Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 | illum Għawdex 15 l-Pjazza l-Ħamra pubbliku. Dan ix-xogħol kollu serva biex tissebbaħ waħda mill-isbaħ pjazez li hemm f 'Għawdex. Ta' min jgħid li din il-pjazza hi t-tieni l-iktar pjazza li fiha jsiru attivitajiet f 'Malta u Għawdex. Il-proġett kollu ġie jiswa madwar €720,000 li minnhom €232,458 tħallsu mill-fondi Ewropej li ġab l-istess Kunsill billi applika mill-fondi 'Leader' li bihom tħallsu l-pavimentar, l-għamara tal-pjazza u l-culverts. Il-kumplament tħallas mill-Ministeru għal Għawdex fejn kien anke sar ftehim mal-Ministeru għal Għawdex (Eko-Gozo) li l-Ministeru jħallas għall- ispejjeż tal-materjal involut fil-proġett taz-zuntier, għall- valur ta' €106,820. Nhar it-Tlieta li ġej fit-8.30 p.m. se jsir il-ftuħ uffiċċjali tal-Pjazza l-Ħamra. €50 miljun fi proġetti L-INVESTIMENT għal proġetti li jsebbħu lill- Għawdex għal din il- leġislatura se tkun ta' €50 miljun. Uħud minn dawn il-proġetti qegħdin f 'fażi avvanzata, oħrajn tlestew fil-ġimgħat li għaddew, filwaqt li oħrajn waslu biex jibdew. • Proġetti li barra t-tisbiħ jistgħu wkoll joħolqu anke impjiegi ġodda bħal fil- każ tad-Dar tal-Anzjani f 'Għajnsielem li għaddej b'ritmu mgħaġġel. Dan il-proġett b'investiment ta' €6 miljun mistenni joħloq impjiegi ġodda fil-kura tal- anzjani. Id-dar se jkollha 70 kamra bi twin beds u b'kollox se tkun tista' takkommoda 140 anzjan. • Intefqu wkoll €2 miljun biex saru servizzi u kisi ta' tarmak f '10 kilometri ta' toroq minn Ħondoq ir- Rummien sa ta' Ċenċ. • €16-il miljun fiż-żona Industrijali tax-Xewkija, fis- siti magħrufa bħala l-Ħofra u l-eks MDP. Dan ħuwa proġett li se joħloq il-possibbiltà li madwar 25 intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jkunu jistgħu joperaw minn dawn iż-żewġ siti. Sit minnhom se jakkomoda 15-il kumpanija tal-manifattura jew servizzi tradizzjonali, filwaqt li s-sit l-ieħor maħsub għall-SMEs li ħuma bbażati fuq servizzi ta' IT, riċerka u żvilupp. • Il-bini tal-qorti l-ġdid fir- Rabat li se jinkludi parkeġġ għal madwar 400 karozza. Proġett li hu stmat li se jiswa €5 miljuni. • Il-Mużew t'Għawdex, hu proġett li ser jiswa madwar €5 miljun u se jiġbor fih l-istorja ta' Għawdex. San Franġisk. Fil-fatt ir-riġenerazzjoni ta' din l-istess Pjazza se tkun it- tielet u l-aħħar fażi ta' dan il-proġett. Din l-estensjoni se tagħti dimensjoni oħra lill-Pjazza San Franġisk kif ukoll l-arkittetura li fiha din l-istess pjazza. Fl-istess waqt, minn dan l-ispazju li se jinħoloq, wieħed se jkun jista' jgawdi veduti mill-isbaħ taċ-Cittadella u għalhekk se jkun parti minn ħolqa ta' proġetti li għandhom il-ħsieb li jippromwovu aktar it-turiżmu fir-Rabat t'Għawdex. Se titneħħa wkoll il- funtana li hemm fin-nofs, u flokha ġej monument ġdid li se jieħu n-nofs tal-Pjazza. L-istatwa barokka ta' San Franġisk se tkun maħduma mill-artist żagħżugħ Manwel Farrugia. Il-Pjazza l-Ħamra tax-Xagħra Tisbiħ għal Pjazza San Franġisk: State of the art Il-pjanta tal-proġett tal-pjazza ta' San Franġisk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016