Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat CHELSEA komplew jimpressjonaw u ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu l-isfida ta' Burnley bl-iskor ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Eden Hazard, Willian u Victor Moses. Leicester City ukoll kisbu tliet punti prezzjużi meta ġewwa darhom fil-King Power Stadium għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Jamie Vardy u Wes Morgan waqt li fallew penalti mogħti minn Riyad Mahrez fis-56 minuta. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għall-Gunners jaslu minn Santi Cazorla, Alexis Sanches u Mesut Ozil. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Watford fil-logħba wasal minn Roberto Pereyra fis-57 minuta. Tottenham Hotspur u Liverpol temmew il- konfront ta' bejniethom f 'White Hart Lane fi draw ta' 1-1 bir-Reds ikunu huma li jiftħu l-iskor permezz ta' James Milner fit-43 minuta bl-Ispurs igibu l-iskor indaqs permezz ta' Danny Rose fit-72 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Crystal Palace u AFC Bournemouth, b'AFC Bournemouth ikunu huma li jiftħu l-iskor permezz ta' Joshua King fil-11-il minuta, bi Crystal Palace iġibu l-iskor f 'parità permezz ta' Scott Dann b'mod drammatiku fid- 90 minuta. Tajjeb ngħidu li Crystal Palace fallew penalti fis-16-il minuta mogħti minn Yohan Cabaye bl-istess plejer jiġi ammonit minuta biss wara. Southampton u Sunderland ukoll temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, b'Sunderland jiftħu l-iskor fit-80 minuta permezz ta' Jermain Defoe u s-Saints iġibu l-iskor indaqs ħames minuti biss wara permezz ta' Jay Rodriguez. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Stoke City bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn awto-gowl sfortunat tal-goalkeeper ta' Stoke City, Shay Given, wara li fit-tentattiv li jsalva l-ballun minn penalti mogħti b'mod mhux daqstant tajjeb minn Leighton Baines, Shay Given tefa' l-ballun fil-lasti tiegħu stess. Rebħiet tajba għal Chelsea, Arsenal u Leicester City Mesut Ozil jiċċelebra waqt il-logħba kontra Watford RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 27 ta' Awwissu Tottenham Hotspur v Liverpool 1-1 Chelsea vs Burnley 3-0 Crystal Palace vs Bournemouth 1-1 Everton vs Stoke City 1-0 Leicester City vs Swansea City 2-1 Southampton vs Sunderland 1-1 Watford vs Arsenal 1-3 Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 14:30 WBA vs Middlesbrough 17:00 Manchester C. vs West Ham U. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 18:00 Inter vs Palermo 20:45 Cagliari vs Roma 20:45 Crotone vs Genoa 20:45 Fiorentina vs ChievoVerona 20:45 Sampdoria vs Atalanta 20:45 Sassuolo vs Pescara 20:45 Torino vs Bologna 20:45 Udinese vs Empoli Danny Rose isalva punt għal Tottenham fil-logħba kontra Liverpool

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016