Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 29 Rosberg jegħleb lil Verstappen u jirbaħ il-pole ta' Spa fil-Belġju Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. N. Rosberg Mercedes 01:48.019 01:46.999 01:46.744 12 2. M. Verstappen Red Bull 01:48.407 01:47.163 01:46.893 12 3. K. Raikkonen Ferrari 01:47.912 01:47.664 01:46.910 13 4. S. Vettel Ferrari 01:47.802 01:47.944 01:47.108 14 5. D. Ricciardo Red Bull 01:48.407 01:48.027 01:47.216 12 6. S. Perez Force India 01:48.106 01:47.485 01:47.407 12 7. N. Hulkenberg Force India 01:48.080 01:47.317 01:47.543 12 8. V. Bottas Williams 01:48.655 01:47.918 01:47.612 12 9. J. Button McLaren 01:48.700 01:48.051 01:48.114 15 10. F. Massa Williams 01:47.738 01:47.667 01:48.263 12 11. R. Grosjean Haas 01:48.751 01:48.316 12 12. K. Magnussen Renault 01:48.800 01:48.485 12 13. E. Gutiérrez Haas 01:48.748 01:48.598 12 14. J. Palmer Renault 01:48.901 01:48.888 12 15. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:48.876 01:49.038 9 16. P. Wehrlein Manor 01:48.554 01:49.320 11 17. F. Nasr Sauber 01:48.949 6 18. E. Ocon Manor 01:49.050 7 19. D. Kvyat Toro Rosso 01:49.058 6 20. M. Ericsson Sauber 01:49.071 6 21. L. Hamilton Mercedes 01:50.033 4 22. F. Alonso McLaren 1 Danica Bonello Spiteri u Alan Borg ikomplu jimpressjonaw fir-rebħ tal-'cross triathlon' minn Cristian Antony Muscat IT-TIP ta' triathlon imsejħa 'cross triathlon' issir darba f 'sena f 'pajjiżna, bħala kampjonat nazzjonali tal-'cross triathlon'. Dan jikkonsisti f '750m għawma, 20km rota u 5km ġirja, fejn ir-rota kif ukoll il-ġirja jsiru f 'terran 'offroad'. Sfortunatament, din is-sena l-'cross triathlon' kellha tinbidel fl-aħħar mument għall-'cross duathlon' peress li kien hemm mewġ u mbatt qawwi, allura kien perikoluż biex tgħum f 'dak it-tip ta' baħar. Kienet tellieqa tikkonsisti f '1.6km ġirja, 20km rota u 5km ġirja oħra, kollha f 'terran 'offroad'. Kellna l-opportunità li niltaqgħu mar-rebbieħa ta' dan il-kampjonat, Alan Borg li rebaħ l-ewwel titlu ta' kampjonat fil-karriera sportiva tiegħu, kif ukoll ma' Danica Bonello Spiteri li ilha tiddomina x-xena tat-triathlon f 'Malta għal diversi snin. Alan Borg Bdejna t-tellieqa b'1.6km fejn tlaqt b'saħħti biex inżomm mal-grupp ta' quddiem fejn għamilt ħin ta' sitt minuti u 24 sekonda. Kelli transizzjoni tajba fejn kont fit-tielet post kif irkibt ir-rota. Ir-rotta tar- rota, li tikkonsisti f 'erba' dawriet ta' 5 kilometri kull waħda ma kinitx faċli, iżda xorta ħassejtni b'saħħti u kunfidenti, u ma domtx biex ilħaqt lill-atleti l-oħra, u sibt ruħi fl-ewwel post. Iżda xorta waħda kelli nagħmel l-almu tiegħi, peress li kien hemm atleta ieħor, Jack Hili li kien b'saħħtu wkoll fuq ir-rota u dan baqa' persistenti warajja tul ir-rota kollha. Fil-fatt, dħalna fit-tieni transizzjoni flimkien u minn hemm kont naf li ridt noħroġ minn tal-ewwel biex nibqa' fuq quddiem. Ħriġt mit-transizzjoni fit-tieni post wara Hili, imma kont kunfidenti li stajt nagħfas biex ngħaddih mil-bidu tal- ġirja. B'hekk tlajt fl-ewwel post u rnexxieli nżomm dan il-post u nkabbar id-distakk bejnietna, sat-tmiem. Spiċċajt it-tellieqa f 'ħin ta' siegħa u 24 minuta. Dan kien ta' sodisfazzjon kbir għalija u kont emozzjonat ħafna li kien irnexxieli nikseb l-ewwel kampjonat tiegħi fil-'cross triathlon', fejn ilni naħdem ħafna fuq dan it-tip ta' tlielaq. