Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Ċitazzjonijiet fażulli minn John Busuttil GĦAL snin twal, il- poplu Malti ġie mogħti ċitazzjonijiet fażulli meta pparkja l-karozza fuq spazju riservati għad- 'disabled' jew għal 'blue badge holders'. L-ILLUM sar jaf li m'hemm l-ebda liġi li twaqqfek milli tipparkja fuq dawn l-ispazji riservati. Għalkemm irridu ngħidu wkoll li m'għandhiex tkun iċ- ċitazzjoni li żżommok milli tħalli dawn l-ispazji vojta, iżda l-fatt innifsu li dawn ikunu riservati għal nies b'inqas mobiltà li għandhom bżonn isibu parkeġġ viċin fejn ikunu jridu jmorru. Iżda hu fatt mill-aktar redikolu li għal snin daqshekk twal, l-ebda awtorità ma indunat li m'hemmx liġi li torbot lil min jipparkja fuq parkeġġi riservati bħal dawn biex jingħata ċitazzjoni. Fil- fatt kien hemm wardens u pulizija li kienu jafu bin-nuqqas ta' din il-liġi u għalhekk qatt ma ħarġu ċitazzjonijiet, u oħrajn li ħarġu ċitazzjoni ta' €23.29 u min ma kienx jaf li m'hemmx liġi, ħallashom. Li kieku kkontestaw dawn iċ-ċitazzjonijiet, huma ma kienu jħallsu xejn. Dan kollu ġie kkonfermat minn Oliver Scicluna li hu ċ-chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabiltà (KNPD) li qalilna li wara tant snin, se tinħoloq liġi fi ftit ġimgħat oħra u issa min se jipparkja fuq spazju riservat għan-nies bi blue badge se jkollu jħallas multa kbira. Din il-multa, tibda minn €250 għall-ewwel ksur tagħha, u titla' sa €1,500 jekk tkun riċediv. Oliver Scicluna qalilna li hi ironija li f 'dawn is-snin kollha donnu ħadd ma induna li dawn il-parkeġġi ma kinux jaqgħu taħt l-ebda liġi, fejn qalilna li kien hu flimkien mas-segretarju parlamentari Justyne Caruana li xprunaw din il-liġi li tinsab fit-tieni qari tagħha u issa se tgħaddi għall-kumitat tal-kamra u fi żmien ftit ġimgħat għandha titlesta u tkun 'in vigore'. Fil- fatt, l-ILLUM tkellmet ukoll mad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea li qalilna li bħala partit se jivvutaw favur din il-liġi. L-ILLUM tkellem ukoll ma' uffiċjal tat-tribunal tat-traffiku li kkonferma wkoll li sal-lum, m'hemmx liġi u qalilna li jibża' li b'din l-aħbar jinħoloq rebus fejn kulħadd jibda jipparkja fuq dan il-parkeġġ riservat għal nies b'diżabbiltà. Iżda aħna nemmnu li r-rebus jinħoloq għax min suppost kellu jagħmel liġi, m'għamilha qatt u kien qed jidħak bil-poplu li jimmultah mingħajr ma kien protett minn liġi li tagħtih id-dritt li jagħmel dan. Sadanittant, Oliver Scicluna qalilna li huma biss Malta u l-Estonja li s'issa m'għandhomx din il-liġi li tkopri l-parkeġġ riservat għad-disabled. Qal ukoll li hawn madwar 9,000 persuna uffiċjalment bil-blue badge, iżda hawn eluf oħra li għamlu fotokopja tal-badge u qed jużawha b'detriment għal min verament għandu bżonnha. "Se nibdlu l-badges kollha fejn issa se tkun hologram u anti copy paper u se nibdlu anke l-logo tal-wheelchair, sabiex il-wardens u l-pulizija jibdew jgħarfu mill-ewwel dawk li huma vera u dawk foloz. Min jinqabad ipparkjat bid-dokument iffalsifikat jew b'xi card mislufa mingħand xi ħadd ieħor, se jkun qed jeħel il-multa ta' €500." Oliver Scicluna qal li, "tant ilna għaddejjin b'din il-farsa li issa jeħtieġu madwar sentejn biex M'hemmx liġi li twaqqfek milli tipparkja fuq tad-'disabled' • Liġi