Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
l-istruttura legali tal-pajjiż, u mhux permezz ta' bojkott min-naħa tal-pubbliku li jista' jaffetwa kumpaniji u impjiegi li mhumiex direttament relatati mal- proġetti tat-torrijiet. Wara li jkunu ġew eżawriti l-possibbiltajiet legali kollha biss, imbagħad għandhom jiġu kkunsdirati miżuri alternattivi. 'Bħala prinċipju, bojkott huwa xi ħaġa ġusta' "Bħala principju, bojkott huwa ħaġa ġusta," jemmen André Callus, mill- moviment Graffiti, "iżda qabel jiġi implimentat irid isir studju dettaljat ta' mod sistematiku ta' kif dan jista' jaħdem f 'kuntest partikolari, f 'dan il-każ fir-rigward tat-torrijiet f 'Tas-Sliema u l-Imrieħel." Callus saħaq mal-ILLUM li jekk għandu jiġi kunsidrat bojkott, l-għaqdiet kollha għandhom jinġabru u jeżaminaw jekk jaħdimx f 'dan il-kuntest partikolari u jevalwaw fid-dettal l-impatti kollha li dan jista' jħalli. "Kemm fejn jidħlu bonds, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi ta' Gasan u Tumas," spjega Callus, "ma tistax tinqata' linja dritta, u wieħed irid jara min qed jixtri u jinvesti f 'bonds, u bl-istess mod, min qed jixtri, juża u jaċċessa l-prodotti." Huwa żied jgħid li qabel isir ebda tip ta' bojkott, irid jiġi stabbilit x'effett se jħalli dan fuq il-kawza ta' kontra t-torrijiet. "Aktar minn bojkott ta' prodotti, aktar għandha ssir pressjoni fuq iż-żewġ partiti u l-banek sabiex anke min-naħa tagħhom isir studju aħjar qabel jinħarġu permessi għal dawn it-tip ta' proġetti," temm jgħid Callus. Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum għandha tipproteġi ċ-ċittadini l-ispekulatur ' André Callus – Moviment Graffiti Dawn huma l- prodotti u s-servizzi li Martin Scicluna jissuġġerixxi li jsir bojkott fuqhom - Din l-Art Ħelwa