Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum fl-amministrazzjoni tal-futbol Ewropew Sports 35 l-kariga ta' wieħed mill-ħames viċi presidenti tal-UEFA. X'tinvolvi eżattament din il-kariga tiegħek? Hekk hu. Bħalissa jien nokkupa dak l-irwol, fejn ilni mis-sena 2011 filwaqt li ilni nifforma parti mill- Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA sa mis-sena 2009. Fl-14 ta' Settembru li ġej, f 'Ateni fil-Greċja ħa jkun hemm elezzjonijiet ġodda, fejn se jkun hemm tliet kandidati għall- Presidenza. Il-problemi riċenti tal-UEFA. X'ġara eżatt? Sfortunatament fl-aħħar xhur konna għaddejjin minn naqra mewġ mhux ħażin, fejn infatti għadna bi President 'interim'. Il-ħsibijiet tiegħek fuq it-tim nazzjonali Taljan fil-preżent. Ovvjament, m'aħniex tim tal-ewwel faxxa, madankollu għamilna passi 'l quddiem fir-rankings. Baqgħalna ħafna biex nikbru u nsiru tim bħal per eżempju l-Ġermanja, li ħadmu ħafna u li issa qegħdin dejjem jaslu sas-semifinali jew il-finali ta' kompetizzjonijiet maġġuri internazzjonali. X'taħseb fuq l-ekskowċ tal-Italja, Antonio Conte? Antonio Conte għamel xogħol importanti fit-tmun tat-tim nazzjonali Taljan, għaliex b'dik l-iskwadra wasal fejn wasal fil- Kampjonati Ewropej u barra minn hekk, għen biex itejjeb l-isem tal- futbol Taljan. X'tikkummenta dwar il-ħatra ta' Giampiero Ventura fit-tmun tat-tim nazzjonali Taljan? Huwa kowċ li kapaċi jaħdem ħafna maż-żgħażagħ u żgur mhux forsi li ħa jgħin sabiex jivvalorizzahom fit-tim nazzjonali Taljan. Ħa jkollu proġetti importanti, fejn mhux se jonqsu l-ostakli ovvjament, speċjalment fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja. Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal- President attwali tal-FIGC, Carlo Tavecchio? Hija relazzjoni antika ħafna, għaliex ilna nafu lil xulxin u ħdimna fl-istess settur, fejn fost l-oħrajn kien viċi president waqt il-Presidenza tiegħi tal-FIGC. Ovvjament, dan kulħadd ikollu l-opinjonijiet tiegħu fuq ċerti affarijiet, iżda dan ma jaffettwax ir- relazzjoni tagħna. X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting internazzjonali? Hija problema diffiċli ħafna li tissolva għaliex kulma jmur qiegħda tikber. Biss biss, nistgħu naraw li issa qegħdin jagħmlu l-imħatri f 'pajjiżi 'l bogħod minna, min-nies li m'għandhomx x'jaqsmu mal- isport u eventwalment tkun xi ħaġa inkontrollabli. Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tiegħek ma' Malta? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Malta hija waħda importanti ħafna fejn nistgħu ngħidu li bħala denominatur komuni hemm Pietro Ghedin, li huwa bniedem serju u professjonali ħafna. Huwa ta' pjaċir personali li nara lil Ghedin fil-proġett tagħkom. X'inhu l-futur ta' Giancarlo Abete? Il-futur tiegħi mhux se jarani fid- dinja tal-futbol bħala protagonist, għaliex apparti l-futbol, jien għandi xogħol bħala imprenditur, u għalhekk hemm bżonn niddedika ħini fuq dak ix-xogħol ukoll. Twieled f 'Ruma, fis-26 t'Awwissu tal-1950 Huwa wieħed mill-ħames viċi-presidenti tal- UEFA Kien jokkupa l-kariga ta' President tal-FIGC għal seba' snin u nofs, sa Awwissu tal-2014 Giancarlo Abete "Il-futur tiegħi mhux se jarani fid-dinja tal-futbol bħala protagonist, għaliex apparti l-futbol, jien imprenditur, u għalhekk hemm bżonn niddedika ħini fuq dak ix-xogħol ukoll" Ritratt: Chris Mangion