Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
illum Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Sports 28 Sara Xuereb iġġib tmiemu d-dominju ta' 11 -il sena ta' Sue Abela l-Bowling minn Cristian Antony Muscat LAĦĦAR sensazzjoni fl-isport tat-Ten Pin Bowling f 'Malta, iż- żagħżugħa ta' 14-il sena, Sara Xuereb, kellha isimha mnaqqax fl-istorja tat-Ten Pin Bowling, billi rebħet il- Kampjonati Nazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal- Malta Ten Pin Bowling għas-sena 2016. B'hekk saret l-iżgħar Champion Nazzjonali fl-istorja ta' dan l-isport f 'pajjiżna. Ir-rebbieħ tat-titlu fil- kategorija maskili kien Justin Caruana Scicluna. B'din ir-rebħa inkredibbli, Sara Xuereb ġabet fi tmiemu d-dominju ta' 11-il sena ta' Sue Abela, li ilha tirbaħ dan it-titlu mill-2005, iżda din id-darba kellha tikkuntenta bit-tielet post, pożizzjoni mhux tas-soltu għall-bowler ta' esperjenza, li rebħet dan it-titlu nazzjonali xejn inqas minn 21 darba. Xuereb kienet fit-tieni post b'total ta' 1,553 pin wara s-sessjoni inizjali ta' tmien logħbiet, ħames pins inqas minn Cynthia Duca li kienet fl-ewwel post b'1,558 pin, u Melissa Swift li kienet tinsab fit-tielet post b'1,476 pin. Imbagħad Sara tellgħet total ta' 1,560 pin fit-tieni jum tal-kompetizzjoni u telgħet fl-ewwel post b'total ta' 3,113 pin. Sue Abela sparat mis-seba' post għat-tieni post bi 3,024 pin, waqt li Cynthia Duca niżlet fit-tielet post bi 3,019 pin. Xuereb bdiet b'vantaġġ ta' 89 pin fit-tielet u l-aħħar jum, u fil-bidu bdiet iżżid aktar pins fuq l-idolu tagħha, issa rivali tagħha Sue Abela, biex ikkonsolidat il-vantaġġ tagħha. Abela dehret skomda fuq il-lanes filwaqt li ż-żagħżugħa baqgħet kalma u komposta minkejja l-età żgħira tagħha, u sempliċiment ma setgħetx tiġi milħuqa. Sara ħarġet rebbieħa b'total finali ta' 4,642 pin fuq 24 logħba tagħha, medja ta' 193 pin kull logħba. Fit-tieni post spiċċat Melissa Swift b'4,604 pin, li propju fl- aħħar logħba tefgħet lill- eks-champion ta' Malta, Sue Abela, fit-tielet post b'4,588 pin. Fil-kategorija tal- irġiel, it-titlu dejjem ikun ikkontesat min- numru tajjeb ta' rebbieħa potenzjali, u l-edizzjoni ta' din is-sena ma kinitx eċċezzjoni. Fl-ewwel jum, Mauro Anastasi, spiċċa fl-ewwel post bi skor kbir ta' 1,631 pin, segwit mill- qrib minn Mark Spiteri b'1,613 pin. Kenneth Arpa stabbilixxa ruħu fit-tielet post b'1,596 pin, b'Justin Caruana Scicluna jispiċċa eżatt warajh, b'differenza ta' pin wieħed biss. Kien hemm bidla fil- quċċata fit-tieni jum, li ra lil Caruana Scicluna jikseb skor eċċellenti ta' 1,676 pin, li permezz tiegħu qabeż fl-ewwel post. Anastasi niżel fit-tieni post bi 3,213 pin bi skor ta' 1,582 fit-tieni sessjoni tiegħu. Mark Spiteri kien fit-tielet post u baqa' f 'kuntatt ma' ta' fuq b'total ta' 3,195 pin. Fit-tielet jum, Justin Caruana Scicluna, kompla juri s-superjorità tiegħu f 'dan l-avveniment b'logħbiet li fihom ġab skors ta' 209-226-223, u wara bi skor baxx ta' 160, li malajr kien ikkanċellat bi skor għoli