Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

L -editur ta' din il-gazzetta qalli li hemm min qed jikkritika t-tmexxija ta' Simon Busuttil u ried ikun jaf jien kif naħsibha. Talabni niktiblu artiklu. Dan li ġej kif nara l-affarijiet jien. La jien uffiċjal, la jien membru tal-eżekuttiv u lanqas għandi sehem fid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istess partit. Jien biss preżentatur fuq in-NET u spettatur attiv tal- politika. 1. Jiġi żmien fejn partit ikun minn fuq, imbagħad jgħaddu ftit ġimgħat u dik il-popolarità tbatti xi ftit. Jista' jkun li l-PN, anke għaliex ninsabu fl-eqqel tas-sajf, mhuwiex ingranat kif kien sa ftit xhur ilu meta Malta kienet mixgħula bl- iskandlu Panama. Jumejn oħra l-affarijiet jafu jinbidlu. 2. Simon Busuttil qatt ma lagħabha tal-verġni fejn jidħol l-ambjent u l-iżvilupp. Imma hemm min fil-PN li qed jagħmel dan. F'aktar minn 20 sena ta' gvernijiet Nazzjonalisti, pajjiżna mmodernizza ruħu u nħoloq ħafna ġid. Imma saru sfreġji ambjentali wkoll. Illum qed isiru bil-wisq aktar, imma qabel saru wkoll. Il-poplu jafu dan, allura ħadd mill-partiti politiċi l-kbar f 'Malta ma jistgħu jilagħbuha tal-verġni fejn jidħol il-ħarsien tal- ambjent. 3. Kuntrarju għal dak li jgħidu xi wħud, il-PN ma ħeliex iż-żmien li ilu fl- Oppożizzjoni. Kien protettiv fuq għadd ta' oqsma. Insemmi biss tnejn: proposti għall- ekonomija li minnha jgawdi kulħadd u soluzzjonijiet fl-immedjat għall-kriżi tat-traffiku. 4. Fuq kwistjonijiet sensittivi li r-risposta għalihom hi x-xjenza, partit politiku għandu jħalli lill-esperti jitkellmu. Jiżbaljaw il-politiċi li jaħsbu li jistgħu jitkellmu u jiddeċiedu fuq kollox. Tiġi f 'moħħi l-kwistjoni tal- morning after pill. 5. Dwar l-iskandlu Panama, ħafna stennew azzjoni. Jista' jkun li għax ma kienx hemm tqaċċit tal-irjus, l-Oppożizzjoni weħlet ma' ras in-nies għax dehrilhom li ma kinitx effettiva biżżejjed. Anke jekk l-Oppożizzjoni wettqet dmirha u saħqet li għandha tinġarr ir- responsabbiltà politika. 6. Ma jagħmilx ħażin il-PN li jirrevedi deċiżjonijiet, li jkunu ta' natura amministrattiva, u allura mhux punt ta' prinċipju, meta dawn jinżlu ħażin mal-għeruq tal-istess partit. Deċiżjonijiet, anke jekk meħudin b'intenzjoni tajba, li iżda jnisslu rabja inutli fost il-partitarji tiegħu, li jitkellmu dwarhom fit-toroq u jgergu dwarhom fuq il-midja soċjali, għandhom jiġu evitati. Minn ma jridx il-ġid lill-PN, se jirkeb fuq rabja maħluqa b'mod inutli fost il-partitarji Nazzjonalisti. 7. Esponenti tal-PL bdew kampanja intiża li timmina l-kredibbiltà ta' Simon Busuttil. Jafu li fl-aħħar mill-aħħar, elezzjoni hi bejn mexxej u ieħor. Fl-2008, il-PN kien naqqas qatigħ l-appoġġ tiegħu fost l-elettorat, iżda Lawrence Gonzi kien popolari aktar mill-partit u minn Alfred Sant. Il-PN rebaħ dik l-elezzjoni. Din il-kampanja hi maħduma b'reqqa sal-punt li kull dikjarazzjoni li ssir minn nies meqjusin viċin tal-PN qed tiġi interpretata bħala sfiducja f 'Busuttil. Anke jekk ma jkunx il-każ. Mill-banda l-oħra, il-PN irid jirrispondi għal din il-kampanja, xi ħaġa li sa issa għadu m'għamilx b'mod effettiv biżżejjed. 8. Donnu hawn żieda fin-nies li huma diżilluzi bil-politika u l-politiċi. Meta jiġri hekk, jeħel magħhom kulħadd, mhux l-inqas il-PN li jinsab fi żmien sensittiv fejn qed jagħmel ħiltu biex jerġa' jikseb il-fiduċja tan-nies fih. 9. Fil-ħajja, mhux dejjem tista' jew għandek tagħżel naħa f 'argument, akkost ta' kollox. Min jgħid li l-PN għandu jkun 'ambjentalist', jiżbalja daqs min jinsisti li għandu jkun 'mal- iżviluppaturi'. Din mhix kwistjoni li tieħu naħa. Hemm żoni f 'Malta fejn l-iżvilupp irid isir u għandu jsir. Imbagħad hemm oħrajn li aħjar tirriġenera milli tkompli ttella' binjiet u appartamenti. 