Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Iż-żewġ Gvernijiet Libjani waqqfu l-kuntatti ma' Khaled Ibrahim wara allegazzjonijiet li seraqhom ....ikun ħafna fil-bini tal-ajruport jistenna lit-Tuneżini Tkompli minn paġna 1 IR-REFERENZI li kellu Khaled Ibrahim Ben Nasan għal permess ta' residenza kienu mingħand Joe Sammut, li jinsab fiċ-ċentru ta' skandlu dwar permessi ta' residenza u viżas. Apparti minn dan, l-istess Ben Nasan, kien imkeċċi milli jidħol fl-uffiċini ta' Identity Malta minħabba li l-preżenza kontinwa tiegħu bdiet toħloq suspetti, tant li Identity Malta għaddiet ismu lill-Pulizija f 'nofs is-sena li għaddiet biex tirraporta l-preżenza kontinwa tiegħu ma' nies differenti fil- post. Mill-informazzjoni li għandha l-ILLUM jirriżulta li apparti permessi ta' residenza li qatt ma ngħataw u r-rapporti minn Identity Malta, Khaled Ibrahim Ben Nasan kien jaħdem kemm mal-Gvernijiet ta' Tobruk kif ukoll ma' dak ta' Tripli, sakemm twaqqfu l-kuntatti kollha li kellhom miegħu wara li Ben Nasan affaċċja allegazzjonijiet mill-aktar serji ta' serq ta' fondi. Persuni li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif apparti li twaqqfulu l-kuntratti, huwa mifhum li Khaled qed ikun imfittex fil-Libja u qiegħed taħt l-għajn suspettuża tas-servizzi sigrieti Libjani. Anke jekk iż-żewġ Gvernijiet qatgħu l-kuntatti minn miegħu, huwa xorta jippreżenta business card li fuqha hemm miktub li jirrapreżenta lill- Ministeru tal-Intern Libjan bħala 'Special Deterrent Force', anke jekk fil-fatt la din il-gazzetta u lanqas is-sorsi li kellmuna ma jafu jekk din il-kariga hux minnha jew ivvintata. Minkejja li kellu kull applikazzjoni tas-Single Permit, jew l-applikazzjoni biex persuna minn pajjiż terz ikun jista' jsib impjieg miċħudin, Khaled ingħata protezzjoni umanitarja mill-Kummissjoni għar-Refuġjati f 'Jannar 2016. Intant, Neville Gafa' baqa' jiċħad kull allegazzjoni li qed issir fil-konfront tiegħu, l-aktar li ħa flus mill-għoti ta' viżas, biex bihom seta' jiffinanzja numru ta' assi personali. Il-Pulizija qalu li mhux se jipproċedu kontra Gafa' minħabba li ma sabux biżżejjed provi fil- konfront tiegħu. Din l-aħbar intlaqgħet b'oppożizzjoni mill-Partit Nazzjonalista li allega li ma tkomplewx l-investigazzjonijuet 'għax Gafa' huwa qrib Muscat'. Kien allegat li minn mindu l-iskema ta' viżas mediċi tħalliet f 'idejn Gafa', dan biddel l-istil ta' ħajja tiegħu u saħansitra xtara proprjetà fil-Mellieħa. Dan apparti li ġurnal lokali ħareġ konverżazzjonijiet bejn Khaled Ibrahim ben Nasan u Gafa', fejn dan tal-ewwel jitlob lil Gafa' biex itih lura l-flus li jlaħħqu mat-€38,000. Intant Gafa' baqa' jiċħad l-allegazzjonijiet, apparti li fetaħ libelli kontra The Malta Indepdendent u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. Gafa' qal ili hu xtara il-karozza tiegħu fl-2014, qabel ma ħarġu l-allegazzjonijiet. Fl-2015 kellu aċċident bil-karozza u kellu jbiddel il-karozza, li xtara permezz ta' self mill-bank li għadu qed iħallas. Fil-każ tal-proprjetà fil- Mellieħa, Gafa' fakkar li hu għandu appartament fil- lokalità, li qed iħallas permezz ta' self mill-bank fuq medda ta' 25 sena. Huwa qal li lest ikompli jikkopera mal-Pulizija fuq il-każ. Sadanittant f 'konferenza tal-aħbarijiet, Ivan Grech Mintoff, mill-Alleanza Bidla żvela kif Khaled kien mar għandu u wrieh provi oħrajn wara. Huwa qal li jekk joħorġu aktar provi dwar il-każ tal- viżas mediċi, il-kredibbiltà ta' pajjiżna tieħu daqqa 'l isfel. Grech Mintoff sostna kif apparti minn provi li diġà ħarġu fuq ċerti mezzi tax- xandir, huwa personalment ra provi oħrajn li huma pjuttost 'gravi' dwar dan il-każ. Il-gazzetta ILLUM, preżenti għall-konferenza, staqsiet lil Grech Mintoff ripetutament jekk huwa marx għand il-Pulizija bil-provi li qal li għandu jew li ra. Filwaqt li ċaħad li huwa għandu provi f 'idejh, u li kienu persuni Libjani li wrewh l-istess diskussjonijiet u voice recorders, huwa qal li ma marx għand il-Pulizija għalkemm kellu konoxxenza ta' rċevuti, filmati u chats fuq Viber. Mistoqsi minn l-ILLUM għalfejn ma marx għand il-Pulizija, Grech Mintoff qal li l-Libjan fil-fatt kien mar bil- provi diġà u li hu ma jixtieqx joħroġ din l-informazzjoni minħabba li "jekk jiġri dan, issir ħsara kbira lill-pajjiż u l-kredibbiltà tiegħu." Stqasejna lil Grech Mintoff jekk il-Pulizija, bil-provi li qed jgħid li ra, għandhomx biżżejjed informazzjoni biex jipproċedu kontra nies involuti. Ir-risposta ta' Grech Mintoff kienet fil-pożittiv, hekk kif qal ukoll li dak li ħareġ s'issa huwa biss 'the tip of the iceberg.' Din il-gazzetta staqsiet ukoll liema huma l-persuni involuti fil-każ skont l-istess provi li qed jgħid li ra mingħand xi persuni Libjani u jekk fosthom hemmx persuni mlaħħqin sew. Filwaqt li ma weġibx, huwa kkonferma biss li "fost dawk in-nies li rajt jien, hemm ħaddiema u persuni f 'diversi Ministeri.' Wara l-artiklu ppubblikat fuq is-sit illum.com.mt, il-Pulizija sejħu għal Grech Mintoff biex jaraw xi provi għandu li huma m'għandhomx, iżda hu ma riedx li jagħti informazzjoni minħabba li s-sit tal-gazzetta Maltatoday irrapporta l-fatt li kien imsejjaħ mill-Pulizija. Neville Gafa' jiċħad l-allegazzjonijiet ta' Khaled Ibrahim Ben Nasan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016