Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Elezzjoni Deputat Mexxej PL 7 Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Min se jasal sal-barkun? Cardona. Il-Ministru Karkariż għandu immaġini li tinżel għasel ma' dak il-laburist li bħalissa qed iħoss li l-partit qiegħed f 'naqra ta' kantuniera u li l-PN għandu l-vantaġġ. Huwa oratur tajjeb li ma jibżax jiftaħ il-kanuni fuq "tan- naħa l-oħra", anzi li jħoss li l-attakk huwa l-aħjar forma ta' difiża, kif stqarr mal- ILLUM. Dan ir-raġunament jista' jappella sew lil numru kbir ta' delegati. Għalhekk jekk id-delegati se jmorru għal xi ħadd li huwa iktar voċiferu, imqabbel ma' stil aktar kalm u, b'mod speċjali, jekk se jkunu qed ifittxu xi ħadd biex iħaqqaqha b'mod dirett ma' Beppe Fenech Adami (Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit PN), mela allura Cardona se jkollu vantaġġ. Manifest tajjeb Jekk id-delegati mhux se jħarsu lejn dan iżda se jiffukaw u jitfgħu t-toqol tad-deċiżjoni tagħhom fuq il-manifesti li ġew ppublikati, mela allura l-aktar żewġ kandidati li għandhom ċans huma Owen Bonnici u Chris Cardona. It-tnejn qed jintrabtu li jwettqu diversi miżuri li jiċċentraw madwar il-bżonn li l-partit u l-amministrazzjoni tkun eqreb tan-nies. Cardona qed iwiegħed lid-delegati laqgħat frekwenti magħhom, faċilità ta' child care għal dawk li jaħdmu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista (CNL), Konferenza Ġenerali f 'Għawdex kull sentejn, li l-Fondazzjoni IDEAT ma tibqax topera miċ-ĊNL biex tkun tista' timrah lil hinn mill-ispettru politiku u li tissaħħaħ il-midja tal-partit. Cardona wiegħed f 'intervista ppublikata fuq l-ILLUM illi se jkun qed jidħol f 'każi ta' inġustizzja li ġew preskritti. Fil-fatt, fil-manifest tiegħu iwiegħed li "jinħoloq Legal Unit bi grupp ta' avukati u esperti legali li jagħtu assistenza lil dawk li qed ifittxu rimedju għall-inġustizzji li sofrew." Cardona qed jipproponi wkoll li jkun imwaqqaf Forum ta' kultura biex il- PL jerġa' jibda jorganizza attivitajiet kulturali. Il-manifest ta' Bonnici huwa intensiv ukoll u jinkludi diversi punti u wegħdiet lid- delegati. Bonnici qed iwiegħed li jiltaqa' ma' kull persuna li għal xi raġuni jew oħra ma baqgħetx membru tal-partit, jinħatar uffiċjal speċifiku għal Għawdex, tkun imsaħħa l-midja tal-partit, jikkummissjona studju dwar "kif nistgħu naċċertaw iktar illi l-ġid kbir li qed jinħoloq jinżel 'l isfel fl-isferi kollha tas-soċjetà." Hu qed jipproponi wkoll li tinħoloq pjattaforma biex il-partit jisma' mingħand il-unjins u min iħaddem kif ukoll li jifrex is-servizzi edukattivi li l-partit qed joffri f 'numru ta' każini madwar il-pajjiż kollu. Zrinzo Azopardi uża l-manifest tiegħu biex jallinea ruħu aktar mal- aħħar stqarrijiet tal-Prim Ministru dwar żieda fil- paga minima, li hija xi ħaġa minnha nnifisha pożittiva. Imma mqabbel maż-żewġ manifesti l-oħrajn, dak ta' Zrinzo huwa pjuttost qasir u fqir fis-sustanza. B'hekk jekk se jintefa' ħafna toqol fuq il-manifesti ppreżentati, hemm iktar ċans li t-tiġrija tkun bejn Cardona u Bonnici. Rikonoxximent tad- diffikultajiet Jidher ċar, meta wieħed jiġbor kollox, li minkejja d-differenzi ta' ħsieb li jista' jkun hemm u minkejja d-differenzi fl-istil, it-tliet kandidati għal din il-kariga qed jirrikonoxxu, anke jekk mhux dejjem b'mod dirett, li l-Partit Laburista għaddej minn żmien mhux daqstant faċli u qed jesperjenza telf ta' voti li jeħtieġ ikun indirizzat. Huwa ċar li t-tliet kandidati qed jippruvaw, kemm jistgħu, jindirizzaw feriti ta' partit li minkejja li għadu b'saħħtu ħafna, ra parti mill-bażi tiegħu tiżvinta f 'dawn l-aħħar tliet snin. Din il-ġimgħa d-delegati tal-Partit Laburista se jkunu qed juru kif huma jħossu li l-aħjar jkun indirizzat dan it-telf ta' voti u min qiegħed, skonthom, fl-akbar vantaġġ illi jagħlaq feriti miftuħin u jressaq lura lejn il-partit voti mitlufin. "Il-PL jeħtieġ jindirizza l-emorraġija kbira u serja ta' switchers jekk ma jridx li d-dannu elettorali jmur fuq il- livell li jmiss" Id-Delegati se jagħżlu min se jkun id-Deputat Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista Ritratti - Ray Attard