Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 33 'Ktibna l-istorja ta' Valletta Futsal fl-Ewropa bl-ewwel rebħa storika' - Xavier Saliba FTIT tal-jiem ilu, Valleta Futsal, komplew jiktbu l-istorja tagħhom b'ittri tad-deheb meta għall- ewwel darba kisbu rebħa f 'kompetizzjoni Ewropea. Dan hekk kif huma ħadu sehem fi Grupp F tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup, meta għelbu lil Wattcell United bl-iskor ta' 9-3. Kienet rebħa kollettiva għall-Beltin, li kellhom l-aktar pussess tal-ballun u rnexxielhom jiskurjaw erba' gowls fl-ewwel 16-il minuta. L-Iskoċċiżi ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda l-Beltin daħlu għall- mistrieħ b'vantaġġ ta' 4-1. Fit-tieni taqsima, Valletta komplew jiddominaw u skurjaw ħames gowls oħra li kienu jfissru l-ewwel rebħa fi tmiem din l-avventura fil-Finlandja. B'hekk it-tim immexxi mill-kowċ Clayton Felice spiċċa fit-tielet post, filwaqt li Wattcell Futsall Club baqgħu fl-aħħar post mingħajr l-ebda punt. Għal Valletta kellna doppjetti għal Cristian Cuadros Silva u Chris Cardona, flimkien mal- gowls ta' Jovica Milijic, Dylan Musu, Denis Di Maio, Vanderlei Augusto Reis u Endrit Kaca. Doppjetta għal Christopher Donnelly u gowl ta' Ian McIntosh ma kinux biżżejjed fl-ewwel esperjenza tagħhom barra mill-Iskozja. Intant, qabel din il-logħba, Valletta Futsal kellhom isofru telfa qawwija ta' 6-0, kontra ċ-champions Ġeorġjani ta' Tbilisi State University. Din kienet it- tieni logħba minn Grupp F tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup, fil- Ylivieska Ice Arenaf 'Sievi, fil-Finlandja. Il-Beltin kellhom bidu tajjeb hekk kif laqtu l-lasta permezz ta' Denis Di Maio. Il-gowlkiper Neil Cuschieri kien ukoll impenjat f 'diversi salvataġġi. Għaldaqstant David Bobokhidze, li hu wiċċ familjari magħna l-Maltin, poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ fis- sbatax-il minuta. Hekk intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima l-Ġeorġjani ħarġu determinati li jieħdu l-kontrol assolut u skurjaw mhux anqas minn ħames darbiet. Archil Sebiskveradze għamel 2-0 minn penalti, wara fawl li wettaq il-gowlkiper Belti Neil Cuschieri, li ġie wkoll ammonit. Shota Chanukvadze, Nodari Kurtsadze u Nikoloz Kurtanidze skurjaw ukoll għal Tbilisi State University, flimkien mat-tieni gowl personali ta' Bobokhidze li għamel l-iskor finali ta' 6-0 għall-Ġeorġjani. Dan wara li fl-ewwel logħba tagħom fi Grupp F, Valletta Futsal minkejja li fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob, tilfu kontra Sievi Futsal bl-iskor ta' 7-3. Madankollu, Valletta ħarġu mill-Ylievieska Ice Arena b'rashom mgħollija, fejn speċjalment fit-tieni taqsima kienu l-aktar tim li ħoloq ċansijiet ta' skor. Għaldaqstant, Sievi Futsal, kienu superjuri fil-ħeffa u fiċ-ċansijiet ta' skor. Għall-Finlandiżi sabu x-xibka erba' darbiet Rami Tirkkonen, flimkien ma' Miika Hosio, Joni Pakola u Juho Vainala. Għall-Beltin skorjaw Jovica Milijic, Xavier Saliba u Endrit Kaca. Ftit qabel ma' Valletta fetħu l-iskor, il-goalkeeper ta' Sievi, Miika Toivola tkeċċa wara li rċieva t-tieni karta safra. Tajjeb ngħidu li l-livell tal- court li fih lagħbu Valletta, xejn ma kien tal-ogħla livell, hekk kif dik li kienet arena tal-ice hockey, liema sport huwa tant popolari fil- Finlandja, ġiet miksija biex ikun jista' jintlagħab il-futsal, iżda l-art kienet tiżloq ħafna minħabba kondensazzjoni qawwija. Biex din il-gazzetta ikun iktar infurmata rigward l-esperjenza ta' Valletta Futsal fil-Finlandja, għamilna kuntatt mal- captain tal-istess team mill-kapitali Maltija, Xavier Saliba li sostna li, "Meta telgħu l-poloz u rajna t-timijiet li konna ġejna magħhom, għamilna objettiv li rridu nirbħu logħba waħda minn tlieta, u li t-tim li kellna ċans negħlbu kien dak Skoċċiż ta' Wattcell United, kif eżatt ġara! Kellna vjaġġ twil ħafna ta' 16 -il siegħa komplessivi u 16 -il siegħa għar-ritorn ukoll. Kif wasalna hemm u dħalna ġol-lukanda, ma nistax ngħidlek li kienet xi lukanda mill- aqwa, fejn nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li mort f 'ħafna aħjar minnha, imma ma kinitx ħażina lanqas, biex ma nagħtix l-impressjoni li konna ġo xi 'hostel'! Meta morna naraw l-arena li konna se nilagħbu fiha, kienu għadhom għaddejjin bix-xogħol, għax ta' min wieħed jirrimarka li din kienet 'ice hockey arena', li fiha kien hemm kesħa kbira u speċjalment fl- ewwel żewġ logħbiet, kien hemm żlieq kbir waqt il-futsal, fejn saħansitra seta' weġġa' xi ħadd serjament! Rigward il-logħob kellna l-ewwel logħba kontra t-tim li ospitana Sievi Fs tal-Finlandja li tlifna 7-3, fejn irnexxielna mmorru anke minn fuq u niġu 2-2. F'din il-logħba jien skurjajt ukoll biex issa skorjajt fil- Logħob ta' Kwalifikazzjoni kollha li kont involut fihom f 'kompetizzjonijiet Ewropej fuq bażi ta' klabb. Fit-tieni logħba, lgħabna kontra TSU, li huwa tim Ġorġjan li kien hu li kkwalifika għar- rawnd li jmiss, u miegħu tlifna 6-0. Tajjeb ngħidu li dħalna għall-mistrieħ 1-0 minn taħt biss u tlifna ħafna ċansijiet ta' skor li għalihom pattejna qares. Fit-tielet u l-aħħar logħba, lgħabna kontra t-tim Skoċċiż ta' Wattcell United, fejn iddominajna u rbaħna l-konfront bl-iskor kbir ta' 9-3. Kollox ma' kollox, nista' ngħid li din kienet esperjenza pożittiva għalina bħala Valletta Futsal, u l-objettiv intlaħaq għax ksibna rispett mingħand kulħadd, irbaħna lil min ridna nirbħu u ktibna l-istorja ta' Valletta Futsal fl-Ewropa bl-ewwel rebħa storika," temm jgħid Xavier Saliba. It-tim ta' Valletta Futsal fil-Finlandja Il-captain ta' Valletta Futsal, Xavier Saliba