Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Sitwazzjoni li int bħalissa qed tikkumbatti, qed tara li m'intix tasal fejn vera tixtieq int. Imma taqtax qalbek, xi kultant ma tarax il-frott li tix- tieq mill-ewwel, imma jekk int tagħraf iżżomm ma' dak li int bdejt, dak li int tixtieq twettaq, sejjer jiġri, imma se jieħu ftit aktar żmien milli ħsibt. Imma ibqa' żgur li finalment, dak li bħalissa qed tissielet għalih, se jasal, u meta se tħares lura se tkun sodisfatt, u ovvjament se tħossok ferm aħjar. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 24 u 30. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Wasal iż-żmien li tibda trattab ftit dik ir-ras iebsa dwar sitwazzjoni, li minħabba fiha hemm firda bejnek u xi membri tal-familja. Vera li forsi għandek xi raġuni partikolari, imma wasal iż-żmien li din il-firda tinbidel f 'waħda ta' għaqda, u minn dak li seħħ, kulħadd jipprova jieħu xi forma ta' tagħlima sabiex dak li nħoloq u kkawża dan il-ferament, ma jerġax jirrepeti ruħu. Minn issa 'l hemm ħa tara kif se jħossok aħjar. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 28 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Riesaq mument li se jiftaħlek ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin għalik. Għalkemm għandek tagħraf tieħu dak li ġej b'ċerta għaqal u ħsieb profond. Mill-bqija, mexxi għax dan se jkun ukoll minn ċerta aspettativa bidla wkoll għalik, imma dejjem żomm saqajk mal-art ħalli dak kollu li int se tagħmel minn issa 'l hemm, ikun biss ta' benefiċċju għalik, u għalkemm tit- lob xi pariri, finalment trid tkun int li tagħraf. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 22 u 36. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Pjan li int għandek u qiegħed issib ħafna os- takli , agħraf ibqa' ssielet u kkumbatti, għax huwa dan il-pjan li se jkun dik il-bidla li int tant għandek bżonn li titwettaq fi żmien qarib. Forsi l- aktar li qiegħed ikun ta' ostaklu sabiex dan il-pjan jitwettaq, hi l-pożizzjoni finanzjarja li int għandek madwarek, imma dan ukoll se jinstab it-tarf tiegħu jekk fik hemm dik il-ħeġġa li int tagħmel is-sitwazzjoni ta' madwarek aħjar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 26 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-eċitament f 'dawn il-ħmistax li ġejjin ħa jkun wieħed għoli ħafna, u dan minħabba dak li tant ħdimt għalih. Issa jidher aktar viċin sabiex isir magħruf u se tistenna bil-ħerqa r-riżultat li sejjer joħroġ minnu li huwa żgur huwa li se jiftaħlek ħafna toroq ġodda madwarek, u minn dan trid issa tagħraf ħafna dak li verament huwa ta' importanza. Ovvjament, kun lest għal ċertu kritika li żgur ma tantx tħobb issirlek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm kellek xi forma ta' serħan tal-moħħ fir-relazzjoni tiegħek, int se tħoss li dan kien mu- ment biss wara li erġajt sibt lilek f 'sitwazzjoni ta' inċertezza u ma tafx x'se taqbad tagħmel. Il-biża' li tħoss ġewwa fik, trid tagħmel kuraġġ u ssib mod kif tgħelibha jekk int verament trid li ssib lilek innifsek. Il-ħsibijiet sejrin ikomplu jiżdiedu aktar tard din il-ġimgħa u dan se jikkawża ċerta negattività li bħalissa mhux il-waqt għal dan. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 19, 25 u 33. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Ħsibijiet dwar il-ħidma partikolari li int tagħmel, qiegħda ġġiegħlek taqa' ftit ħażin, u dan m'għandux ikun, issa li hemm possibbiltà ta' ak- tar żmien feliċi riesaq lejk. Agħraf kun aktar kawt għal dak li hemm idur madwarek jekk hu importanti li tieqaf ftit u tmur xi vaganza qasira. Agħmel hekk sabiex wara tkun iktar int u iktar ċert, iktar pożittiv. Tħallix min ifixklek minn dak it-tajjeb li riesaq lejk. Agħraf lilek iktar. