Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 29 L-Olimpjadi ta' Rio jibqgħu t-tir ewlieni għal Nicola Muscat minn Cristian Antony Muscat L-OLIMPJADI ta' Rio fil-Brażil ta' Awwissu li ġej jibqgħu t-tir ewlieni għall-għawwiema ewlenija Maltija Nicola Muscat. Biex ikollna iktar dettalji rigward dan il-fatt, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Nicola Muscat innifisha fejn tatna dawn id- dettalji: "Malli ġejt lura mill- Olimpjadi ta' Londra fl- 2012, niftakarni ngħid lili nnifsi li għall-Olimpijadi li jmiss irrid inġib ħinijiet aħjar. Dak iż-żmien li nkun l-ewwel għawwiema femminili li nġib il-ħin ta' kwalifikazzjoni għall- Olimpjadi ta' Rio 2016, kienet f 'moħħi xi ħaġa impossibbli. Kien biss f 'Ġunju li għadda waqt il-Kampjonat Nazzjonali Malti li ndunajt li din kienet ħolma li stajt nilħaq. Dan kien meta fit-tellieqa 50m freestyle, għamilt ħin li kien biss 0.02 ta' sekonda 'l bogħod mill-ħin ta' kwalifika. Bħal ħafna atleti oħra lokali u madwar id-dinja, ili nistenna dis-sena Olimpika b'antiċipazzjoni kbira. Is-sena 2016, għalija tfisser ukoll is-sitt sena konsekuttiva bħala l-aqwa għawwiema femminili Maltija. Fil-passat ippruvajt kemm-il darba nkompli l-istudji tiegħi barra minn Malta sabiex inkun nista' ntella' l-għawm tiegħi f 'livell ieħor. Kont ġejt offruta borża ta' studju parzjali minn skejjel barranin, iżda dan xorta kien ħa jkun piż finanzjarju wisq kbir fuq il-ġenituri tiegħi. Barra minn dan, dejjem sibtha diffiċli li nitlaq minn Malta, forsi għax inħobb ħafna l-klima u l-baħar taghna. Madankollu, is- sena l-ohra indunajt x'kelli bżonn nagħmel sabiex ngħum aħjar. Kelli bżonn ta' taħriġ aħjar f 'ambjent aħjar. Kien propju hawn li ddeċidejt li mmur Dublin fl-Irlanda u ssospendejt l-istudji tiegħi fl-Università ta' Malta, sabiex inkun nista' niffoka aħjar u nitfa' ħilti u l-enerġija tiegħi kollha fuq l-għawm. Hawnhekk sibt ambjent mimli b'enerġija pożittiva. It-tim tal-għawm ta' University College Dublin fakkruni u tawni dak kollu li minn dejjem xtaqt ikolli f 'dan l-isport sabiħ. Meta tagħmel fuq 20 siegħa taħriġ fil-ġimgħa, it-tim isir it-tieni familja tiegħek. Barra dan, ambjent pozittiv u san huwa essenzjali sabiex atleta jitjieb u jżomm f 'saħħtu. Mingħajru, il-progress ma jistax iseħħ. Fi 18-il sena t'għawm u sport, għadni qatt ma ltqajt ma' tim daqstant magħqud u ta' għajnuna. Kull atleta u kowċ jagħti xi sehem uniku lit-tim, u b'dan nistimulaw lil xulxin biex insiru l-aħjar għawwiema u persuni li nistgħu nkunu. Jien għal dejjem nibqa' grata lil dat-tim ta' UCD talli għamlu dis-sena ta' għawm l-aqwa ta' ħajti. Qatt ma kont daqshekk kuntenta u ferħana fl-isport tiegħi. Barra milli joffri valuri bħal rispett u integrità, it- taħriġ ta' UCD jirrikjedi 20 siegħa fil-ġimgħa taħriġ, li magħhom bilfors irid ikun hemm tmien siegħat irqad kuljum. Il-parti l-kbira ta' dan it-taħriġ huwa fl-ilma, però billi l-'forte' tiegħi huwa l-isprint, erba' darbiet fil-ġimgħa, nerfa' wkoll il-'weights'. Parti mit-triq ta' tħejjija għall-kwalifikazzjoni hi li wieħed jieħu sehem f 'kompetizzjonijiet ta' livell għoli bħall- Kampjonati Ewropej li għadhom kif saru f 'Londra u li Malta tatni l-privileġġ u l-unur li nirrapreżentaha fihom. Il-ħaġa li l-aktar laqtitni fil-preparazzjoni għat- tlielaq ta' kwalifikazzjoni għall-Olimpijadi, kienet in-natura speċifika tat-taħriġ. Permezz ta' komunikazzjoni kontinwa ma' kull kowċ, għaddejt minn diversi forom ta' taħriġ li qatt ma kont għamilthom qabel. Tgħallimt li l-unika triq sabiex jitnaqqsu l-ħinijiet, hi li tagħti lill-ġisem ħin biżżejjed biex jirkupra wara t-taħriġ, qabel ma terġa' tgħaddi l-ġisem minn stress qawwi. Il-kowċ primarju Earl McCarthy, joħroġ minn triqtu biex jassigura li l-ebda għawwiem tiegħu ma jgħaddi minn żminijiet diffiċli waħdu. Iżda kulħadd ikollu l-problemi partikolari tiegħu f 'dan l-isport intensiv. Waħda minn tiegħi taf tinstema' tad-daħk għal ħafna nies. Allavolja l-għaxqa tiegħi hija l-ikel, insibha ferm diffiċli sabiex inżid jew anki biex ma nonqosx fil- piż. Ix-xogħol part-time li għandi f 'Dublin jgħin ftit biex inkun nista' nixtri u niekol l-4000 kalorija ta' kuljum. Huwa ċar li l-Olimpijadi ta' Awwissu li ġej huma għalija t-tir ewlieni għal dis-sena, imma wkoll id- dawl wara d-dlam. Iżda t-tama u l-ħolm tiegħi ma jaslux s'hemm biss. Ix- xewqa tiegħi hi li nkompli l-għawm professjonali anke wara li niggradwa u nibda naħdem bħala infermiera, imqar sal- Olimpijadi tal-2020 ta' Tokyo, fil-Ġappun," temmet tgħid Nicola Muscat. Nicola Muscat tifraħ wara li kisret rekord nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016