Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
Joe C.Cordina, Hamrun DIN is-sena, għall-festa ta' San Gejtanu fil-Ħamrun, kellna ġirja kbira. Kellna maratona ta' marċi brijużi, maratona ta' tiżjin, kellna ġirja tajba bil-vara ta' San Gejtanu u kellna maratona ta' numru kbir ta' nies li bl-attendenza tagħhom, qed jagħmlu mill-festa ta' San Gejtanu festa nazzjonali. U dan żgur jixduh il-filmati li deheru fuq it-televixin u fuq il-mezzi soċjali. Ħasra li dan l-ispettaklu kbir li toffri din il-festa mhux qed jiġi rriklamat bħala attrazzjoni turistika. Hu żgur li lit- turisti, spettaklu bħal dan jogħġobhom, kif juru Ingliżi u barranin oħrajn li jiġu mistiedna għall-festa mill- ħbieb tagħhom Ħamruniżi. Intant, wieħed ma jistax ma jagħtix prosit lill-Presidenti, Kumitati u Kummissjonijiet Żgħażagħ tal-Għaqdiet mużikali dik tal-Għaqda Mużikali San Ġuzepp imexxija mill-President Louis Cuschieri u dik tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu mmexxija minn Anselm Sciberras, għall- isforzi tagħhom biex il-festa tkun suċċess. Hu żgur dovut għall-ħidma ta' dawn iż- żewġ għaqdiet li ġew imxejna għal kollox l-għajdut li kien ikun hawn qabel dwar li fil-festa ta' San Gejtanu dejjem jinqala' l-inkwiet, ħlejqa li kienet tixxerred minn min żgur ma kellux għal qalbu s-suċċess ta' din il-festa. Għal dan is-suċċess li qed ikun hemm sena wara sena, xieraq li wieħed jagħti prosit ukoll lix-xogħol tal-pulizija li din is-sena wkoll kienu mmexxijin mis-Supretendent Carmelo Bartolo u l-Ispettur Robert Vella. Ħadt pjaċir nisma' li grupp ta' pulizija kull sena joffru li jidħlu għal dan ix- xogħol. Dan ifisser li dawn qed jagħmlu dan ix-xogħol bil-qalb u barra minn hekk, illum saru esperti dwar l-immaniġġjar ta' din il-festa kif jidher ċar minn PC 303 li tarah il-ħin kollu għaddej jorganizza lil sħabu. Il-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Christian Sammut ta s-sehem tiegħu wkoll u kienet tajba l-idea ta' ambulanza, u li ġew provduti bins għall-iskart u mobile toilets. Xieraq li jiġi provdut ukoll bowser tal-ilma biex inaddaf Strada Rjali wara l-marċi speċjalment dawk tal-Ħadd filgħodu. Din is-sena wkoll kienet l-ewwel festa tal-Kappillan Dun Walter Cauchi li ħaqqu prosit għall- mod kif mexxa kollox bil-qalb u bil-għaqal. U ta' min jagħti prosit ukoll liż-żewġ gruppi tal-armar, dak li jarma taħt l-awspiċi tal-Knisja, mill- pjazza 'l fuq immexxi miż-żgħażugħ ħabrieki Nigel Sciberras u l-ieħor li għandu x'jaqsam mal-Hamrun Liberty li jarma mill- pjazza 'l isfel immexxi mill-ħabrieki Antoine Zahra. Iż-żewġ gruppi qed jagħmlu xogħol innovattiv li qed jiżżanżan kull sena. Fil-bidu, semmejna l-ġirja bil-vara, u din is-sena wkoll din kienet ta' suċċess. Jidher li l-fatt li r-reffiegħa qed isegwu s-suġġerimenti ta' taħriġ li inċidentalment jien kont għaddejt lill-Kummissjoni u li ġew aċċettati minnha speċjalment dwar ġirjiet mat-taraġ taz-zuntier bi speċi ta' bradella bil-piż tal-vara, qed iħallu l-effett meħtieġ. Forsi jkun tajjeb