Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Tkompli minn paġna 36 ASTRID Vella, stqarret mal-ILLUM li 'Flimkien għal Ambjent Aħjar', jemmnu li "l-pubbliku għandu jiġi mħeġġeġ biex ikun kawt meta jikkunsidra x-xiri ta' bonds użati biex jiġu finanzjati dawn it- torrijiet mostrużi." Vella saħqet li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) għandha tagħmel skrutinju aħjar dwar il-bonds u tinsisti li dawn ikunu verifikati minn aġenziji ċertifikati mill-UE. Vella stqarret li "l-publiku għandu d-dritt ikun infurmat dwar il-perikli li jġibu magħhom bonds li ma jkunux garantiti u lanqas klassifikati." 'Jekk kumpanija m'għandhiex relazzjoni diretta mal-proġett, m'għandhiex tkun fil-mira ta' bojkott' Min-naħa tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo saħaq li bħalma diġà stqarr fil-blog tiegħu, huwa jemmen li filwaqt li l-iskop ta' bojkott għas- servizzi u prodotti għandu intenzjonijiet tajba, dan huwa arma qadima u effettiva biss fuq tul ta' żmien. Cacopardo issuġġerixxa fil-blog tiegħu li jkun iktar għaqli li l-familja ambjentalista tpoġġi fil- mira direttament il-proċess tal-finanzjament tal- proġetti nfushom, permezz ta' bojkott fuq il-bonds li jridu jinħarġu u l-bank u l-istockbroker li jieħdu ħsieb is-sejħa għax-xiri tal-bonds. "Azzjoni ta' din ix-xorta tista' tkun iktar effettiva għax l-impatt tagħha jkun direttament relatat mal- proġetti tat-torrijiet tal- Imrieħel u Townsquare infushom," saħaq Caccopardo Iċ-chairperson tal- Alternattiva Demokaratika, Arnold Cassola sostna li l-AD temmen li mhux sew li jsir bojkott fuq prodotti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-bini tat- torrijiet. Cassola saħaq li jekk per eżempju kumpanija tal-assigurazzjoni m'għandhiex relazzjoni diretta mal-proġett, minkejja li hi tal-istess sid, din m'għandhiex tkun fil- mira ta' bojkott. Bħal Astrid Vella u oħrajn, Cassola jemmen li kwalunkwe restrizzjoni għandha ssir fuq livell finanzjarju minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji sabiex ma japprovawx il-bejgħ tal-bonds qabel ikollhom verifika ċara dwar l-iffinanzjar tal-proġetti. Jekk il-pubbliku għandu jagħmel xi forma ta' bojkott, tal-inqas għandu jkun fin- nuqqas ta' xiri ta' bonds u ishma relatati mal-proġetti tat-torrijiet. Din l-Art Ħelwa ma tħossx li għandhom jieħdu pożizzjoni uffiċjali biex isir bojkott fuq l-iżviluppaturi Maria Grazia Cassar minn Din l-Art Ħelwa sostniet li l-għaqda qiegħda tieħu kull pass neċessarju skont il-liġi biex jiġu revokati ż-żewġ permessi tal-Imrieħel u ta' Townsquare rispettivament. DLĦ jemmnu li dawn il- proġetti se jbiddlu l-identità ta' Malta għal dejjem. Minkejja dan, huma ma jħossux li għandhom jieħdu pożizzjoni uffiċjali biex isir bojkott fuq l-iżviluppaturi u l-periti tagħhom, iżda kulħadd huwa liberu li jimxi skond il-fehma personali tiegħu. Din l-Art Helwa temmen li l-permessi għall-bini għoli m'għandhomx jingħataw qabel ma jkun hemm masterplan għal Malta dwar dan il-tip ta' żvilupp u wara li jsiru l-istudji dwar l-impatt li dawn se jħallu. "Il-fehma taċ-ċittadin għandha tinstema' qabel dik tal-iżviluppatur, u l-Awtorità tal-Ippjanar għandha d-dmir tipproteġi ċ-ċittadini kollha u mhux tiffavorixxi l-ispekulatur," temmet tgħid Cassar. 'Ħaġa bħal bojkott għanda tiġi diskussa fid-dettall qabel ma wieħed iħeġġeġ lin-nies ma jużawx xi servizzi' Martin Galea De Giovanni minn Friends of the Earth, saħaq li filwaqt li l-organizzazjoni għadha ma ħarġitx stqarrija uffiċjali, jemmen li xi ħaġa bħal bojkott għandha tiġi diskussa sew fid-dettal qabel ma wieħed jaqbad u jħeġġeġ lin-nies ma jużawx xi servizzi jew jixrtru xi prodotti. Huwa jemmen ukoll bħall-oħrajn, li l-aħjar soluzzjoni tintlaħaq permezz ta' restrizzjoni mix-xiri ta' bonds relatati direttament mat-torrijiet. 'Bojkott jista' jaffetwa ħażin il-kumpanija u l-impjiegi' Din il-gazzetta tkellmet ukoll mas-sindku ta' Tas- Sliema, Anthony Chircop, li saħaq li personalment huwa jemmen li jekk hemm xi diffikultà u nuqqas ta' qbil dwar il-permessi tat- torrijiet, dawn għandhom jiġu indirizzati skont illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 8 'L-Awtorità tal-Ippjanar għandha kollha u mhux tiffavorixxi l-ispekulatur Astrid Vella – Flimkien għal Ambjent Aħjar Arnold Cassola – Alternattiva Demokratika Maria Grazia Cassar – Din l-Art Ħelwa Martin Galea De Giovanni – Friends Of the Earth Anthony Chircop – Sindku Tas-Sliema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016