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 26 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Wara tant żmien tistenna, issa wasal dak il- mument li riesqa lejk l-opportunità li jekk int tagħraf teħodha tajjeb u bil-għaqal, taf tiftaħlek orizzonti ġodda. Ideat ġodda u tkabbir madwarek li int qatt ma kont timmaġina, imma dan kollu jseħħ madwarek jekk int tagħraf timxi bil-għaqal, u l-importanti li tibqa' saqajk mal- art. Il-kumplament, ħajtek tikber għax is-suċċess huwa tiegħek. Agħraf irrifletti dejjem ħalli timxi. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 26 u 38. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Issa iktar minn qatt qabel, wasal dak il-perjodu fil-ħajja tiegħek sabiex turi kemm int persuna responsabbli f 'dak kollu li int għandek madwarek sabiex ċertu kliem li jsir minn warajk bla ma tkun taf, twassal messaġġ, u anke int tibda tħossok aktar int. Għalissa, jekk hemm xi ħsieb ta' xi tibdil, tagħmel xejn u ara li tagħraf biss turi iktar responsabbiltà, imbagħad wara ftit taż-żmien aħseb fil- fond dwar tibdil. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 25 u 31. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Tibdil li int għamilt, issa beda jkun ta' iktar so- disfazzjon kemm fil-ħajja tax-xogħol, li żgur is-sitwazzjoni sejra tkompli għall-aħjar, u anke fir-relazzjoni tiegħek, għaraft tagħti iktar spazju lill-imħabba ta' madwarek, u dan se jawgura tant tajjeb sabiex int tkompli tkun iffukat għal dak li hemm ġej għalik. Ix-xahar ta' Lulju se jkun xahar fejn int ħa tkompli tagħraf aktar mument pożittiv, u dan huwa ta' tkattir. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 17, 22 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Huwa żmien fejn int trid tagħraf iktar lilek, l-imħabba għalissa tħarisx lejha, imma ffoka biss fuq dak li int trid, u vera int taf x'inhu tajjeb għalik. Tafdax niex li tradewk darba darbtejn, u jekk int issa żżomm sod, wara dak li int għaddejt minnu, taf li x-xewqa li tant ilek tixtieq, tiġik kontra kull mistenni, però ma tistax toqgħod b'idejk fuq żaqqek, għax għal din ix-xewqa tant mixtieqa tiegħek, hemm ħaddieħor. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 29 u 32. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Sitwazzjoni li sseħħ madwarek se tagħtik lok ta' min huma l-vera l-ħbieb ta' madwarek, u dawk li jippretenduna li huma, imma fil-fatt, mhuma xejn ħlief biex jaraw l-iżvilupp ta' madwarek. Għalhekk, grazzi għal dan, issa int tista' tiftaħ moħħok, u tagħraf lil min vera għandek tafda. Mill-banda l-oħra, agħraf sib iktar spazju għall- imħabba ta' madwarek għax forsi minħabba pressjoni, qed tnaqqas. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 21 u 35. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www. pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Nawguralkom ix-xahar ta' Mejju b'dak kollhu li tixtieq qalbkom. Namaste Nixtieq ninforma lilkom qarrejja ta' din il-paġna, li nhar il-Ħadd 12 ta' Ġunju se nkun qed inħabbar b'mod esklussiv, is-seba' proġett tiegħi propju minn din il- paġna. Kunu lesti sabiex tkunu minn tal-ewwel li tirriservaw kopja, u l-ewwel 27 jingħataw il-kopja tal- ILLUM b'xejn u skont fuq il-prezz.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016