xprunata minn Oliver Scicluna u Justyne Caruana se twassal għal multi ta' mhux inqas minn €250 Chetcuti jipproponi l-użu ta' bini Reazzjonijiet imħallta għall-proposta ta' Yana Mintoff għall-kontrolli fuq kirjiet privati minn Albert Gauci Cunningham IL-PRESIDENT tal-Malta Developers Association Sandro Chetcuti meta kkuntattjat minn ILLUM ippropona li l-Awtorità tad-Djar tidħol għal sidien ta' blokok ta' appartamenti vojta, tagħmel it-titjib li l-istess sidien ma jistgħux iwettqu minħabba problema ta' nuqqas ta' flus u sussegwentement tasal fi qbil mal-istess sidien biex tikrihom hi stess bħala housing soċjali. Chetcuti kien qed jirreaġixxi għall-istorja li dehret fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda u li fiha kien irrapportat kif Yana Mintoff, f 'isem il- Forum Komunità Bormliża, qed tipproponi li jkun impost limitu ta' kemm jistgħu jitilgħu l-prezzijiet tal-kirjiet privati. Chetcuti qal li għalkemm hu jirrispetta l-opinjoni u l-veduti ta' kulħadd, ma jista' qatt jaqbel mal- proposta ta' Mintoff . "Ma tistax, biex twieżen lil xi ħadd tagħmel miżura li tkun a skapitu ta' ħaddieħor," saħaq il-President tal-MDA li minflok ippropona li jintuża bini u proprjetà li hija vojta u li minħabba problemi ta' flus li jista' jkollhom is- sidien, ma jkunx jista' jsir titjib fiha. "Hemm ħafna soluzzjonijiet, fost dawn jien inħoss li alternattiva għal dak li proponiet Mintoff tista' tkun li l-Awtorità tad-Djar tidħol għal dawk is-sidien ta' blokok li ilhom mibnijin is-snin, li jeħtieġu rinnovazzjoni imma li m'għandhomx ir-riżorsi u l-flus neċessarji biex iwettqu dan it-tibdil. L-Awtorità, jiġifieri l-Gvern," kompla jgħid Chetcuti, "tkun tista' tagħmel it- titjib meħtieġ, bil-patt u l-kundizzjoni li għal ammont ta' żmien hi tkun tista' tikri l-istess appartamenti bħala housing soċjali, bi prezz maqbul wara negozjati mal-istess sidien." Chetcuti qal li b'dan il- mod, il-Gvern la jkun qed jimponi miżuri fuq is-suq, kif proponiet Mintoff u min-naħa l-oħra jkun qed jagħmel użu tajjeb tal- proprjetà vojta. Il-Gvern mhux biss għandu dritt, imma dover jirregola s-suq Min-naħa l-oħra iżda l-Avukat Kurt Xerri, li huwa wkoll riċerkatur fil-qasam tad-djar isostni li l-Gvern mhux talli għandu dritt, imma wkoll dover li jirregola s-suq. F'artiklu li qed jidher f 'paġna 21 ta' din il-gazzetta, Xerri jgħid li "l-Gvern mhux biss għandu d-dritt li jirregola s-suq tal-kiri iżda għandu saħansitra, id-dmir li jintervjeni biex jassigura kundizzjonijiet ġusti għal dawk li jiddependu minnu." L-Avukat Xerri jsostni li hu jaqbel mal-proposti ta' Mintoff u jżid jgħid li bidliet bħal dawk li pproponiet f 'mozzjoni li għaddiet lill- Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali "setgħu evitaw is-sitwazzjoni li qed naraw isseħħ quddiem għajnejna f 'Malta fejn f 'ċerti lokalitajiet, il-kirjiet saħansitra rduppjaw minn sena għal oħra." Il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta rrappurtat kif il-Prim Ministru Joseph Muscat wera nuqqas ta' qbil tiegħu lejn din il-proposta f 'laqgħa ma' Mintoff stess, b'kelliema tal-uffiċċju tiegħu tgħid lill-ILLUM li l-Gvern m'għandux dritt jindaħal Charles Miceli Sandro Chetcuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016