Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 'Mhux Għajnsielem biss, imma kważi kullimkien' Tkompli minn paġna 1 L-ISTESS sorsi saħqu bosta drabi iżda li, "jekk irridu nkunu onesti, ikun ta' xejn li nħarsu lejn dan il-każ f 'iżolament, għax fil-fatt bħall-marċ ta' Balzunetta, hemm ħafna iktar f 'Malta." Dan jikkonfermah kliem l-Ispettur Dennis Theuma li jmexxi l-iskwadra kontra d-Droga f 'kummenti li kien ta lil din il-gazzetta nhar il- Ħadd 9 ta' Awwissu tas-sena l-oħra. Dakinhar huwa kien qal hekk: 'Illum il-ġurnata il-festa m'għadhiex marbuta mar-reliġjon, issa l-persuni li jmorru l-marċ tal-festa jkun moħħhom biex jixorbu, jieħdu pjaċir u f 'xi każi jieħdu d-droga.' L-Ispettur Theuma kien qal lil din il-gazzetta kif kienu bosta d-drabi li nstabu 'pakketti ta' kokaina u ecstasy f 'każini fejn ikun għaddej xi party tal-festa.' Joseph Rodney Grima akkużat li importa 15 kg kokaina..parti asostanzjali minnha destinata lejn Għajnsielem 10% tal-konsum tad- dawl ikun minn enerġija rinovabbli sal-2020 Operaturi fis-settur ta' enerġija nadifa se jieħdu għajnuna mill-UE għall- iżvilupp ta' solar farms f'Malta FI stqarrija tal-Malta Developers Association (MDA), intqal li wara diskussjonijiet fit-tul li l-assoċjazzjoni kellha ma' diversi entitajiet governattivi, fosthom il-Ministru Konrad Mizzi, se tkun possibbli li jiġu żviluppati sistemi fotovoltajici ta' kobor aktar min 1 MW, magħrufa bħala 'Solar Farms'. L-iżviluppaturi tal-MDA, flimkien mal- imprendituri fis- settur tal-enerġija rinnovabbli, se jkunu qed jinvestu iktar minn qatt qabel sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea biex 10 fil-mija tal-konsum gross tad-dawl ta' Malta ikun minn dawn is-sorsi sa s-sena 2020. L-MDA tiddikjara li l-imprendituri, li jaħdmu f 'dan is-settur u li llum huma kollha membri tagħha fis-Sezzjoni tal- Enerġija Alternattiva, sertkun qed taħdem bis-sħiħ sabiex din l-iskema tkun suċċess fl-interess tal-pajjiż, għall-ġid tal-pubbliku in ġenerali u fl-interess tal- settur tal-enerġija alternattiva. Filwaqt li l-MDA tibqa' impenjata li tkompli taħdem mal-Gvern, l-awtoritajiet u mas-service providers tal- enerġija alternattiva sabiex is-settur ikompli jikber b'mod konsistenti fis-sezzjoni ta' produzzjoni ta' enerġija nadifa, anke fuq skala kummerċjali, tħeġġeġ lill- awtoritajiet sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda fil-proċess amministrattiv meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li dawn il-proġetti jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli. L-MDA tesprimi sodisfazzjon sħiħ li f 'qasir żmien kisbet il-fiduċja ta' dan is-settur ukoll u rnexxielha tagħmel suċċess f 'dan il-qasam sabiex tilħaq l-għan ewlieni tagħha li tabilħaqq l-iżvilupp f 'pajjiżna jkun verament sostenibbli. Sal 2020, 10% tal- konsum tad-dawl se jkun minn enerġija solari Tliet vapuri tal-gwerra Ġappuniżi fil-Port il-Kbir Dawn waslu Malta lbieraħ u se jdumu sa nhar it-Tlieta bħala parti minn vjaġġ twil madwar id-dinja li se jieħu sa Novembru li ġej. L-iskop hu biex uffiċjali Ġappuniżi li għadhom kif iggradwaw mill-Iskola marittima tal- forza Ġappuniża tad-difiża jakkwistaw l-esperjenza u jippromwovu relazz- jonijiet ta' ħbiberija bejn il-Ġappun u l-pajjiżi li se jżuru. Il-vapuri se jmorru l-Istati Uniti, il-Panama, l-Ingilterra, il-Litwanja, il-Ġermanja, il-Belġju, Franza, l-Italja, il-Kenja u l-Filippini. Fuq dawn il-vapuri hemm mas-750 uffiċjal u 200 kadett fosthom 20 mara. Dawn il-vapuri se jkunu miftuħa għall-pubbliku għada t-Tnejn bejn l-10 u nofsinhar u bejn is-1 u l-4 pm. Ritratti: Dylan Busuttil