Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat St. Andrews ................ 1 Floriana ..................... 3 FLORIANA ttrasformaw ruħhom fit-tieni taqsima u dawru telfa f 'rebħa ta' 3-1 kontra St Andrews. Kienu St Andrews li fetħu l-iskor fl-ewwel periklu li ħolqu wara biss sitt minuti logħob meta minn corner ta' Ivan Eduardo Paz għola tajjeb Godwin McKay li permezz ta' daqqa ta' ras tajba mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Justin Haber, bl-istess goalkeeper internazzjonali deher li seta' jsalva dan il-gowl. Floriana, wettqu reazzjoni mmedjata u erba'minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa tal- captain Nicolas Chiesa ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper ta' St Andrews, Jake Galea. Floriana ħarġu qishom iljuni fil-ftuħ tat-tieni taqsima fit-tentattiv ovvju tagħhom li jġibu l-iskor indaqs u ma damux m'għamlu dan, meta fis-47 minuta, Nicolas Chiesa min- nofs ground xeħet through pass preċiż lejn Mario Fontanella li kkontrolla l-ballun tajjeb b'sidru qabel permezz ta' xutt mill-ewwel tefa' l-ballun fir-rokna tax- xibka. Fis-67 minuta, Floriana tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Steve Pisani xeħet corner insidjuż lejn Enrico Pepe li ra d-daqqa ta' ras tiegħu minn taħt il-lasti tgħaddi ċentimetri għoli minn fuq il-lasti ta' Jake Galea. Floriana rduppjaw l-iskor fit-80 minuta, meta Nicolas Chiesa għadda tajjeb lejn Ignacio Varela li min-naħa tiegħu niżżel il-ballun b'sidru qabel għadda l-ballun lejn is-sostitut Steve Pisani li tefa' ġewwa permezz ta' xutt b'saħħtu u preċiż. Il-Greens issiġillaw ir- rebħa permezz tat-tielet goal fid-89 minuta meta s-sostitut Alex Cini għadda tajjeb lejn Amadou Samb, li wara li kkontrolla tajjeb il-ballun, tefa' fix-xibka permezz ta' lob delizzjuż, wara li l-goalkeeper Jake Galea kien barra minn postu. St. Andrews - Galea, Johnson, Kesinovic, Che Bong Won (Darmanin 81'), Okon Udoh, McKay, Bakmaz (Camilleri 67'), Farrugia, Belacevic, Nwoko, Edgardo Paz Floriana - Haber, Scicluna (Cini 60'), Pepe, Ruiz, Borg, Varela, Vella (Pisani 46'), Samb, Chiesa, Fontanella (Farrugia 83'), Camenuzli Referi Stefan Pace NICOLAS CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad mal-Greens matul l-istaġun 2015/16. Floriana ttrasformati t-tieni taqsima Ritratt: Christine Borg Dwell -arja għall-ballun bejn Ryan Camenzuli u Ante Bakmaz Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016