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Danica Bonello Spiteri, kif ukoll lit-tim tagħna tas-sapport tul is- sena kollha, u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-familjari tiegħi. Danica Bonello Spiteri Kienet tellieqa interessanti, fejn ma tantx ħadt gost li nbidlet għal duathlon, għax xtaqt li baqgħet fil-forma tat-triathlon, iżda dawk kienu l-kundizzjonijiet tal-ġurnata tat-tellieqa. Fl-ewwel ġirja, qgħadt attenta li ma nibdiex b'pass mgħaġġel iżżejjed, u ħassejtni komda. Fir-rota bdejt b'pass tajjeb, iżda wara erba' kilometri kelli sfortunatament nieqef minħabba puncture u bdejt nitlef il-ħin. Erġajt tlajt fuq ir-rota u komplejt bit-tellieqa tiegħi, iżda nammetti li f 'din it-tellieqa kont qed nagħti każ it- tellieqa interssanti tal- irġiel li kienet qed tiżvolġi simultanjament. Din is-sena għandi ħafna iktar kunfidenza fuq ir- rota u teknikament sirt ħafna aħjar, u dan jgħin ħafna fil-qasam tal-'cross triathlon'. Kif inżilt minn fuq ir-rota, kelli distakk kbir u stajt niġri komda biex nirbaħ il-kampjonat. L-atleta Lara Buttigieg għamlet tellieqa tajba, iżda kellha problema teknika bir-rota, allura tilfet ċertu ħin ukoll, iżda xorta waħda kisbet it-tieni post tan- nisa. Nixtieq nirringrazzja lill-Flexischeme, kif ukoll lil People and Skin li għoġobhom ikunu warajja għas-sena 2016. Flimkien mat-triatleta Alan Borg, nixtieq ngħid grazzi wkoll lill-Agones SFC u lill-Malta Triathlon Federation li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni tat- tellieqa. Iċ-champions lokali tal-cross-triathlon, Danica Bonello Spiteri u Alan Borg NICO Rosberg fuq Mercedes għeleb bi ftit inqas minn sekonda lil Max Verstappen fuq Red Bull, biex rebaħ il- pole position tal-Belġju fuq iċ-ċirkwit ta' Spa. Rimarkabbli huwa l-fatt li Max Verstappen sar l-iżgħar sewwieq ta' kull żmien li se jkun qed jibda GP mit-tieni post, xi ħaġa li tindika l-futur mill- isbaħ li għandu quddiemu dan is-sewwieq ta' Red Bull. B'Lewis Hamilton iservi penalità fejn illum se jkun qed jibda biss mill-21 post, approfittaw bis-sħiħ iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel, li llum se jkunu qed jibdew mit-tielet u r-raba' post rispettivament. Fil- ħames post se jkun qed jibda Daniel Ricciardo fuq Red Bull waqt li Sergio Prendez fuq Force India lbieraħ kiseb is-sitt l-aħjar ħin fil-pole position, u għalhekk illum se jkun qed jibda minn din l-istess pożizzjoni tal-gradwatorja. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew is-sewwieqa kollha tal-F1 ilbieraħ fi Spa fil-Belġju flimkien mal- ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Nico Rosberg fuq il-podju flimkien ma' Max Verstappen u Kimi Raikkonen Ritratt - Cyprian Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016