Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018
Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016| illum Aħbarijiet 3 Il-Kummissarju jipproponi bord li jevalwa l-fond tal-Korp ....imma jitlob lill-POU jwaqqfu d-direttivi Tkompli minn paġna 1 INTANT din il-gazzetta hija infurmata wkoll li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar talab lill-Police Officers Union (POU) biex iwaqqfu direttiva li għaddejja bħalissa mill-membri tal- union u li qed titlob biex ma jsirx ħlas fil-forma ta' miżata obbligatorja li jmur f 'dan il-fond. Mal-ILLUM, Camilleri fakkar li din il-miżura obbligatorja kienet ta' €13.98 kull tliet xhur għall-Pulizija u €21 għall-istess perjodu għall-Ispetturi. "Dan ifisser li kien hemm ftit iktar minn €1 miljun f 'dan il-fond, u f 'daqqa waħda, permezz ta' Mistoqsija Parlamentari nsiru nafu li hemm biss €8,000." Dawn il-flus kienu jmorru għall-festini u attivitajiet tal-Korp, attivitajiet tal- organizzati għall-membri tal-familja, ħlas lill-familja f 'każ ta' mewt tal-membru kif ukoll spejjeż oħrajn relatati. Ma' din il-gazzetta, Camilleri jispjega kif il- POU ma taqbilx mat-talba tal-Kummissarju, minkejja li spjega wkoll kif mal- Kummissarju Cutajar qed jaħdmu tajjeb ħafna u qablu li tal-anqas, jinħatar bord biex mil-lum 'il quddiem ikun evalwat u skrutinizzat l-operat tal-istess fond. Camilleri qal mal-ILLUM li anke jekk dan huwa pass pożittiv, il-POU tinsab reżoluta li tkompli titlob għall-informazzjoni kollha 'sakemm il-pulizija jkunu jafu fejn, jew għand min marru flushom.' Anke jekk l-investigazzjonijiet huma konklużi, jidher li Camilleri mhux se jkun sodisfatt biżżejjed bihom minħabba li dawn imorru lura għal tliet snin biss. 'Għalfejn l-investigazzjoni qed tmur lura għal tliet snin, minflok aktar. 'Għalfejn tliet snin biss? Għalfejn mhux qed jinvestigaw x'ġara minn dawn il-flus fl-aħħar 10 snin? Dawn fondi li ħallsu l-Pulizija. Mhux skandaluż li ħadd ma jaf fejn u għand minn marru dawn il-flus?" Intant, ma' din il-gazzetta Camilleri reġa' kkonferma li għaddejjin diskussjonijiet dwar il- kwistjoni tal- overtime bit- talba tal-POU tkun li l-Gvern għandu mqar iħallas €14-il miljun mill-€50 miljun dovuti fuq xogħol li sar lil hinn mill-ħinijiet stabbiliti. Dan wara li l-Pulizija ma kinux wasslu f 'kompormess mal-Gvern Nazzjonalista preċedenti. Il-UNHCR għadha mħassba dwar id- detenzjoni f 'Malta minn Ruben Anthony Xuereb FILWAQT li l-UNHCR laqgħet il-progress li ġabu magħhom it-tibdiliet fuq l-Att dwar l-Immigrazzjoni u r-Refuġjati f 'Malta, għad fadlilha xi tħassib dwar ċertu aspetti li skont huma, għadhom mhumiex ċari u li għadhom mhux konformi mal-prinċipji dwar id-detenzjoni, u għaldaqstant ikkontestat il-legalità tad-detenzjoni tat-tfal anke skont il- liġijiet ta' Malta stess. L-aktar aspett li l-UNHCR fadlilha tħassib dwaru, huwa dak tad-detenzjoni ta' minorenni fiċ-ċentri għall- ewwel akkoljenza (IRC) li hawn f 'Malta. F'dawn l-aħħar tliet snin, in-nuqqas ta' immigranti li waslu Malta bil-baħar u ż-żieda fin-numru ta' dawk li daħlu pajjiżna b'meżżi legali jew illegali oħrajn, wassal biex in-numru ta' detenzjonijiet naqas sostanzjalment. Meta kkumparat man- numru ta' 500 minorenni miżmuma fiċ-ċentri ta' detenzjoni li kien hawn f 'Malta fl-2013, u l-126 li kien hawn fl-2014, kien hemm biss 11-il minorenni miżmun waqt l-2015. Dawn il-11-il minorenni, inżammu biss fiċ-ċentru ta' detenzjoni mal-wasla tagħhom, iżda ġew meħlusa hekk kif l-età tagħhom kienet ivverifikata. Fil-fatt, kien dan il-Gvern li għadda leġiżlazzjoni li tistabbilixxi li t-tfal tal- immigranti ma' setgħux jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni. Dan sar wara li l-UNHCR talbet tibdil fuq l-Att dwar l-immigrazzjoni u r-Refuġjati, fejn minn wara Diċembru tal-2015, ġiet projbita d-detenzjoni ta' tfal u tneħħa r-rekwiżit li persuni li jidħlu Malta irregolarment jinżammu taħt detenzjoni. Fir-rigward taċ-ċentri għall-ewwel akkoljenza, il-UNHCR laħqet ftehim mal-awtoritajiet Maltin li ggarantew il-preżenza tal- UNHCR fiċ-ċentri, bl-iskop li tipprovdi informazzjoni, u fejn ikun bżonn toffri suġġerimenti dwar l-immaniġġjar taċ-ċentri. Il-pjan nazzjonali għal azzjoni (NAP) sar mill- UNHCR b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, flimkien ma' numru ta' NGOs lokali. Hekk kif il-pjan beda jitħaddan, UNHCR Malta għamlet l-osservazzjonjiet tagħha, li wasslu biex jiġu implementati l-proċeduri l-ġodda li bihom, issa qed jiġu salvagwardajati aktar id-drittijiet tat- tfal, flimkien ma' aċċess għal parir legali bla ħlas, aċċess għad-detenuti minn familjari u membri ta' NGOs u t-tneħħija ta' kull restrizzjoni li l-UNHCR kellha biex ikollha aċċess għad-detenuti. Bejn l-2014 u l-2015, il- UNHCR infatti għamlet 69 żjara ta' monitoraġġ fiċ- ċentri ta' detenzjoni li bis- saħħa tagħhom il-UNHCR ħarġet numru ta' rapporti li fihom dejjem aġġornat il-lista ta' kwistjonijiet li kien jinħtiġilhom xi tibdil u li fil-fatt, anke wasslu għan-nuqqas sostanzjali fin-numru ta' persuni, speċjalment minorenni, miżmuma fiċ-ċentri ta' detenzjoni. Il-UNHCR sodisfatta iżda xorta ftit imħassba