Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Intervista 13 ta' ġid kbir għal Għawdex' aspirazzjonijiet tal-Għawdxin. "Il-PN, għalkemm ma tilifx il- maġġoranza jekk tgħodd il-voti, xorta tilef ħafna. U li titlef daqshekk ħafna f 'bastun tiegħek, għax hekk dejjem kien kunsidrat Għawdex għall-PN, allura t-telfa hi akbar. Anke fl-MEPs kompla jitlef, u fil-Kunsilli Lokali fejn f 'Malta kien hemm vot pożittiv favur il- PN f 'Għawdex, apparti xi żewġ lokalitajiet, ma kellniex 'comeback'. Jien nemmen li l-għeruq f 'Għawdex xorta huma Nazzjonalisti, u għalhekk ma nemminx li Għawdex hu mitluf għall-PN imma tlifna ħafna Għawdxin." "Il-politiċi taż-żewġ naħat iżda jridu jifhmu li Għawdex mhu ċens ta' ħadd, u kull partit għandu jagħraf dan. L-Għawdxin matul iż-żmien, dejjem taw is-sinjali tagħhom bħal meta f 'elezzjoni lokali kienu tellgħu lil Patrick magħruf bħala 'Il-Ħanfusa' biex jagħtu tbeżbiża lill-Gvern u fl-1996, il-PN tilef l-elezzjoni. "Il-partiti jdejquni li kultant idendlu l-karrotta lill-Għawdxin u jgħidu li se jagħmlulna xi ħaġa. Aħna l-Għawdxin, aħna Maltin. Aħna ma rridux inkunu estensjoni ta' Malta. Għandna gżira sabiħa, u għandna favur tagħna li aħna Maltin u Għawdxin ukoll. Kultant, il-partiti jitrattaw lill-Għawdxin bħala tfal u bħat-tfal, daqqa jfissduna u daqqa le, u meta tfissed tħassar" Jekk issir elezzjoni llum, il-Partit Nazzjonalista jirbaħ? "Nemmen li kien hemm gwadann mill-partit. Id- distakk naqas iżda mhux biżżejjed biex jinbidel il-Gvern." 'Il-Partit qed jiġri warajja biex noħroġ' Samwel Azzopardi ammetta li l-Partit qed jiġri warajh biex ikun kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Iżda jidher li qed jilgħabha ta' 'hard to get'. "Ma naqbilx miegħek, qatt ma lgħabtha ta' 'hard to get'." Samwel Azzopardi ta' 20 sena fl-2003, kien ħareġ għall-Kunsill Lokali ftit jiem qabel l-istess elezzjoni. "Kont fuq tal-linja, 'mgħawweġ' għax kont bil-wieqfa, ċempluli u għidtilhom iva. Fl-2006 ma ħriġtx minħabba kwistjoni ta' prinċipju li ma nixtieqx nidħol fiha għax hu każ magħluq. Fl-2009 tant ma ppjanajtx li se noħroġ għall-elezzjoni tal-kunsilli, talli ħriġt għaxart ijiem wara li ġejt mill-honeymoon, u fl-aħħar elezzjoni tajthom risposta f 'Ottubru u ħriġt meta kont naf li l-partit kien sejjer għat-telfa u kien qed jarma armata tipprova żżomm is- swar milli jiġġarrfu. Illum ngħid li lanqas kelli għalfejn noħroġ dakinhar." "Din l-edizzjoni nemmen li hi l-aktar waħda li għandi ċans. Iżda għadni ma ddeċidejtx. Għadni 50-50 noħroġx jew le. Ġieli titla' iżjed u ġieli tinżel. Il-kap tal-Partit, il-kummissjoni u Joe Borg qed jagħfsuni biex noħroġ, iżda ma rridx nikkonferma l-kandidatura qabel inkun ċert. Għax jien jekk se nidħol għaliha, se nidħol b'ruħi u ġismi. Irrid inkun kommess mija fil-mija, u mhux biex inkun kandidat ieħor jew biex ningħata xi ħaġa. Għax jien, jekk qatt innutajt, la qatt ingħatajt xi pożizzjoni ta' direttur xi mkien, u lanqas xejn. Kull fejn dħalt u ħdimt, kien bis-saħħa tiegħi u mhux għax poġġewni għax kont involut fil- politika." 'Ġej minn familja Laburista' Samwel Azzopardi irrakonta kif hu ġej minn familja meqjusa bħala suldati tal-azzar tal-Partit Laburista, fejn qalilna kif in-nannu Anġlu kien imħajjar joħroġ għall-politika mill-Perit Mintoff għax kien jafu bħala perit meta nannuh kien għaddej tajjeb fil-bini mill-ġdid ta' Għawdex wara t-tiġrif tal-gwerra. Qal li nannuh, magħruf bħala 'Il- Bedeq' kien wieħed li bata l-effetti kollha tal-interdett. Irrakonta kif fl-1973 kienu ppruvaw jixtruh biex iwaqqa l-Gvern u m'aċċettax, "u mingħandu kont tgħallimt waħda, u bqajt inżommha meta qalli, 'oħroġ fil-politika jekk int konvint, tikkalkula qatt x'se ddaħħal mill- politika u lesti ruħek għal meta ma tibqax'. Jien ma ħriġtx għall-Kunsill Lokali biex nużah bħala pjattaforma għall-Parlament iżda biex nieħu deċiżjonijiet li mhux dejjem kienu popolari għall-ġid tar-Rabat. Qatt ma ħadt it-tirqi il-fazċli, għax forsi kieku kien ikun aħjar li noħroġ mal-Labour, għax tal- Bedeq huma leġġenda Laburista f 'Għawdex. 'Tgħallimt minn Fenech Adami' "Bniedem ieħor li tgħallimt minnu kien Eddie Fenech Adami li kien qalli, 'Jekk iġġib erba' voti, kun grat għal dawk l-erba' li vvutawlek, u jekk iġġib 400, kun grat għal dawk l-400. Jekk ma jtellgħukx, aċċetta r-rieda tal-poplu li ddeċieda għalik biex tibqa' d-dar, u jekk ittellgħuk tihom servizz'. Samwel temm billi qal li hu jixtieq jara lill-Partit tiegħu jerġa' jieħu s-saħħa li kellu meta beda jimmilita hu fih. Qal ukoll li l-eluf ta' Nazzjonalisti fl-aħħar elezzjoni ivvutaw Labour, mhux għax saru Laburisti. "Il-vot kien fuq Gvern sħiħ għax il-pakkett ta' Gonzi ma rnexxilux jattira lil dawk li kienu ġew antagonizzati. Joseph Muscat min-naħa l-oħra wera li hu strateġista kbir fejn kien kapaċi jgħolli lil Fenech Adami, biex l-imweġġgħin jaraw lil Gonzi fl-oskur anke jekk dan kien qed iġorr il- baggage ta' Fenech Adami. U kif jgħidu t-Taljani, 'il-papa morto é sempre il papa buono'. Wieħed irid jiftakar biss li wara li Churchill rebaħ il-gwerra, tilef l-elezzjoni, għax ma jfissirx li jekk int mexxej tajjeb fil- gwerra, int mexxej tajjeb fil-paċi." Il-partit iridni nikkontesta l-elezzjoni ġenerali iżda jien għadni mhux deċiż " Samuel Azzopardi "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016