10. Busuttil qatt ma qal li l-PN qiegħed fuq il-karru ta' xi ħadd – per eżempju tal-ambjentalisti jew tal- iżviluppaturi. Iżda hemm min jippretendi li l-PN jagħmel hekk – mhux l-inqas opinjonisti fil-media indipendenti. Tajjeb li xi ħadd jagħmilha ċara magħhom li l-PN huwa umbrella li tiġbor taħtha nies b'ideat u ħsibijiet differenti – li taħtha hemm post għal kull min hu ta' rieda tajba u li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-aħjar interess tal-pajjiż mhux frott il-passjoni jew l-emozzjoni tal-mument. 11. L-Oppożizzjoni fid-dmir li tiskrutinizza ħidmet il-gvern u allaħares qatt tieqaf tagħmel dan. Meta tikkritika l-ħażin, tkun qed tagħmel is-sewwa. Imma din li l-PN negattiv ħafna drabi qed teħel u l-PN jeħtieġ jikkuntrarja b'mod aktar effettiv. 12. It-turiżmu, l-industrija tal-logħob, is-servizzi finanzjarji u l-qasam tal- propjetà u l-kostruzzjoni sejrin tajjeb. Inutli jkun hemm xi esponenti tal-PN li jgħidu li dan mhux il-każ. Il-poplu jistenna mill-PN li mhux biss japprezza li dawn l-oqsma sejrin tajjeb, iżda jmur pass oltré u jgħid kif fil-gvern se jagħmilhom aħjar. Madankollu ħarġu rapporti tajbin u li jagħmlu sens mill-istess partit fl-Oppozzijoni dwar soluzzjonijiet għall-isfidi tal- pajjiż. 13. Il-poplu għadda l-verdett dwar il-Gvern Nazzjonalista fl-2013. Jiżbalja minn jibqa' mwaħħal f 'dak li ġara lbieraħ. Busuttil ta' spiss jisħaq li l-PN tgħallem mill-iżbalji tal-passat u issa qed iħares lejn il-futur. Hekk għandu jagħmel kull deputat u kandidat tal-Partit Nazzjonalista. 14. Fil-qasam tad-drittijiet ċivili, dan il-gvern permezz tal-Ministru Helena Dalli qed jagħmel biċċa xogħol tajba. Simon Busuttil qed jagħmel ħiltu f 'dan il-qasam ukoll. Kruċjali li kulħadd fil-PN ikun 'on board'. Sal-lum, il-PN għdu jsofri l-konsegwenzi tal-vot LE għad-divorzju u l-astensjoni fuq l-unjoni ċivili. 15. Joseph Muscat jibqa' popolari skont sondaġġi pubbliċi. Ma nistgħaġibx. Apparti li l-istil tiegħu huwa populist, sa għaxar snin ilu l-ebda negozjant ma kien joħlom li l-Labour qatt seta' jkun viċin tiegħu. Muscat bidlilhom fehemthom. Illum hu fatt li ħafna negozjanti jgħidulek li hemm attitudni ta' 'ejja ħa naħdmu' mill-gvern u d-dipartimenti tiegħu. Proprju għalhekk li l-PN għandħu jagħraf iktar it-tajjeb li hawn u jgħid kif se jtejbu, filwaqt li jsawwat bla ħniena fejn hemm il-ħażin. 16. Kemm ilu Kap tal-PN, Simon Busuttil wettaq bidliet importanti fi ħdanu. Busuttil dejjem għamel suċċess kull fejn kien. Mexxa l-kampanja ta' informazzjoni għas-sħubija fl-UE u ġab l-akbar ammont ta' voti fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, darbtejn wara xulxin. Busuttil ukoll kapaċi jagħmel suċċess bħala Kap tal- PN. Imma jrid jingħata ċ-ċans. Bakketta maġika m'għandu ħadd. Bilkemm għaddew tliet snin minn meta l-PN tilef b'36,000. It-tiġrija sal-barkun. Min jaħseb li jista' jarmi l-PN bħala xi forza politika insinifikanti qed jiżbalja bil- kbir. Frank Psaila huwa avukat u prezentatur fuq NET TV Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Opinjoni 19 Il-Partit Nazzjonalista llum. Kif naħsibha jien FRANK PSAILA "Bakketta maġika m'għandu ħadd. Bilkemm għaddew tliet snin minn meta l-PN tilef b'36,000. It- tiġrija sal-barkun"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016