Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Imħabba: Għalkemm qiegħda f'sitwazzjoni ta' riflessjoni dwar ir-relazzjoni tiegħek, trid tuża moħħok u mhux qalbek dwar id-deċiżjoni li se tieħu. Ambizzjoni: Għalkemm int persuna motivata, tagħmilx tibdil li m'hemmx għalfejn tagħmlu. Jekk tħossok tajjeb kif int, żomm ma' dak li hemm. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru jaf ikun xi ftit iebes, però int taf tagħraf tmur għal dak li ġej. Determinat, agħraf biss dak li tħoss int. Libra hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 23 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Imħabba: Fażi delikata minħabba li għadek trid tara kif tista' ttejjeb ir-relazzjoni tiegħek mill-pressjoni ta' madwarek. Irrifletti sew! Ambizzjoni: Saħħaħ dak li int għandek madwarek. Tidħolx għal piż li ma tkunx tista' tlaħħaq miegħu. Imxi ma' dak li tiflaħ. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se joffrilek sfida fejn int se jkollok tieħu deċiżjoni, però itlob li tingħata żmien ta' riflessjoni. Scorpio hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 26 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Imħabba: Jekk int se twebbes rasek, m'int se ġġib xejn tajjeb. Trid tibbilanċja ftit, imma prova ifhem dak li qed tħoss f'qalbek. Ambizzjoni: Proposta li ilek taħseb dwarha, wasal iż-żmien li tibda twettaqha. Issa huwa l-mument għal dan. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun xahar fejn int trid tibni spazju għalik. Trid tara kid se tagħti ftit ħin iktar għalik. Sagittarius hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 19, 22 u 38. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Imħabba: Esperjenza tal-passat se terġa' titqanqal, imma dan mhux se jkun tajjeb meta int qed terġa' tibni mill-ġdid. Irrifletti. Ambizzjoni: Ma tistax tqabbel lil kulħadd f'keffa waħda. Ħadd mhuwa perfett. Tħarisx lejn il-perfezz- joni għax m'intix se ssibha. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru għandu jkun dak ix-xahar fejn int terġa' tibda tingrana fil-karriera jew xogħol li tagħmel. Ikkonċentra aktar. Capricorn hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 16, 28 u 31. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Imħabba: Sfida tal-passat trid tagħraf toħroġ min- nha rebbieħ. Għandek l-abbiltà kollha sabiex int tagħraf takkwista dan. Kun paċenzjuż. Ambizzjoni: Ix-xewqa li proġett li int investejt fih, trid tarah jikber, trid tagħraf tmexxih aktar u tressqu 'l quddiem. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun xahar fejn tagħraf tikber fil- karriera tiegħek imma fih memorja li se tkun iebsa għalik iżżomm kawt. Aquarius hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Imħabba: Riflessjoni ta' deċiżjoni qiegħda dejjem tersaq lejk. Għalkemm int qiegħed iżżomm kemm tista' lura, il-mument ta' deċiżjoni dejjem riesaq. Ambizzjoni: Bidla li tixtieq twettaq, trid tagħraf tagħmilha fil-mument ġust. Però ma tridx tibqa'. Int għandek dritt f'dak li int int. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru jaf ikun ix-xahar fejn int timtela' b'dak il-kuraġġ li tant għandek bżonn ġewwa fik. Pisces hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 19, 27 u 34. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Imħabba: Trid tagħraf li għandek responsabbiltà ta' dak li ġej. Kun ta' bilanċ issa li ġejja din ir-resposab- biltà fuqek. Ambizzjoni: Parir li se tirċievi, ara kif timxi miegħu. Ipprova imxi ma' dak li int ġejt iggwidat fih. Mhux żmien li tbiddel. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun xahar ta' sfida ġdida għalik. Agħraf agħmel dak kollu li tista' b'għaqal. Aries hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 23 u 35. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Imħabba: Aspett tajjeb li int qed tikkonċentra dwar ir-relazzjoni tiegħek u hekk, issaħħaħ l-għaqda ta' bejnietkom. Ambizzjoni: Ħsieb dwar xiri ta' dar, jaf ikun tajjeb imma il-parir huwa li ma tmurx għall-ewwel dar li ssib u tgħaġġilx fid- deċiżjoni. