Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Skeda mimlija sfidi għal Muscat qawwi ħafna, b'lukandi jesperjenzaw żidiet qawwijin, hekk kif esperjenzaw eluf ta' nies oħrajn li xogħolhom direttament jew indirettament imiss mat-turiżmu. Anke t-turiżmu bejn Malta u Għawdex sejjer tajjeb, b'rekords f 'Santa Marija u sajf ġeneralment qawwi ħafna f 'dak li jirrigwarda persuni li qed imorru Għawdex. Din l-injezzjoni multi- miljunarja qed twassal għal feel good factor fil-pajjiż, li b'konsegwenza qed tagħti spinta qawwija ħafna lil dan il-Gvern. Lil hinn minn jekk hix biss fortuna jew inkella hix riżultat ta' politika għaqlija tal-Gvern, dan l-ottimiżmu fl-ekonomija, speċjalment f 'dan is-settur, qed ikompli joħloq sens qawwi ta' sodisfazzjon. Dan apparti li l-qgħad kompla t-triq tan-niżla, issa l-inqas fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li pajjiżna qed jirreġistra fost l-ogħla rati ta' impjegabbiltà. L-investiment qed jiżdied u pajjiżna qed jattira l-interess minn kumpaniji li saħansitra jixtiequ jirrilokaw lejn pajjiżna mir-Renju Unit. Irrid issa, illum mhux għada Ekonomija b'saħħitha tfisser li l-aspetattivi huma għoljin ukoll. Aspettativi ta' 'illum ma messni xejn, mela għada jmissni xi ħaġa'. Dan ifisser li fiż-żmien li ġej, Muscat u l-Ministri se jiffaċċjaw aktar pressjoni mingħand nies li jħossu li ma ħadux dak li jridu, jew li huma rrabjati li l-permess għadu ma ħariġx, jew li għadhom frustrati li baqgħu bla rebħ ta' tender, jew li qed jistennew li togħla l-paga minima, jew li qed jistennew li l-overtime li għadu ma tħallasx, jitħallas. Hemm lista twila u l-lista se titwal, ta' nies li issa se jippretendu aktar, għax ladarba x-xemx qed tiżreġ għal ħaddieħor, jippretendu li issa tiżreġ għalihom ukoll. Ladarba l-permessi għall- iskyscrapers ħarġu, issa min irid jiftaħ tieqa, jibni washroom, jiftaħ gabbana, jiftaħ negozju jew jibni xi kamra xi mkien, se jistennew sehemhom ukoll. Dak huwa r-riżultat ta' ekonomija b'saħħitha, imma huwa wkoll ir-riżultat ta' attitudni politika li 'it's ok li titħanżer', 'm'hemm xejn ħażin li titma n-nies il-flus biex tixtri ftit silenzju' u ħafna qed jgħidu li 'la dik imliet ħalqha bl-ewri u laħqet, anke jekk lanqas skola m'għandha, mela jien irid ukoll, u bi dritt.' Muscat ma tantx jidher li qed tinkwetah din il-biċċa xogħol. Probabbilment jaf li mhux se jkun hu li jkollu jaffaċċja Gvern Laburista li qed jikkrolla minħabba r-rgħiba u l-attitudni ta' 'irid, issa, illum u mhux għada.' Iktar kemm se jidher li qed iċedi għall-pressjoni tal-ftit, iktar se jkollu jċedi għall- pressjoni tal-ħafna, u xi darba l-pressjoni se tkun wisq. Il-gremxula saret dinoswaru... Ma jidhirx li Muscat qed iħabbel għajnu wisq dwar l-ambjent anqas. Mill-bidu ta' din il-leġiżlatura, il-wirt naturali tal-pajjiż ma tantx jidher li kien fuq nett tal- aġenda, anzi. Matul dan is-sajf qamet il-kwistjoni tal-bini għoli. Fir- realtà, ħafna nies iħossuhom maqtugħin mill-kwistjoni, meta tirrelata esklussivament mal-iżvilupp f 'Tas Sliema, sakemm ma jgħixux fl- inħawi. Imma jibqa' fatt li l-ħruġ tal-permessi għal dan it-tip ta' bini seta' ta l-impressjoni li fir-realtà, filwaqt li kollox miexi ħarir għal min irid jibni t-torrijiet, ftit li xejn hemm l-istess impetu u enerġija fejn jirrigwarda l-ambjent. Dan is-sajf suppost kellu jservi biex il-Ministru l-ġdid tal- Ambjent iħalli l-ewwel marka tiegħu fuq l-ambjent u juri kif se jiddefendih mill-enerġija kontinwa tal-industrija tal- kostruzzjoni, biex tespandi. Kien mistenni li dan is-sajf, Herrera juri l-istess ħeġġa li