Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Hekk sewwa u xieraq H uwa mhux biss għaqli, imma wkoll sewwa u xieraq li l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, f 'artiklu ppublikat fuq il-gazzetti kollha, inkluż fuq l-ILLUM, tesprimi l-inkwiet u r-rabja tagħha lejn l-attakki vixxerali li qed isiru fuq ħajjiet privati ta' diversi nies, strettament fuq il-bażi tat-twemmin politiku tagħhom. Hija verament xi ħaġa tal-mistħija li f 'dan il-pajjiż il-politika qiegħda, b'rata mgħaġġla u allarmanti titlaq mill-arena fejn jiġu miġġielda l-ideat u mħabbtin kontra xulxin il-proposti u tersaq lejn arena oħra. L-arena ta' min se jħammeġ l-aktar lil min, ta' min se jiżżufjetta l-aktar b'min u ta' min se jikkalunja, jivvinta u jħammeġ l-aktar biex fit- tkissir tal-individwi ,b'xi mod, jara jseħħ it-tkissir tal-avversarju politiku. Din il-gazzetta ma tista' taqbel qatt li t-tgħajjir tal- passat jiġġustifika t-tgħajjir tal-preżent għax jekk inti kontra l-ivvittimizzar ta' persuni minħabba l-ideali politiċi tagħhom, mela għandek tkun kontra dan, kemm meta jkunu attakkati nies tal-partit tiegħek u anke meta jkunu attakkati nies tal-partit l-oppost. Il-politika tal-attakki vixxerali u l-kalunji tipproduċi biss aktar attakki u aktar kalunji u min jogħxa jattakka llum m'għandux jeħodha bi kbira li meta jasal il-waqt jkun hu jew hi li tgħaddi mill-istess passatur li għadda jew qed tgħaddi lin-nies minnu. Min kien attakkat u vilifikat fil-pubbliku jaf biżżejjed li dak li ġara lilu ma jridux lil ħaddieħor u l-ebda blogger u l-ebda ħadd m'għandu dritt jitkellem għalih, aħseb u ara kemm għandu dritt jitfa' l-ħmieġ fuq ħaddieħor f 'ismu. Għalhekk l-artiklu tal- President tar-Repubblika huwa wieħed kuraġġuż u wieħed li missu ilu li nkiteb. Tal-anqas, quddiem din id-dekadenza, l-President la qagħdet idejha fuq żaqqha u lanqas qagħdet tara l-kulur. Tal- anqas, il-President uriet li jekk ħadd ma kellu l-kuraġġ jitkellem għal min safa' attakkat u vilifikat, dan l-irwol ħaditu hi, mhux billi għajret lura u waqgħet fl-istess baxx, imma billi appellat għas-sens komun. Din il-gazzetta ma taqbilx ma' min jattakka lin-nies u jkissirhom u lanqas min jiġġustifika attakk simili lura fuq il-bażi ta' "la ħaddieħor għajjar mela jien se ngħajjar ukoll". Wara kollox kif kien qal tajjeb Ghandi, kieku kulħadd jirraġuna bl-għajn għal għajn, kieku d-dinja kollha ssir għamja." .....issa bejn il-gazzetti wkoll U din il-vena ta' tgħajjir u insulti issa bdiet fost il- gazzetti wkoll. Fil-faċċata ta' quddiem tal-ħarġa tal-lum qed nirraportaw kif l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kellu jintervjeni wara każ ta' editorjal li preveda li gazzetta bl-Ingliż se titkaxkar u tieħu daqqa tal-mewt. Kull gazzetta għandha aġenda u kull ġurnalist għandu aġenda, min mod u min ieħor u mhux se jkun dan l-editorjal ta' gazzetta pjuttost żagħżugħa fl-età li tagħti lezzjonijiet. Imma hi x'inhi l-aġenda u xxaqleb lejn liema naħa xxaqleb, hi x'inhi l-isfumatura politika tal-aġenda, l-ewwel fuq moħħna għandu jkun l-interess tal-qarrej u tal- poplu. Ma jagħmilx ġieħ, la lil pajjiżna u wisq anqas lill- ġurnaliżmu li dak li qed jiġri fl-isfera teknoloġika permezz tal-blogs, u li l-President ta' Malta ġustament ikkritikat, inniżluh ukoll fuq il-livell ġurnalistiku. Il-ġurnaliżmu hija karriera li tirrikjedi passjoni, determinazzjoni u li kull min qiegħed fiha għandu dejjem iġorrha bit-timbru tal-kburija u sens ta' sodisfazzjon. Ejja nżommuha hekk l-affari, jekk għal ħadd għall-ġid ta' min qed isegwina. Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016