ukoll li barra li jitħarrġu b'ġirja fuq it-taraġ jimxu daqsxejn ukoll fit-triq, biex dejjem jidhlu fl-atmosfera proprja. Hawn ta' min jissuġġerixxi li jkun hemm sejħa għal iktar voluntiera biex jiġu mħarrġa fl-irfiegħ tal-vara, għax facli jiġri kif diġà ġara li xi reffiegħ jew iktar, jinqalalhom xi ħaġa fl-aħħar minuta, u jkun diffiċli li jintela' posthom. U la semmejna l-vara, kien sabiħ li fl-aħħar Erbgħa meta l-vara tpoġġiet fuq il-bradella, kienet akkumpanjata mill- kant tal-Innu popolari 'Xerrdu l-ferħ' għax b'hekk setgħu jieħdu sehem in-nies. Hawn ta' min jissuġġerixxi li jew dan l-Innu bi ftit arranġamenti minn surmast tajjeb, jinqaleb f 'antifona jew jiġi nkarigat surmast tajjeb biex jagħmel antifona proprja għal San Gejtanu li tkun tal-knisja ta' San Gejtanu biss, jew tinxtara l-copyright tal-antifona tas- Surmast Camilleri li mdorrijin nisimgħu fil-knisja fil-festa ta' San Gejtanu għal tul ta' żmien għax kif inhi s-sitwazzjoni llum, din l-antifona tas- Surmast Camilleri għal San Gejtanu qed tindaqq f 'festi ta' rħula oħra bil-konsegwenza li issa, San Gejtanu m'għandux l-antifona proprja tiegħu. Inħoss li din hi sitwazzjoni ambigwa u jeħtieġ tiġi solvuta. Ta' min jissuġġerixxi wkoll jekk ikunx isbaħ kif isir f 'ċerti rħula li wara li jindaqqu l-innijiet taż-żewġ Baned Ħamruniżi, l-isparar miż-żewġ każini jsir f 'daqqa bi ftehim bejniethom ta' kemm idum. Forsi jekk dan ma jkunx twil, u allura jkun hemm inqas spejjeż, forsi jiġu mħajra jisparaw ukoll iż-żewġ Każini tal-Politika u s-Civic Club Ħamruniz. Dan barra li jnaqqas il-ħin li l-vara tagħmel wieqfa fuq iz-zuntier, ħaġa li toħloq anti-climax għall-entużjażmu tad-dħul tal-vara lura fil-knisja, naħseb li jkun spettaklu sabiħ jekk dan in-nar jingħata kollu f 'daqqa. U żgur ikun spettaklu denju tal- għeluq tal-festi ta' barra, hekk kif il-vara tiddaħħal il-Knisja għad-daqq tal-Innu popolari 'Xerrdu l-Ferħ'. Mill-bqija, prosit lill kulħadd. illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 20 Ittri DALWAQT FUQ TVM Inġustizzji mal- ħaddiema tal-Malta Electricity Board Rosario (Louis) Spiteri, Bormla GĦADNI kif smajt l-intervista ferm interessanti li Dr. Andrew Azzopardi għamel lill- Ministru tal-Finanzi, il- Professur Edward Scicluna fejn dan, bil-kalma u l-kariżma tiegħu spjega kull tweġiba li saritlu. Prosit tassew. Issa permezz ta' din l-ittra, nixtieq nistaqsi jekk fil-baġit li jmiss hux se tissewwa l-inġustizzja li saret magħna l-eks ħaddiema tal- Malta Electricity Board? Infakkar li aħna llum sirna anzjani sew fejn ħafna minna diġà ħallew din id-dinja. U tajjeb li wieħed ikun jaf li fis-sentenza tagħha, il-Qorti kienet esklamat dan li ġej: Hija ħaġa inspjegabbli kif sa mis-sena 1969, l-ebda Prim Ministru ma sab ħin sabiex jagħti l-firma tiegħu sabiex din l-inġustizzja mal- ħaddiema tal-eks MEB tkun solvuta. Tgħid ser ikun il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat li se jsewwi din l-inġustizzja li saret magħna? Nistennew u naraw. X'ġirja kellna fil-Ħamrun