Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Intervista 12 'Il-proġett ta' Barts hu ta' I s-sindku tal-kapitali Għawdxija, l-avukat Samwel Azzopardi hu persuna b'ideat progressivi għal Għawdex u għall- politika Għawdxija, fejn forsi l-aktar sentenza qawwija li ħarġet f 'din l-intervista kienet meta qalilna, "Ma niddejjaqx ngħid li jekk il-proġett ta' Barts isir kif hu mwiegħed li ħa jsir, dak se jkun ta' ġid għal Għawdex. Għidtha fil-bidu, u nerġa' ngħidha. Għandna bżonn proġetti bħal dan f 'Għawdex." Samwel kompla jgħid li jixtieq jara bidla fil-politika Għawdxija li tara lill-Għawdex biss bħala post turistiku u l-ekonomija trid tiġi biss mit-turiżmu. "It-turiżmu hu staġjonali madwar id-dinja kollha, u qatt ma jista' jkun l-industrija primarja li ġġib it-tiġdid ekonomiku f 'Għawdex. Barra minn hekk, Għawdex m'għandux supply għal turiżmu tal-massa, għalhekk irridu mmorru għal turiżmu ta' kwalità. U biex isir dan, irid ikun hemm sistema transversarja, billi jekk jien lukandier u għandi lukanda ta' ħames stilel, nagħti servizz ta' ħames stilel u mhux ta' tlieta. Irridu wkoll li l-istat jgħin biex nilħqu dan it-tragward. L-imprenditur Għawdxi, meta ngħata ċ-ċans, mexa. U l-Gvern Malti jrid joħloq injezzjoni 'tailor made' għal Għawdex. Nemmen li għandu jsir villaġġ tan-negozju fejn hemm iż-żona industrijali tax-Xewkija li llum fiha hemm baħħ. Villaġġ li jkollu kollox: sistema mill- aqwa ta' dawl, uffiċini, internet u li tħajjar investituri kbar bħal fis-settur finanzjarju, li dawn jaħdmu billi jkollhom indirizz importanti. Għalhekk, dawn ifittxu postijiet f 'Tas-Sliema u l-Belt, għax l-indirizz magħruf, u hekk għandu jkun Għawdex. Iżda hemm bżonn server ta' internet f 'Għawdex u mhux noqogħdu nittamaw fil- cables u l-fibre optic. Kulħadd jaf li s-sistema 'special purpose vehicle' f 'Malta qed tiġġenera l-flus u jekk din issir f 'Għawdex, l-investitur Għawdxi jaħtafha. Għawdex irid ikollu l-istess politika ta' Malta u mhux estensjoni ta' Malta. Li jiġi deċiż għal Malta, jgħodd għal Għawdex. 'Il-mina ma ssalvax kollox' "Anke dan id-diskors tal-'brain drain', irid jinqata' darba għal dejjem għax din kienet, għadha u tibqa' teżisti. Fil-qasam tal- ġudikatura ilu li kellna brain drain minn żmien Sir Arturo Mercieca, Sir Luigi Camilleri, l-Imħallef Cremona, Sir Adrian Dingli, li kollha telqu Malta. Lanqas nistgħu noħolmu li jekk issir mina, tieqaf il-brain drain. Il-mina tgħin, iżda mhux se twaqqaf liż-żgħażagħ milli jitilqu lejn Malta jekk ma jkunx hawn investiment qawwi f 'Għawdex. L-istorja wara l-inċident bil- karozza Iżda Samwel Azzopardi, dan l-aħħar kien fuq fomm kulħadd u fuq il-media kollha meta nstab ħati mill-Qorti li saq taħt influwenza tax-xorb għax ma riedx joqgħod għal breathalyser test u weħel €2,000 u sitt xhur sospensjoni tal- liċenzja tal-karozza. Fl-istess waqt, hu kien irriżenja minn sindku u l-kap tal-oppożizzjoni reġa' talbu li jieħu postu lura wara s-sentenza. Deċiżjoni li qajmet ftit għagħa u dwar dan is-sindku tar-Rabat, qalli li hu lest jirrakonta l-fatti kollha, anke jekk skont hu qatt ma ddejjaq jirrispondi lill-ebda ġurnalist li ċempillu u talbu l-verżjoni tiegħu. Iżda qalli wkoll li l-ewwel intervista li ta wara l-inċident, hi din ta' fuq ILLUM. "Kont mistieden tieġ ir-Rabat Malta u wasalt hemm f 'xi l-10:30 ta' filgħaxija. Qattajt madwar tliet kwarti, u tlaqt għax ridt nilħaq il-vapur ta' 12:20am. M'iniex xi ħamallu li mmur tieġ u nintefa' mal-bar nixrob drink wara l-ieħor, iżda xrobt normali. Fil-fatt, dawk li kienu miegħi telgħu jixhdu fil- Qorti x'ħadt u ma ħadtx. Barra minn hekk, li kieku kont xurban jien għandi post Malta u stajt mort norqod hemm u jwassluni. Soqt mir-Rabat saċ-Ċirkewwa, tlajt fuq il-vapur, u minn hemm tlaqt lejn in-Nadur u f 'xi s-siegħa nieqes ħamsa saret il-ħabta. Kienet l-ewwel ħabta tiegħi f 'ħajti u xxukkjajt ruħi. Ma stajtx niċċaqlaq mill-karozza u mhux għax weġġajt, iżda kelli xokk kbir fuqi. Nofs siegħa wara, ġew il-pulizija u jien taħt xokk qawwi