Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
minn Ruben Anthony Xuereb ITTAQSIMA tat-tfittix bil-klieb tal-SOS Malta, li marru l-Italja sabiex joffru l-għajnuna tagħhom fit-tfittxija tal-vittmi tat- terremoti, marru lura fil- vilaġġ milqut mit-terremot, Amatrice lbieraħ filgħodu, sabiex jiltaqgħu mal-kap tal-operat, Antonio Tassi, li talab lill-kordinatur ta' SOS Malta, John Gera biex it-taqsima l-Maltija tkompli tgħin fit-tfittxijiet. Minkejja li nhar il-Ġimgħa it-tim Malti kien mitlub iwaqqaf l-operat tiegħu minħabba li ż-żona fejn kienu qed jagħmlu t-tfittxijiet ġiet meqjusa bħala wisq perikoluża għalihom, waqt it terremot tas-Sibt filgħodu il-Maltin kienu viċin tal-post fejn seħħew theżżiżiet ġodda u marru fuq il post. Huma daħlu jagħmlu xi tfittxijiet bil-klieb flimkien mal- militari Taljani. L-effiċjenza tal- klieb Mambo u Ace u s-sokkorrituri Maltin John, Janine, Josette Davide u Paudie infatti, wasslet biex dawn jiġu mitluba jibqgħu l-Italja biex ikomplu jgħinu fit-tfittxijiet. Dan stqarru mal-ILLUM John Gera, il-kordinatur ta' SOS Malta li bħalissa jinsab l-Italja fuq il-post tat- terremot. Gera sostna li, "tant konna ninsabu viċin tat-terremot, li bdejna nisimgħu d-djar jaqgħu" Skont Gera, il-klieb Maltin, Mambo u Ace xammew xi ħaga taħt it-tifrik, iżda l-post ġie determinat wisq perikoluż għas-sokkorrituri. Ix- xamma tal-klieb Maltin iżda, wasslet lill-Militari Taljani biex mill-post indikat minnhom, ittellgħu ħames persuni bla ħajja. Il-klieb Maltin qed jagħmlu xogħol siewi ta' tfittxija għall- vittmi. Wara l-aħħar tfittxijiet tagħhom, huma ġew iċċertifikati minn veterinarji Taljani li jinsabu fi stat ta' saħħa tajjeb u li huma tajbin biex ikomplu xogħolhom. SOS Malta stqarrew li s-servizzi tagħhom mhux se jieqfu sat-tfittxija u s-salvataġġ biss, iżda se jassistu f 'kull forma ta' għajnuna umanitarja u loġistika li Malta tkun qed toffri lill-Italja Intant, il-media Taljana kkonfermat li kmieni s-Sibt filgħodu stess, reġa' kien hemm żewġ theżżiżiet ta' terremot oħra, li nħassew minn nies għall-ħabta tat- tmienja ta' filgħodu. Tħeżżiża ta' saħħa ta' 3.3 fuq l-iskala Richter, biċ-ċentru tagħha tkun 9 kilometri minn Arquata del Tronto (Ascoli Piceno) inħasset fit- 8:08 ta' filgħodu, filwaqt li oħra ta' 3.4 inħasset fit-8:20 f 'Capitagnano, 9 kilometri bogħod biss minn Amatrice, fejn jinsabu wkoll is- sokkorrituri Maltin. Sal bieraħ filgħodu, in- numru ta' mejtin tela' għal 290 persuna SOS Malta għamlu talba għall-appoġġ tal-pubbliku Malti, li jistgħu jibagħtu donazzjonijiet lil SOS Malta fl-indirizz "10, Triq il Ward, Sta Venera SVR 1640" jew direttament fuq il-kontijiet bankarji ta' SOS Malta: APS a/c 20000245111, HSBC a/c 006070932050, BOV a/c 40013974950 illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet Scicluna jrid bojkott fuq Gasan u Tumas… imma jinsab waħdu Il-proposta ta' bojkott ma ssibx l-appoġġ tal-ambjentalisti li tkellmu mal-ILLUM minn Ruben Anthony Xuereb B'REAZZJONI għall- kwistjoni tal-permessi għal bini għoli f ' Tas-Sliema u fl-Imrieħel, wieħed mill-aktar suġġerimenti kontroversjali li saru, kien dak ta' Martin Scicluna, li ssuġġerixxa bojkott fuq il- prodotti u s-servizzi kollha tal-kumpaniji ta' Gasan u Tumas. Huwa saħansitra propona bojkott fuq karozzi u muturi li timporta d-ditta ta' Gasan u l-użu tal-kumpanija tal-assikurazzjoni tal- istess grupp, flimkien ma' bojkott fuq il-lukanda Hilton u l-Casino 'Oracle', it-tnejn ta' Tumas. Minkejja li Scicluna għamel dan l-appell lill-għaqdiet ambjentali f 'pajjiżna, l-ebda waħda mill-erba' għaqdiet ambjentali, l-Alternattiva Demokratika u lanqas is-Sindku Slimiż, ilkoll ikkuntattjati mill-ILLUM, ma jaqblu ma' din il- proposta. Filwaqt li Carmel Caccopardo jsejjaħlu "arma qadima", is-Sindku ta' Tas-Sliema, Anthony Chircop fakkar kif bojcott jista' jeffetwa b'mod dirett impjiegi mhux neċessarjament relatati mal- bini tat-torrijiet. Minflok bojkott fuq il-kumpanji u s-servizzi tagħhom dawk kollha li tkellmu mal-ILLUM għajr għal Maria Grazia Cassar minn Din l-Art Ħelwa, kollha ssuġġerew bojkott fuq ix-xiri ta' bonds direttament relatati maż-żewġ proġetti. Tkompli f 'paġni 8 u 9 Martin Scicluna 'Tant konna viċin, li bdejna nisimgħu d-djar jaqgħu' Is-sokkorrituri u l-klieb tal-SOS Malta jintalbu biex jibqgħu jgħinu fi t-tiftix ta' vittmi tat- terremoti fl -Italja wara l-prestazzjoni eżemplari tagħhom John Gera imkien ma' wieħed mill- klieb waqt it-t ttxijiet -Italja Operazzjoni ta' salvataġġ mis-sokkorrituri u klieb tal-SOS Malta