Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 24 Kummerċjali GreenPak issejjaħ għall-immaniġġjar tal-iskart fuq livell distrettwali ARGUS tirbaħ International Stevie Award għat-tieni sena konsekuttiva Argus Insurance Agencies Limited f 'Malta rebħet Bronze Stevie Award bħala l-Kumpanija tas-Sena 2016 – Assigurazzjoni. L-unuri Stevie jirrikonoxxu l-aqwa kumpaniji fid-dinja li joperaw f 'diversi kategoriji. Din hi t-tieni sena konsekuttiva li Argus kienet irrikonoxxuta waqt l-International Business Awards (IBA). Dan hu l-aqwa programm ta' rikonoxximent għan-negozji fid-dinja, li hu miftuħ kemm għal individwi kif ukoll kumpaniji privati u tal-gvern minn madwar id- dinja. Għall-edizzjoni tal- International Business Awards (IBA) tal-2016 kien hemm sottomissjonijiet minn aktar minn 60 pajjiż u territorju. Il- ġurija tal-IBA eżaminat numru totali rekord ta' aktar minn 3,800 nomimazzjoni minn organizzazjonijiet ta' kull daqs u kważi minn kull industrija, f 'għadd ta' kategoriji. Vanessa Borg, Kap Eżekuttiv ta' Argus Insurance Agencies Limited, qalet: "L-International Business Awards huma l-Oscars tad-dinja kummerċjali u li tirbaħ Stevie Award sentejn in fila hi kisba kbira. F'dawn l-aħħar 12-il xahar, Argus f 'Malta kompliet tikber u tiżviluppa, filwaqt li saħħaħna n-negozju waqt li komplejna ninvestu fit-tim tagħna. Dan l-unur, għalhekk jappartjeni lit-tim kollu għax hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom. Fl-istess waqt juri b'liema eċċellenza Argus topera fis- settur tal-assigurazzjoni." Ir-rebbieħa ta' Stevie Awards intagħżlu b'punteġġi li taw aktar minn 200 persuna mlaħħqa fin-negozji minn madwar id- dinja li ħadu sehem fil-proċess tal-ġurija minn Mejju sal-bidu ta' Awissu. Imsemmija 'Stevie' għall-kelma Griega 'inkurunat', l-unuri se jkunu ppreżentati lir-rebbieħa waqt pranzu gala f 'Rome Cavalieri Waldorf Astoria Hotel, Ruma, l-Italja fil-21 ta' Ottubru 2016. It-tim ta' Argus rikonoxxut mill-IBA għat-tieni sena konsekuttiva Irbaħ vaganza fl-Atlantis The Palms Resort f 'Dubai ma' Cisk Lager Dawk kollha li jħobbu ċ-Cisk Lager għandhom opportunità eċċezzjonali li jirbħu vaganza ta' erbat iljieli fil-lukanda esklussiva ta' 5 stilel, l-Atlantis The Palms f 'Dubai, għal żewġ persuni fuq bażi 'half board' bi dħul bla limitu fl-Aquaventure Waterpark u fil-Lost Chambers Aquarium. It-titjiriet, it- taxxi u t-tariffi kollha huma inklużi. Din il-lukanda lussuża qiegħda fil-gżira ikonika ta' Palm Jumeirah u għandha veduti sbieħ tal-Golf Għarbi. Tinsab 14-il kilometru bogħod minn Wadi Wadi Water Park u 15-il km bogħod mill-Mall tal-Emirates. Faċilitajiet oħra jinkludu 23 restorant, spa, salon, gym, park kbir tal-ilma, taqsima għat-tfal u nightclub. Karl Bondin, il-Manager tal-Marka tal-Birer ta' Simonds Farsons Cisk plc, qal li din il-promozzjoni hi opportunità tajba ħafna li biha qed nippremjaw lill-klijenti leali taċ- Cisk. "Il-kollaborazzjoni tagħna mal-aġenzija lokali rinomata tal-ivjaġġar ROCS Travel, tatna ċ-ċans noffru dan il-premju inkredibbli f 'post fantastiku lil 12-il rebbieħ fortunat, li se jkunu jistgħu jaqsmu din l-esperjenza unika ma' persuna oħra tal- għażla tagħhom." It-tagħrif fuq kif tista' tipparteċipa f 'din il-promozzjoni ssibu fuq kull pakkett promozzjonali ta' 8 bottijiet Cisk Lager jew billi tidħol fis-sit www. cisk.com/cisktime. Hemm 12-il vaganza x'jintrebħu u s'issa tħabbru l-ewwel sitt rebbieħa: Nicola Busuttil, Diane Caruana, Therese Borg Preca, Raymond Bonello, Chris Allison u Julian Portelli. Iċ-Cisk