rrifjutajt li nieħu l-breathalyser test. Kelli dritt legali li nagħmel dan, iżda llum inħoss li żbaljajt, għax jiena sindku u persuna pubblika u għalhekk kelli noqgħod għat-test." Tlabtu jgħidilna jekk kienx Simon Busuttil li talbu jirriżenja, u Azzopardi qal li kien hu li ddeċieda li jirriżenja filgħodu stess, u Simon aċċettaha mill-ewwel. "Ma ridt inġib lil ħadd dahru mal-ħajt, anzi ridt nirriżenja anke mill-Kunsill, iżda l-Partit ħass li għandi nibqa' kunsillier u fil-kunsill reġjonali. Il-partit kien ċar li kelli niddeċiedi jien nerġax nieħu l-kariga skont is- sentenza li toħroġ." Fil-fatt, is-sindku Rabti qal li l-Qorti assumiet li la hu ma riedx joqgħod għat-test, kien taħt l-effett tax-xorb. "Għax meta tirrifjuta l-breathalyser test trid tipprova r-raġuni għaliex ma qgħadtx għalih. Il-fatt hu li jien kont taħt xokk, iżda dak nafu jien u ma stajtx nippruvah. Stajt nappella iżda m'appellajtx u aċċettajt is-sentenza." "Kif ħarġet is-sentenza, iltqajt ma' Simon Busuttil ftit sigħat wara u ħass li jien għandi nerġa' nieħu l-kariga ta' sindku. Jien kont lest li noqgħod għal kull deċiżjoni tal- Partit. Għalkemm inħoss li l-PN kien joħroġ ħafna aħjar li kieku għażel li nibqa' barra, u ta' dan nirrikonoxxih ħafna. Kulħadd qal li kont raġel meta rriżenjajt, iżda mhux kulħadd qabel li nerġa' nkun sindku, fosthom esponenti fil- media." Azzopardi qal ukoll li l-viċi sindku ddejjaq li qgħad sindku għal xahrejn biss, fejn ammetta li anke hu kien iħossu ftit diżappuntat li ġrat lilu, "iżda hu kien jaf li jien stajt nirritorna u nirringrazzjah u nammirah li aċċetta l-kariga sa ma jien ma kontx hemm." Samwel Azzopardi jaħdem fis- settur finanzjarju u qalli li jekk hawn min jaħseb li hu qiegħed fil-kariga ta' sindku għall-flus, hu żbaljat għax kemm ilu sindku, qed jaħdem erbat ijiem fil-ġimgħa, u tilef 20% mis-salarju, "li jġib iżjed mill-onorarja ta' sindku." Refalo inġurjani bil-kbir Sadanittant, Samwel Azzopardi fetaħ libell lill-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo dwar dan il-każ. "M'għamilt libell lill- ebda ġurnalist, lanqas lil dawk il-ġurnalisti li kitbu li ammettejt li soqt taħt l-influwenza tal-alkoħol, avolja mhux vera. Jien ammettejt biss li ma ridtx nieħu l-breathalyser test. Iżda ħassejt li għandi niftaħ libell lill-Ministru Anton Refalo għax hu ħass li joħroġ stqarrija fejn qal li jien kont qed insuq taħt sustanzi projbiti. Jidher li hu ħareġ l-istqarrija għax il-Kap tal-Oppożizzjoni, fl-istess żmien kien talab ir-riżenja tiegħu dwar il-każ tiegħu li kien ħabat b'karozza mingħajr assigurazzjoni. Jien ma kellix x'naqsam ma' dak li qal il-kap tal-partit dwaru, iżda hu dehrlu li kellu jattakka l-każ tiegħi. Jien meta rriżenjajt ma kontx naf li kien hemm il-każ ta' Refalo, u lanqas irriżenjajt biex nidher sabiħ u nitfa pressjoni fuqu biex jagħmel l-istess. Ippostja l-istqarrija fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, u fost dawk li għaddew il-kummenti kien hemm min staqsa xi tfisser sustanzi projbiti, u kien hemm min wieġeb li kont taħt l-effett tad-droga. Kont ktibt lil Anton Refalo biex ineħħi l-post iżda hu ħalliha hemm u ma rtirahiex, u b'hekk għamiltlu l-libell." Samwel Azzopardi kompla jgħid li din kienet inġurja kbira għalih għax hu voluntier favur id- dipendenti tad-droga u ilu jagħmel dan ix-xogħol mingħajr daqq ta' trombi għal snin sħaħ. "Anton ma kkritikanix għax irriżenjajt u erġajt aċċettajt li nieħu l-kariga għax kieku kont naċċedtta l-kritika dwar il-ħajja pubblika tiegħi, iżda hu kkritika l-ħajja personali tiegħi, u dik ma naċċettaha qatt." 'Il-PN tilef ħafna f 'Għawdex' Staqsejt lil Samwel kif jara lill- Partit Nazzjonalista f 'Għawdex illum, u hu qal li l-Partit għandu bżonn jerġa' jkun il-Partit tal- John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Żbaljajt...bħala sindku kelli noqgħod għat-test " " Għawdex mhu ċens tal-ebda partit u ż-żewġ partiti jdejquni li qabel l-elezzjoni jdendlulna xi karrotta " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016