Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
GIANCARLO Abete twieled f 'Ruma, fis-26 t'Awwissu tal-1950 u nistgħu ngħidu li huwa wieħed mill-protagonisti fl-awtoritajiet tal-futbol Taljan u anke dawk Ewropej. Huwa personaġġ li minkejja forsi d-dinja tal-futbol mhux l-ewwel dar tiegħu, għaliex huwa għandu rwoli oħra li jokkupa fid-dinja tax-xogħol, żgur li ta kontribut importanti lill-futbol Taljan, f 'perjodu fejn il-kredibbiltà tal-futbol ġewwa l-Italja kienet viċin ix-xejn. Wara t-tragedja ta' Calciopoli, fejn fost oħrajn kien anke rriżenja l-President tal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), Guido Rossi, Giancarlo Abete, li ta' min isemmi huwa partitarju Juventin, kien laħaq President tal-akbar awtorità tal- futbol fl-Italja u kellu d-dmir ewlieni li jerġa' jibda jibni r-reputazzjoni tal- futbol ta' pajjiżu, u jerġa' jibda jirbaħ ir-rispett tal-akbar nazzjonijiet fid-dinja tal-futbol. Huwa dam jokkupa l-kariga ta' President tal- FIGC għal seba' snin u nofs, fejn il-mandat tiegħu ntemm f 'Awwissu tal-2014. Sadanittant, huwa wkoll imdaħħal fl-awtoritajiet tal-UEFA fejn mill-2009 huwa ilu jifforma parti mill-Kumitat Eżekuttiv li sa ftit xhur ilu kien anke fassal laqgħa u proġetti ġewwa pajjiżna, filwaqt li mill-2011 huwa qed jokkupa l-irwol ta' viċi president, irwol iżda li aktarx jinbidillu wara l-elezzjonijiet li se jsiru f 'Settembru li ġej. Intant, il- ħidma tiegħu fil-futbol ilha li bdiet mis-snin 80, meta fl-1989 kien ġie maħtur bħala l-Kap tas-settur tekniku tal-FIGC fejn dam sena biss, għaliex sena biss wara kien il-Kap tal-Lega Professionisti tas-Serie C, sas-sena 1997. Ta' min isemmi wkoll, li huwa okkupa l-kariga ta' viċi president għal darbtejn, mis-sena 1996 sas-sena 2000 u mis-sena 2001 sas-sena 2006. Matul dawn is-snin, l-akbar esperjenza tiegħu kienet żgur mhux forsi t-trijonf tat-tim nazzjonali Taljan ġewwa l-Ġermnja fis-sajf tal-2006, meta taħt il-gwida tal-kowċ bravu Marcello Lippi, l-Azzurri rebħu r-raba' Tazza tad- Dinja fl-istorja tagħhom. Ġewwa l-Ġermanja, huwa kien il-Kap tad-Delegazzjoni tal-FIGC fejn żgur mhux forsi se tibqa' memorja mill-isbaħ stampata f 'moħħu. Ftit xhur wara kien ġie elett bħala President tal-FIGC, propju fit-2 t'April fejn minn 271 vot, huwa kien kiseb 266 biex fis-sena 2013, reġa' ġie kkonfermat bħala President permezz ta' kwazi 95% tal-voti, anke jekk kien l-unika kandidat għal din il-kariga. Madankollu, huwa kien pront ħabbar li ma riedx iġedded il-mandat tiegħu wara li jispiċċalu u mhux talli hekk, talli ħalla l-kariga qabel iż-żmien biex warajh ġie Carlo Tavecchio. Inħarsu ftit ukoll lejn il-ħajja tiegħu lil hinn mid-dinja tal-ballun. Huwa t-tifel tal-kavallier Antonio Abete u Maria Basile, it-tnejn li huma mir- reġjun tal-Campagna. Minn dejjem kien żagħżugħ li kien iħares lejn l-ekonomija bħala s-settur tiegħu u huwa ggradwa fl-Ekonomija u l-Kummerċ iżjed tard matul il- karriera akkademika tiegħu. Il- ħidma u l-isfidi jidhru li huma parti mid-DNA tal-familja, għaliex ħuh, Luigi Abete huwa l-eks President tal-Confindustria u issa jokkuppa l-istess rwol iżda fil-Bank Nazzjonali tax-Xogħol. Barra minn hekk, Abete kellu wkoll karriera fil-politika, fejn bejn l-1979 u l-1992, huwa kien deputat fit-tmien, disa' u l-għaxar leġislatura f 'isem id-Demokristjani. Huwa imprenditur fis-settur grafiku, editorjali u informattiv, President u membru fil-Kunsill Amministrattiv ta' soċjetajiet varji li jaqgħu taħt il-Grupp Abete u barra minn hekk, huwa kien ukoll President fl- Unjoni Industrijali ta' Ruma u Lazio bejn l-1994 u s-sena 2000, u tal- Federturismo Confindustria, bejn l-1999 u l-2003. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Fil-passat, kellna tim tax-xogħol fejn kont bdejt nilgħab il-futbol hemmhekk u mal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC) bdejt fl-1988 bħala President tas- Settur Tekniku f 'Coverciano, biex imbagħad ftit wara kont ġejt elett bħala President tal-Lega tas-Serie C. Ġejt elett bħala President tal-FIGC, biex eventwalment fl-2007 ġejt maħtur bħala President tal-FIGC, fejn domt nokkupa din il-kariga sa Awwissu tal-2014. Taħseb li waqt il-presidenza tiegħek tal-FIGC, irnexxielek tbiddel il- futbol Taljan għall-aħjar? Diffiċli ngħid, għaliex kienet sitwazzjoni diffiċli ħafna, speċjalment meta tikkunsidra li ġejt elett fis-sena 2007, ftit wara Calciopoli u allura dak kien ifisser li kien hemm bżonn ta' ħidma qawwija sabiex nerġgħu nnaddfu l-isem tal- futbol Taljan. Bħalissa tinsab ukoll tokkupa illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Cristian Antony Muscat Giancarlo Abete - wieħed mill-protagonisti fl-awtoritajiet tal-futbol Taljan u anke dak Ewropew. Ta kontribut importanti lill-futbol Taljan, f'perjodu fejn il-kredibbiltà tal-futbol ġewwa l-Italja kienet viċin ix-xejn. Protagonista ewlieni fl-amministrazzjoni Sports 34 "Ir-relazzjoni tiegħi ma' Malta hija waħda importanti ħafna fejn bħala denominatur komuni hemm Pietro Ghedin, li huwa bniedem serju u professjonali ħafna. Huwa ta' pjaċir personali li nara lil Ghedin fil-proġett tagħkom"