Lager hu magħmul, irreklamat u mqassam minn Simonds Farsons Cisk plc. Dan l-aħħar saru għadd ta' rapporti fil-midja juru ż-żieda ta' skart mormi bl-addoċċ madwar Malta kollha. Agħar minn hekk, l-iskart jattira aktar skart, bil-problema tal- ħmieġ u żibel fil-pajjiż tiżdied minn ġurnata għall-oħra. Kampanji ta' tagħrif jgħinu biex tittaffa din il-problema nazzjonali, li qed tolqot it- tkabbir ekonomiku. Iżda, dawn l-isforzi waħedhom mingħajr infurzar serju tal-liġi huma ineffettivi. Fl-isfond tal-mod fragmentat li bik joperaw il-kunsilli lokali fl-obbligi tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart, GreenPak qed issejjaħ biex il-gvern jiġbor flimkien lokalitajiet li huma ġirien ta' xulxin taħt sistema reġjonali biex b'hekk l-iskart ikun immaniġġjat aħjar u b'mod effettiv. "Mil-lat loġistiku u ekonomiku, ma jagħmilx sens li f'Malta jkollna 68 fruntiera lokali b'kull lokalità tipprova timmaniġġja l-iskart tagħha għal rasha. Meta tiġbor flimkien lokalitajiet fil-viċinanzi ta' xulxin taħt umbrella reġjonali waħda jitnaqqsu l-ispejjeż u l-burokrazija, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza fl-operat," qal l-Inġ. Mario Schembri, Kap Eżekuttiv tal-GreenPak Coop Society. Sistema reġjonali għall- immaniġġjar tal-iskart tinkludi l-ġbir, riċiklaġġ u r-rimi b'mod korrett tal-iskart iġġenerat mill-komunitajiet li jagħmlu parti minn dan ir-reġjun partikolari. It-twaqqif ta' sistemi ta' mmaniġġjar tal-iskart fuq livell reġjonali jippermetti lill-komunitajiet jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi u jiksbu flimkien dak li mhux kapaċi jiksbu waħidhom individwalment bħala lokalità. Dan il-mod għandu jgħin biex jitnaqqas, b'mod sinnifikanti, ir-rimi illegali ta' skart u l-problema ta' ħmieġ u żibel madwar Malta u Għawdex. "Filwaqt li nifhmu li hu naturali li jkun hemm ċerta reżistenza għal kull bidla, bħala organizzazzjoni newtrali, imma b'interess ġenwin biex intejbu l-prestazzjoni baxxa ta' Malta fis-settur tar-riċiklaġġ, qed nimpenjaw ruħna biex niltaqgħu mal-kunsilli lokali b'mod individwali. Irridu nisimgħu t-tħassib tagħhom ħalli flimkien insibu soluzzjonijiet aċċettabbli. L-għan hu li nimxu 'l quddiem lejn futur aktar sostenibbli," qal l-Inġ Schembri. Filwaqt li sistemi tal- immaniġġjar tal-iskart kapaċi jinstemgħu bħala idea ġdida għal Malta, sistemi bħal dawn ilhom jitħaddmu fl-Unjoni Ewropea għal numru ta' snin. L-Aġenzija Ewropea għall- Ambjent tirrapporta li pajjiżi li jaddottaw dawn is-sistemi jiksbu riżultati tajbin fir-rati ta' riċiklaġġ. Barra minn hekk, kapaċi jkunu identifikati u analizzati key performance indicators (KPIs) bil-għan li jintużaw biex jitfasslu policies u strateġiji nazzjonali. Dan għandu jwassal għal tnaqqis ta' skart biodegradabbli mormi fil- miżbliet, żieda fil-ġbir ta' skart riċiklabbli, u implimentazzjoni effettiva ta' programmi ta' prevenzjoni ta' skart. GreenPak, skema awtorizzata mill-ERA, hi l-akbar skema ta' ġbir ta' skart f'Malta. L-organizzazzjoni hi membru fundatur ta' EXPRA, li hi organizzazzjoni internazzjonali li ma taħdimx għal skop ta' qligħ. Tippromwovi l-kunċett li hi l-industrija nnifisha li għandha tagħmel ir-riċiklaġġ, u mhux tħalli r-riċiklaġġ ikun piż fuq il-gvern u awtoritajiet lokali. Għal dawn l-aħħar għaxar snin, il-GreenPak kienet waħda mill-35 sistema ta' responsabbilta' tal-produtturi nazzjonali taħt l-umbrella ta' PRO Europe. Il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak Mario Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016