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru sejjer joffrilek opportunità fil-karriera tiegħek, din tiftaħlek kapitlu għall-futur. Taurus hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 16, 24 u 35. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Imħabba: Għalkemm tinsab xi ftit bejn ħalltejn, tajjeb li tħares 'il quddiem, u mhux tibqa' mwaħħal mal-passat. Ambizzjoni: Ħsieb ta' xi tibdil ġewwa fik, jidtgħu jkunu ftit ambizzjużi, imma jekk int tħossok komdu f'dan, imxi f'dak li tħoss. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun il-bidu tal-aħħar kwart tas- sena fejn int tkompli ssaħħaħ it-tkabbir ta' madwarek. Gemini hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 27 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Imħabba: Ostaklu li nqala' dan l-aħħar mhux se jawgura tajjeb. Jekk int ma tgħarafx sew dak li vera hemm. Ambizzjoni: Kull bidla li tiġi, fiha sagrifiċċji tagħha. Int kun tajjeb min-naħa tiegħek sabiex tagħti prova ta' dan. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun il-pedament għall-dak li ġej. Ibni fis-sod ħalli tilqa' aktar. Cancer hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 23 u 32. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Imġabba: Kull bidla fiha ż-żmien tagħha. Tisten- niex li l-affarijiet se jinbidlu mil-lum għal għada. Agħti ċans. Ambizzjoni: Tajjeb li int tibda tagħraf aktar x'inhu l- vera bżonn ta' madwarek. Hekk tagħraf aktar lilek. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun dak ix-xahar fejn int tista' tibda tħares 'il quddiem b'aktar pożittività Leo hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 17, 21 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Imħabba: Ostakli li dan l-aħħar bdew ħerġin fir- relazzjoni tiegħek, mhux 'il bogħod li ssib tarfhom. Ambizzjoni: Li tibda tagħraf aktar il-ħbieb ta' mad- warek, ikun tajjeb sabiex int tkun taf aktar fejn int qiegħed. Tbassir: Ix-xahar ta' Settembru se jkun ta' opportunità għalik sabiex biżgħa li kellek tiġi megħluba, u b'hekk tgħaraf aktar. Virgo hija l-istilla li int tajjeb li mingħandha titlob għajnuna ta' gwida. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 29 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? X'qalulna l-qarrejja... " " Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil Paul jon fuq l-email pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600 Naomi Sladden minn San Pawl il-Bahar: PaulJon għandek paġna tal-ġenn. Inkun qed nistennieha kull nhar ta' Ħadd. Oroskopju ferm interessanti u ferm dettaljat. Proset mill-qalb. Anette Vassallo minn San Ġiljan: Jien qatt ma kont xtrajt din il-gazzetta, imma minn mindu ħabiba tiegħi qaltli bil-paġna tiegħek, sirt nixtriha u verament għandek oroskopju ta' vera. Proset ħafna. Romina Sammut minn Raħal Ġdid: Ma nafx kif jirnexxilek tkun tant preċiż. Jien naqra ħafna oroskopji, imma tiegħek ma nafx kif imma hemm xi ħaġa differenti fih. Nammirak ħafna, proset. Lydia Farrugia minn Marsascala: Sinċerament ħsibt li tiegħek hu oroskopju komuni, imma kont żbaljata. L-oroskopju tiegħek huwa ferm interessanti. Tħallini bla kliem. Caroline Bonnici minn Nadur Għawdex: Nhar ta' Ħadd, dejjem inkun mal-ħbieb sabiex ninġabru għall-paġna ferm interessanti tiegħek. Jien nammira fik ir-rakkonti li tikteb għax vera fihom x'taħseb. Awguri. Shanelle Galea mis- Sannat Għawdex: Jien qatt ma kont naqra dwar l-oroskopju, imma ħabiba tiegħi tatni l-paġna tiegħek, u minn dakinhar, ma tliftx kopja. Nammirak u proset. Suzanne Azzopardi mir- Rabat Malta: PaulJon, jien ma nafx kif tagħmlu, imma għandek tkun kburi li għandek oroskopju tajjeb ħafna. Naħseb li hu l-aħjar oroskopju f 'Malta, huwa dettaljat immens. Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016