Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 8 Il-Partit se jkun varat fl-Università tal-Birgu, fil-Collachio Tkompli minn paġna 1 INTANT l-ILLUM hija infurmata illi l-Partit Demokratiku se jkun varat b'mod uffiċjali f 'dik li kienet l-Università fil- Birgu. Fl-ewwel stqarrija tal-PD ingħad kif fi ftit jiem oħra dan il-partit se jkun reġistrat uffiċjalment biex imbagħad tissejjaħ laqgħa ġenerali li fiha jiġi varat l-istatut, u li twassal biex il-grupp temporanju li jkun wassal l-inizjattiva sa dan il-punt jirreżenja. L-istqarrija tgħid li se jkunu l-membri illi jinnominaw u jikkontestaw il-karigi uffiċjali fi ħdan il-Partit. Kuntrarjament għal dak li jiġri s'issa fiż-żewġ partiti ewlenin f 'pajjiżna l-membri kollha tal-PD se jivvutaw biex jagħżlu l-mexxejja tagħhom. "Kif jinħatru l-uffiċjali tal-Partit u jsiru magħrufa l-istess strutturi tal-Partit, tingħata d-data ta' meta l-Partit Demokratiku, bil-kulur uffiċjali oranġjo, jiġi varat," temmet tgħid l-istqarrija. Intant l-istqarrija kienet tinkludi wkoll it-tmexxija, hekk imsejħa temporanja, tal-PD b'Marlene Farrugia bħala Mexxej. Anthony Buttigieg kien maħtur Deputat Mexxej, Marco Cremona kien maħtur segretarju ġenerali, Duncan Bonnici teżorier u Monique Agius il-persuna li tieħu ħsieb ir-relazzjonijiet pubbliċi. Intant il-Partit Demokratiku qed iwiegħed li fiż-żmien li ġej se jkun qed jiltaqa' mal-pubbliku u jistiednu biex iwieġeb "għas-sejħa ta' tiġdid li qed jagħmlilna pajjiżna f ' dan il-mument ewlieni." "Inbitna minn fostkom għalikom għax bħalkom fhimna li biex il-pajjiż jeħles minn prattiċi ħżiena li tefgħu l-għeruq fil-politka f 'pajjiżna hemm il-bżonn li tinħoloq forza politka differenti mibnija minn nies li s-suċċess f 'ħajjithom għamluh bix-xogħol u s-sagrifiċċju u mhux billi rikbu fuq karru politku li ggaranthielhom vantaġġi fil-ħajja li l-maġġoranza tan- nies jistgħu jilħquhom biss b'xogħol iebes u dixxiplina assoluta fuqhom infushom," sostna l-PD fl-ewwel stqarrija tiegħu. L-idroloġista u inġinier Marco Cremona kien maħtur Segretarju Ġenerali temporanju tal-PD Raġel li prova joqtol lill-għarusa jitpoġġa taħt superviżjoni DAVID Jonathan Spiteri ta' 27 sena minn Ħal Luqa ammetta li kien ikkawża ġrieħi gravi lit-tfajla tiegħu, li kien heddidha u taha fastidju, kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu, fost akkużi oħrajn. Fiż-żmien li fih seħħ l-assalt, Spiteri kien diġà mixli bl-attentat ta' qtil ta' raġel ieħor permezz ta' sparatura fil-Footloose bar ġewwa Paceville, f 'Awwissu tal-2007. Spiteri kien ċaħad l-imputazzjonijiet meta kien tressaq l-qorti, iżda iżjed kmieni din is-sena permezz tal-avukat difensur Lucio Sciriha, dan biddel fehmtu u rreġistra ammissjoni. Fis-sentenza tagħha, il- maġistrat Donatella Frendo Dimech esprimiet diżgust għall-għemil tal-ħati. L-offiżi addebitati lilu "huma reati gravissimi, li jistħoqilhom biss l-akbar stmerrija għax huma atti viljakki għall- aħħar, intiżi sabiex innisslu biża' fil-vittma bl-iskop li dik il-persuna tissokkombi għar- rieda tal-awtur ta' dik il-biża' u vjolenza." Wara li l-qorti qieset in- natura tar-reati, il-kondotta nadifa ta' Spiteri dak iż-żmien u l-fatt li hu kien irrikonoxxa li kien żbalja, tant li kien fittex kura psikjatrika u qiegħed jingħata l-kura, din ħasset li superviżjoni stretta taf tkun aktar ta' benefiċċju minn piena karċerarja, effettiva jew sospiża. "Il-Qorti hi tal-fehma li l-fatt li jibqa' taħt il-lenti tal-probation officer ser isservi tal-aqwa deterrent u dan meta wieħed jikkunsidra l-piena li jista' jiġi soġġett għaliha jekk jonqos li josserva ordnijiet mogħtija lilu tul il-perjodu operattiv." Għalhekk, Spiteri tqiegħed taħt ordni ta' trattament, kif ukoll ordni ta' superviżjoni – 3 snin it-tnejn li huma. Inħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur it-tfajla u l-familja tagħha. Xufier tal-Arriva li kaxkar 15k, ordnat iħallashom lura EKS-XUFIER tal- karozzi tal-linja ngħata ħames snin sabiex irodd €15,300 lill-kumpanija Arriva wara li nstab ħati b'miżappropjazzjoni. Anthony Zammit, ta' 42 sena, kien mixli li f 'Diċembru 2011 u fix-xhur ta' qabel, żamm parti mill- ħlas li kien jiġbor mingħand il-passiġġieri għalih. L-ammont li Zammit kien miżappropja mill-operatur tat-trasport pubbliku ta' dak iż-żmien laħaq it-total stupend ta' €15,300, u dan wassal sabiex l-akkużi kontrih ikunu meqjusa aggravati. Għalkemm fil-bidu tal- proċeduri kontrih, ix-xufier kien ċaħad l-akkużi, dan biddel fehmtu u rreġistra ammissjoni f 'April li għadda. Il-Qorti, preseduta mill-maġistrat Donatella Frendo Dimech, minkejja li l-ammissjoni ta' Zammit iddaħħal fi stadju avvanzat tal-proċeduri kontrih, osservat li jekk jiġi maqful il-ħabs, qajla kien ikun jista' jrodd lura dak li kien ħa illegalment. Minħabba dan il-fatt, u wara li kkunsidrat l-fedina penali pjuttost nadifa tal- imputat, il-qorti tat sentenza ta' sentejn priġunerija, sospiżi għal erba' snin, kif ukoll ordnat lil Zammit iħallas il-€15,300 bin-nifs minn Awwissu li ġej. L-avukat Lucio Sciriha deher għal Zammit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016