ta' 266 aktar tard biex spiċċa b'total ta' 4,943, medja ta' 205.9 kull logħba. Mauro Anastasi rnexxielu jegħleb sfida qawwija minn Mark Spiteri fl-aħħar tas- sessjoni, biex spiċċa fit- tieni post b'total ta' 4,894 pin. Dan tal-aħħar spiċċa fit-tielet post b'4,845 pin. Kemm Sara Xuereb kif ukoll Justin Caruana Scicluna, se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fit-Tazza Ewropea taċ-Champions tal- Bowling, li se ssir fir- Repubblika Ċeka aktar tard matul din is-sena. F'din il- kompetizzjoni, iċ-champions Maltin se jikkompetu ma' champions ta' pajjiżi mill- Ewropa kollha għat-titlu ta' champion Ewropew tal- Bowling għas-sena 2016. Sara Xuereb bit-Trofew ta' Champion Nazzjonali tal-Bowling Luke Galea jkompli jimpressjona fi l-Karate LUKE Galea, atleta ta' 17-il sena fid-dixxiplina tal-karate fil-Malta Karate Federation, MKF beda jipprattika l-karate ta' ħames snin u nofs mal-Imġarr Karate Club u ħa l-Black belt ta' 14-il sena. Ilu jiffoka fuq Sport Kumite għal dawn l-aħħar snin u dan sarraf f 'riżultati tajbin ħafna lokalment u internazzjonalment fosthom tliet medalji tad-deheb fis-'Small States tal-Karate First Edition 2014' li saret ġewwa l-Lussemburgu, żewġ medalji tad-deheb fil-Polish Karate Open u tliet medalji - deheb, fidda u bronż, fis-'Small States tal-Karate Second Edition 2016', li saret ġewwa Ċipru. Riċentament, Galea reġa' ġab riżultati prestiġjużi ħafna għal pajjiżna, fejn fil-Kompetizzjoni Open d'Italia fit-2 u 3 t'April li għadda ġewwa Riccione, ikklassifika fit-tieni post fil-kategorija tal-Juniors ta' taħt it-68 kilogramma. L-aħħar kompetizzjoni internazzjonali kienet dik tal-Iskozja fil-ġranet tat-23 u l-24 t'April li għadda, fejn kien hemm aktar minn 800 atleta jieħdu sehem ġejjin mid-Danimarka, il-Finlandja, l-Olanda, l-Irlanda, Malta, l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales. Luke Galea kkompeta f 'żewġ kategoriji tal-Juniors tal- etajiet ta' 16 u 17-il sena. Huwa kkompeta fil-piż taħt it-68 kilogramma fil- kategorija individwali fejn ikklassifika fit-tielet post, filwaqt li fil-Kategorija Open (il-piżijiet kollha), ikklassifika fl-ewwel post meta rebaħ kontra ċ-champion Skoċċiż fil- finali b'riżultat ta' 4-3 favur Galea. Din kienet esperjenza oħra ta' valur kbir għal Galea u ta' motivazzjoni kbira għall- futur tiegħu f 'dan il- contact sport. Barra minn hekk, Galea kkompeta f`Kompetizzjoni Nazzjonali Maltija fl-1 ta' Mejju li għadda, fejn ikklassifika fl-ewwel post fil-Kumite individwali, open u tim, kif ukoll ħa l-ewwel post fil-Kata. Bħalissa, Luke qiegħed jipprepara għal kompetizzjoni oħra li ħa ssir fl-aħħar ta' Mejju, ġewwa Sheffield fl- Ingilterra u s-'Small States Third Edition' f 'Settembru ta' din is-sena, li se ssir ġewwa Malta. Luke xtaq jirringrazzja lil dawk kollha li għenuh f 'din it-triq, b'mod partikolari lill-familja tiegħu, lis- Senseis, Training Partners, il-Malta Karate Federation u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Luke Galea f 'Riccione, l-Italja