juri xi ħadd bħal Sandro Chetcuti għall-qasam tiegħu. S'issa, Herrera kien ġeneralment kwiet u għadu ma deherx b'saħħtu biżżejjed. L-aspettativi, li setgħu kienu għoljin, għadhom ma kinux sodisfatti. Dan ikompli jsaħħaħ il-fehma li f 'dan is- settur il-Gvern preżenti qed jagħti riżultati 'vroma'. ...kif m'intix qed tħares Naturalment, Muscat uża dan is-sajf, kif jagħmlu ħafna politiċi fil-poter, biex waqt li kulħadd moħħu fil-baħar, ix-xemx u t-tbagħrid, iwettaq ċerti bidliet li ma riedx wisq attenzjoni żejda fuqhom. Din il-ġimgħa stess kellna amnestija fuq min kellu illegalitajiet fil-proprjetà tiegħu u li permezz tagħhom, għalhekk kien qed isibha diffiċli biex ibigħ. Anke, jekk fil-verità huma ftit dawk li jaraw wisq skandaluż fiha u hemm min se jibbenifika mit-tali amnestija, fid-dinja medjatika, Muscat kien jaf li kien se jaqla' l-kritika. Allura, ħaseb li aħjar jagħti l-maħfra lil min għandu bżonnha u għalhekk jinsab kuntent biha u fl-istess ħin jiffranka ftit mill-kritika li tista' ssir, minn min jara amnestija simili bħala inġustizzja. Il-ħatra ta' John Bundy kienet waħda li saret fl-aqwa tas-sajf ukoll. Din ukoll kienet potenzjalment ħatra li setgħet kienet aktar kontroversjali, speċjalment minħabba l-bidliet li tħabbru wara l-istess ħatra. Fil-fatt, minkejja li kien hemm minn qomos mhux ħażin għax tneħħielu programm, Bundy ma tantx kellu pressjoni fuqu mill- midja biex iwieġeb, s'issa għallinqas. Simon ħallieh kwiet...s'issa Naturalment, Muscat ma jgħix ġo vakuum politiku u kontrih qed isib mewġ pjuttost kbir u li qed joffri sfidi qawwijin mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Minkejja li huma ħafna li jaraw f 'Busuttil Kap dgħajjef u li qajla jista' jirbaħ l-elezzjoni li jmiss u minkejja li ħafna fil-Partit Laburista jaraw lil Busuttil bħala bniedem li mhux se jhedded l-eġemonija li bena Muscat, il-politika għandha ħabta tissorprendi. Busuttil waqa' fil-kwiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, u ta' dan qed jirċievi ammont ta' kritika minn ġewwa stess, imma dan ma jfissirx li mhux se jerġa' lura bil-kbir ladarba jiftaħ l-istaġun politiku. Busuttil illum huwa msaħħaħ minn perjodu politiku diffiċilissimu għal Muscat. Jekk l-istaġun politiku li jmiss se jerġa' jara lil Muscat maqbud f 'każ simili għal dak tal- Panama, idejn Busuttil se jerġgħu jissaħħu. Jgħidu li b'Busuttil fit-tmun, il-PN m'għandux ċans. Imma jgħidu wkoll li ġimgħa hija eternità fil-politika. Muscat jagħmel tajjeb li ma jissottovalutax il- potenzjal ta' Busuttil u s-saħħa li jistgħu jagħtuh żbalji tattiċi u sens ta' assedju li jidher li qed jaħkem lil xi nies, fil-Gvern tiegħu u l-partit li jmexxi. Skeda mimlija Rebħa Laburista fl- 2017/2018 m'għadhiex la ċerta u lanqas awtomatika. Rebħa bl-istess marġini ta' 36,000 vot tista' tidher impossibbli wkoll. Il-poplu għadu mhux fl-aptit għan- Nazzjonalisti. B'hekk Muscat se jkollu jqatta' bi snienu u b'umiltà biex mill-inqas, jikseb lura ftit mill-ħafna li tilef, jerġa' jibni parti mill- faċċata li ġġarfet, jaspira li jagħmel differenza reali u jibni maġġoranza diċenti madwaru mill-ġdid. L-ewwel tliet snin tal- Labour ma kienux diżastru, imma lanqas kienu spettakolari. Muscat se jkollu jlaħħaq ma' skeda mimlija biex jagħmel tajjeb għan- nuqqasijiet riċenti. Muscat se jkollu jqatta' bi snienu u b'umiltà biex, mill- inqas, jikseb lura ftit mill-ħafna li tilef, jerġa' jibni parti mill-faċċata li ġġarfet, jaspira li jagħmel differenza reali u jibni maġġoranza diċenti madwaru mill-ġdid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016