Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Sports 30 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... NEMANJA MATIC U MOUSSA SISSOKO - Beda jinħass nuqqas ta' ftehim bejn il-kowċ Franċiż ta' Real Madrid, Zinedine Zidane u l-president tal-Galacticos, Florentino Perez rigward żewġ plejers li huma għandhom jakkwistaw f'dan is-suq ta' trasferimenti. Dan hekk kif jidher li Zinedine Zidane jixtieq li jakkwista lil Nemanja Matic, waqt li Florentino Perez jixtieq is-servizzi tal-plejer ta' Newcastle United, Moussa Sissoko f'liema plejer hemm interessati wkoll it-Taljani ta' Inter. Iż-żewġ plejers għandhom il-valur ta' £34 miljun. RAVEL MORRISON - Ravel Morrison mistenni jħalli lil Lazio hekk kif kulma jmur qed jikbru x-xnigħat li huwa jista' jingħaqad ma' Aston Villa fiċ-Championship. Dan il-midfielder ta' 23 sena lagħab biss tmien darbiet mat-tim mill-kapitali Taljana għal total ta' 159 minuta ta' futbol. ANWAR EL GHAZI - Hekki kif Sadio Mane qed isofri minn injury fi spalltu, Liverpool tefgħu ħarsithom fuq il- plejer ta' Ajax Anwar El Ghazi, biex jieħu post dan il-plejer, fejn huwa mifhum li l-Olandiżi qed jitolbu s-somma ta' £15-il miljun għal dan il-plejer. Interessati f'dan il-plejer hemm ukoll it-Taljani ta' Lazio. SHKODRAN MUSTAFI - Arsenal għamlu offerta ta' £26 miljun għad-difensur ta' 24 sena ta' Valencia, Shkodran Mustafi. Il-kowċ Franċiż tal-Gunners Arsene Wenger jinsab taħt pressjoni biex isaħħaħ id-difiża tiegħu u kollox qed jindika li dan il-plejer se jkun qed jilbes il-flokk tal-Gunners sa tmiem is-suq tat-trasferimenti. JONNY EVANS - Il-manager ta' West Brom Tony Pulis ikkonferma li Arsenal jinsabu interessati fid-difensur Irlandiż Jonny Evans. Dan għalkemm huwa saħaq li huma għadhom ma rċevew l-ebda offerta uffiċjali mingħand il-Gunners. Jonny Evans jippossjedi esperjenza wiesgħa fil-futbol Ingliż, fejn fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Manchester United. MEMPHIS DEPAY - Bosta segwaċi ta' Manchester United u anki esponenti tal-futbol internazzjonali kienu qed ibassru li l-futur ta' Memphis Depay ma' Manchester United huwa wieħed ferm inċert. Iżda l-kowċ tar-Red Devils Josè Mourinho, assigura lil kulħadd li jemmen bis-sħiħ f'dan il-plejer u għalhekk huwa se jkun qed jutilizza lil dan il-plejer b'mod prominenti fil-logħbiet li ġejjin għat-tim minn Old Trafford. MATEO KOVACIC U ADRIEN RABIOT - Mateo Kovacic jinsab viċin li jirritorna jilgħab fil-belt ta' Milan, iżda din id-darba mhux ma' Inter imma mal-kuġini iżda rivali kbar ta' AC Milan. Dan hekk kif wara li ħalla lill-Inter biex jingħaqad ma' Real Madrid, huwa ftit li xejn sab spazju mal-Galacticos, u meta wieħed iqis li huwa għad għandu biss 22 sena, żgur li għad fadallu ħafna x'joffri lill-futbol mondjali. Intant, fit-tentattiv li jsaħħu nofs il-grawnd tagħhom, ir-Rossoneri jinsabu interessati wkoll fil-midfielder ċentrali ta' 21 sena ta' PSG, Adrien Rabiot. KALIDOU KOULIBALY U ROMELU LUKAKU - Konxju mill-fatt li s-suq tat-trasferimenti se jkun qed jintemm fi ftit tal-jiem oħra, il-kowċ ġdid ta' Chelsea t-Taljan Antonio Conte, qed jitlob lid-diriġenti ta' Chelsea biex joħorġu l-kartiera mill-but u joħorġu ammonti sostanzjali ta' flus biex huwa jkun jista' jakkwista ċerti plejers. Jidher li huwa jrid lill-amministraturi ta' Chelsea jonfqu s-somma ta' madwar £140 miljun, l-ewwel biex jinxtara Kalidou Koulibaly mingħand Napoli għas-somma ta' £50 miljun, li għandu jkun segwit mill-attakkant Belġjan ta' Everton Romelu Lukaku għas-somma ta' £75 miljun, għalkemm dan tal-aħħar jidher iktar diffiċli biex jiġi akkwistat minħabba li riċentament, id-diriġenti ta' Everton qalu li dan il-plejer huwa inċedibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016