall għall- punteġġ ta 11-5. Fl-intervall, Fava rnexxielha terġa' tiffoka u b'determinazzjoni kbira rnexxielha tnaqqas id-distakk għal 11-9. Għalkemm deher li Fava reġgħet daħlet fiċ-ċans li tirbaħ il-logħba, Sadowski, reġgħet ħadet ir-riedni tal-logħba f 'idejha u b'kunfidenza u konsistenza kbira, uriet is-supremazija tagħha billi rebħet it-tielet logħba bl-iskor ta' 21-13. Fiorella-Marie Sadowki wriet konsistenza tul dan l-istaġun kollu u hija meritatament konfermata bħala n-numru wieħed fir-rankings tal-womens' singles. Fil-finali tal-Mens' Doubles rajna liċ-Ċampjins renjanti Stefan Salomone u Samuel Calì jiġi affaċċjati mill-koppja il-ġdida Nigel Degaetano u Stephen Ferranti. Stefan u Samuel bdew tajjeb ħafna fil-finali u rebħu l-ewwel logħba 21- 18. Madanakollu Stephen u Nigel, b'determinazzjoni kbira rnexxielhom jirbħu iż-żewġ logħbiet ta' wara 21-18 u 22-20, f ' logħba eċċitanti b'kull punt ikun essenzjali u bill-mumenti finali ta' din il-logħba tħalli l-ispettaturi fuq ix-xwiek sal-aħħar punt. Dan ifisser li ż-żagħżugħ ta' 18-il sena Nigel Degeatano rebaħ l-ewwel Titlu Nazzjonali tal- karriera tiegħu. Fil-kategorija Womens' Doubles, Sarah Fava u Dominique Francica ffaċċjaw lil Catherine u Cheryl Dimech fil-finali ta' dis-sena. Din il-finali kienet wkoll waħda missielta ferm, fejn il-plejer ta' 15-il sena Sarah Fava u il-partner tagħha Dominique Francica rnexxielhom jiksbu r-rebħa 21-13 u 21-18. Dan it-titlu kien l-ewwel wieħed għal Fava iżda t-tieni wieħed għal Dominique wara li kienet ħadet dan it-titlu flimkien ma' oħtha Catriona fl-2012. Il-finali konklussiva rat lill-aħwa Stefan u Robert Salomone jaffaċjaw lil xulxin flimkien mal- partners tagħhom Klara O'Berg u Tiziana Mifsud rispettivament. Iż-żewġ koppji kellhom bidu kawt u żammew il-pass fl-ewwel logbħa biex Stefan u Klara rebħuh bl-iskor ta 21-16, wara numru ta' żbalji minn Robert u Tiziana. It-tieni logħba ntlagħbet fuq l-istess pass, bid-differenza li Stefan u Klara ħadu vantaġġ ta' tmien punti kmieni fil- logħba. Wara, żammew il- pass u rebħu t-tieni logħba 21-14 biex kisbu t-titlu tal-Mixed Doubles ta' din is-sena. Dan kien l-ewwel titlu għal Klara u s-sitt titlu tal-Mixed Doubles għal Stefan. Rappreżentant ta' Badminton Malta kkummenta li huwa ta' sodisfazzjon kbir li tara lill- ġenerazzjoni l-ġdida ta' plejers li f 'età żgħira diġà qegħdin jikkompetu b'suċċess fl-ogħla livell nazzjonali u internazzjonali. Dan frott ta' ħidma kontinwa tal-kowċis, tal- amministraturi, tal-ġenituri u fuq kollox tal-plejers infushom. Fiorella Sadowski fl-azzjoni Matthew Abela fl-azzjoni Ritratt: Badminton Europe Ritratt: www.cngfotography.com