Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

META fl-1997, Franco Baresi dendel iż-żarbun, it-tim ta' AC Milan kien mifni bil-biżà li mhux se jerġa' jkollu difiża kompluta u ggwidata minn mexxej ta' ċertu stoffa, apparti l-fatt li kienu qegħdin jibżgħu li ż-żewġ bnadar, Paolo Maldini u Alessandro Costacurta, kienu se jkunu mdawrin minn difensuri ta' livell medjokri jew żgħażagħ b'potenzjal li ma jafux isarrfuh. Iżda madankollu, huma kienu konxji minn fejn kienu qegħdin joħorgu l-aqwa difensuri - mill-kapitali tal-Italja, Ruma. Alessandro Nesta, li twieled propju f 'Ruma fid-19 ta' Marzu tal-1976, beda l-karriera tiegħu mat-tim ta' Lazio, fejn filwaqt li nkiteb magħhom fl-1985, huwa ġie magħżul l-ewwel darba mill-ewwel skwadra fl-1993 taħt it-tmexxija ta' Dino Zoff. Ta' min isemmi, li qabel mar ma' Lazio, huwa kien irrifjutta offerta mingħand Roma sabiex iżomm kuntent lil missieru li kien partitarju kbir ta' Lazio. Huwa għamel id-debutt fl-1994, fid-draw ta' 2-2 kontra Udinese, ġimgħa qabel ma għalaq 18-il sena u l-prestazzjonijiet eċċellenti tiegħu wassluh sabiex jilbes il-faxxa ta' captain fl-1997. Madankollu, probabbilment l-mument li ppromwova lil Nesta fix-xena tal- futbol internazzjonali huwa meta kien kiser sieq Paul Gascoigne, sieħbu fit-tim ta' Lazio, f 'sessjoni ta' taħriġ. Ironikament iżda, kien l-Ingliż li kien għamel it-tackle fuq Nesta. Mat-tim ta' Lazio, Nesta rebaħ il-Coppa Italia fl-1998 kontra AC Milan, sena wara ttrijonfa fit-Tazza tat-Tazzi kontra Mallorca u anke fis-Super Cup Ewropea kontra l-ġganti Ingliżi ta' Manchester United. Il-qofol ta' kollox iżda wasal meta għolla l-Iscudetto, li Lazio kienu rebħu għat-tieni darba fl- istorja tagħhom. Fis-sajf tal-2002, il-President ta' Lazio u l-kumpanija Cirio kienu mifnija bi problemi finanzjarji li waslu sabiex Alessandro Nesta, minkejja li ma xtaqx jitlaq mill-kapitali, ingħaqad ma' AC Milan għas-somma ta' €30 miljun. L-ewwel żewġ staġuni bil-flokk ta' AC Milan kienu meraviljużi għad- difensur Taljan, fejn rebaħ Scudetto, Coppa Italia, UEFA Champions League u s-Super Cup tal-Ewropa, fost il-ħafna unuri individwali li rebaħ ukoll. Żgur li ras il-klabb ta' AC Milan kienet mistrieħa b'dan id-difensur twil kważi żewġ metri. Mat-tim ta' AC Milan, apparti l-fatt li t-tim kien kompettitiv f 'kull kompetizzjoni anke bl-għajnuna tal-akkwisti ta' livell għoli li kienu qegħdin isiru, Nesta kien qed joħroġ il-potenzjal kollu li kien għadu ma ħariġx ma' Lazio. L-eleganza li biha kien jiddefendi, il-kapaċità li jittrasmetti, it-trankwillità fuq wara u anke l-abbiltà li jimposta l-logħob mid-difiza. Ma kienx difensur li kien veloċi ħafna, iżda bħal kif jgħid il-Malti, 'jekk ma jidħolx mill-bieb, kien jidħol mit-tieqa', Nesta kien kapaċi jirfina t-tackling u t-timing tat-tackling, fejn rarament żbalja l-mument u d-deċiżjoni - difensur li kien iqabbdek il-bard meta tarah jagħmel xi tackle fl-aħħar minuta. Iżda għal kull ħaġa tajba li nsibu f 'persuna, irridu nsibu difett. Il- problema f 'Nesta ma kienx iżjed difett, iżda l-isfortuna - dik li kien plejer kemxejn fiżikament vulnerabbli fejn matul il-karriera tiegħu sofra ħafna injuries. Id-difensur Taljan kien qabeż l-istaġun kollu tal-2008/2009 minħabba injury f 'dahru li ħallietu madwar 300 ġurnata barra mil- logħob. Minn wara dik l-injury, Nesta beda jitlef xi logħbiet 'l hemm u 'l hawn minħabba injuries minuri u meta kulħadd kien sar konxju li ġismu ma setax jiġi 'abbużat', fl-istaġun 2011/2012 huwa ddikjara li kien ħa jtemm l-avventura mat-tim ta' AC Milan. Wara l-avventura fis-Serie A, Nesta ħa l-irwol ta' Kristofru Kolombu u vvjaġġa lejn il-kontinent Amerikan, propju fil-Kanada fejn ingħaqad ma' Montreal Impact li magħhom kienu diġà jilagħbu l-kompatrijotti Marco Di Vaio, Bernardo Corradi u Matteo Ferrari. Bħal kull plejer kbir li jimbarka fuq avventura lussuża, Nesta tilef xi ftit dik il-konċentrazzjoni anke minħabba l-fatt li l-pressjoni tal- kampjonat MLS, ma tibdiex ma' dik tas-Serie A u din kienet evidenti meta fost l-oħrajn, Nesta kien safa mkeċċi minħabba li ta daqqa ta' ras lill-plejer avversarju - ħaġa li minn Nesta ma tistennihiex. Wara żewġ staġuni fil-Kanada, huwa kien ingħaqad mat-tim ta' Chennaiyin FC, fl-Indja, fejn kien taħt il-gwida ta' sieħbu Marco Materazzi u li flimkien rebħu l-kampjonat Indjan. Alessandro Nesta dendel iż-żarbun wara din l-avventura u minn hemm beda t-triq fil-kowċing fejn bħalissa huwa qiegħed jikkowċja lil Miami FC, fil-kampjonat NASL (it-tieni kampjonat fl-Stati Uniti), tim li l-propjetarju tiegħu m'huwa ħadd illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Cristian Antony Muscat Alessandro Nesta - Id-difensur aristokratiku li rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol mondjali, u li kien kolonna fid-difiża ta' AC Milan, ta' Lazio u anke tat-tim nazzjonali Taljan. Alessandro Nesta - Id-difensur Sports 34 "Dejjem segwu l-ħolm tagħkom u taqtgħu qalbkom qatt! Jien dejjem kont ngħid lili nnifsi dan il-kliem, u nħoss li rnexxieli nasal fejn xtaqt u nikseb dak kollu li kelli f 'moħħi!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016