Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil IX-XAGĦRA, barra li tiftaħar bl-eqdem tempju fid-dinja (Il-Ġgantija) issa tista' tiftaħar ukoll li għandha l-uniku pjazza ħamra fil-gżejjer Maltin meta fir-restawr li għadu kif sar fil-pjazza, li sewa tliet kwarti ta' miljun ewro, ġie deċiż li jsir tarmak aħmar. Tarmak li jsebbaħ mħux ftit lil din il-pjazza u li jagħtiha dehra reali. Fil-fatt, barra l-Pjazza l-Ħamra ta' Moska dan it-tarmak aħmar ifakkarni ħafna fit-triq The Mall ta' Londra li twassal għal Buckingham Palace u r-Royal Mile f 'Edinburgh l-Iskozja li wkoll twasslek għal palazz tar-Reġina fl- Iskozja. Fil-fatt, dan it-tarmak kien deċiż li jsir aħmar flok madum tat-terracotta għax minħabba l-fatt li jgħaddu ħafna karozzi minn hemm, dan il-madum jista' jsirlu aktar ħsara u l-aħmar imqabbel mal-griż tal-ġnub jgħin ukoll lix-xufiera li jkunu jafu li jsuqu fejn hemm l-aħmar. Kien hemm żewġ għażliet jew tarmak griż inkella aħmar u l-Kunsill tax- Xagħra għażel l-aħmar, anke jekk sewa aktar, "ħalli nuru l-klassi tal-pjazza tagħna," qalilna s-sindku Joe Cordina bi tbissima. Iżda fil-pjazza tax-Xagħra, ma sarx biss it-tarmak aħmar, iżda l-pjazza ingħatat litteralment wiċċ ġdid, biz- zuntier tal-knisja b'kollox. Kien ilu jinħass il-bżonn li z-zuntier tal-Knisja jiġi restawrat u rranġat. Ix- xogħlijiet bdew bit-tneħħija tas-sistema antika tad-dawl, u t-tneħħija taż-żewġ statwi fid-daħla taz-zuntier, li ttieħdu għar-restawr. Ġie mneħħi l-madum tas- siment li kien jiksi z-zuntier u l-materjal ta' taħtu, u saret sodda tal-konkrit u waterproofing membrane biex tevita problemi ta' umdità. Iz-zuntier ġie miksi b'madum travertin, f 'żewġ kuluri biex ġie ffurmat tapit li jwassal għall-bieb prinċipali tal-Knisja. It-taraġ, li kien ukoll tas-siment, gie mneħħi u reġa' ġie ffurmat bit-travertin. Il-balavostri li kienu tas-siment, flimkien mas- soprabank u l-pilastri li kienu fi stat ħażin ġew maħduma ġodda fil-ġebla Maltija. Reġgħu saru fanali ġodda fuq kull pilastru. Dawn kienu hemm fl-antik imma kienu tneħħew, u reġgħu ġew maħduma kopji eżatta tal- antiki. Ġie restawrat il-ħajt taz-zuntier u s-sottobank li kienu miksija bis-siment, tnaddfu u tkaħħlu mill- ġdid. Fl-aħħar nett, reġgħu tpoġġew f 'posthom l-istatwi restawrati. Il-proġett kien wieħed ħolistiku li kellu l-għan ewlieni li jtejjeb l-infrastruttura ġewwa ċ-ċentru tax-Xagħra kif ukoll iservi biex itejjeb il-prodott turistiku f 'dan il-lokal. Il-proġett kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid ta' vjal it-Tmienja ta' Settembru, bdil ta' mains u servizzi tal-ilma, pavimentar tal- porfido fil-pjazza nnifisha, kisi b'asfalt kulur terracotta li jikkumplimenta l-assi tal-pjazza nnifisha. Barra minn hekk, ġie mibni culvert madwar il-pjazza biex ikunu jistgħu jitneħħew il-cables li hemm mal-faċċati tal-bini fil-pjazza nnifisha u b'hekk tingħata prominenza lill- faċċati tal-bini. Waqt ix-xogħlijiet, inkixfu numru ta' entraturi li jagħtu għal xelters ta' żmien it- Tieni Gwerra Dinjija. Dawn l-entraturi ġew integrati fid-disinn biex 'il quddiem ikunu jistgħu jinfetħu għall- illum | Il-Ħadd 28 ta' Awwissu 2016 Għawdex 14 €50 miljun fi proġetti ta' tisbiħ f'Għawdex Issa Għawdex għandu l-Pjazza • Il-Kunsill u l-Ministeru jirregalaw lix-Xagħrin waħda mill-isbaħ pjazez • Pjazza li swiet tliet kwarti ta' miljun ewro Issa jmiss Pjazza San Franġisk GĦAWDEX se jkompli jissebbaħ. Wara l-proġett taż-Żewwieqa, iċ- Ċittadella u l-pjazza tax-Xagħra, issa jmiss Pjazza San Franġisk. Il- pjazza li fiha jrid imur kull min irid jinqeda minn xi dipartiment tal- Gvern billi fiha hemm il-Ministeru għal Għawdex li jinkorpora fih kull dipartiment tal-gvern. Dawk kollha li jitilgħu f 'din il-pjazza iridu jgħaddu minn speċi ta' lembut, li biex jaqsam qed jitwaqqaf it-traffiku kollu li jgħaddi minn din il-pjazza (li mhux ftit), u dan il-proġett għandu jgħin fin-nuqqas ta' traffiku u fl-istess waqt, it-tisbiħ tal-istess pjazza. Infatti, sal-lum għal dawk li jkunu jridu jinzlu bil- mixi, l-uniku aċċess minn Pjazza San Franġisk għall- parkeġġ u l-venda hija Triq taħt Putrijal, li apparti li hija triq traffikuża, hija dejqa ħafna. Minn din it-triq, jitilgħu l-karozzi privati u f 'waqtiet jinżlu l-karozzi tal-linja għall- venda, li jkunu ġejjin minn diversi lokalitajiet, fosthom ix-Xlendi, is- Sannat u l-Munxar. Bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-proġett li eventwalment għandu jwassal biex jinbena taraġ u lift li se jgħaqqdu lill- Pjazza San Franġisk, waħda mill-pjazez ewelnin tal-Belt Victoria, ma' Triq Salvatore Psaila, il-venda tal-karozzi tal-linja u l-parkeġġ prinċipali tal-lokalità. Is-sit fejn se jinbena dan it-taraġ kien proprjetà tal-Franġiskani u għalhekk kellha titħallas somma tajba għall-esproprjazzjoni tal-art. Sadattant beda t-tħammil u beda anke jitpoġġa l-pedament. Dan il-proġett ħuwa stmat li se jiġi jiswa mat-€3 miljun fejn il-kostruzzjoni tat-taraġ u tal-lift huma fażi waħda minn dan il-proġett. Infatti, eżatt fejn it-taraġ se tinbena struttura li se tkun tinkorpora bini ta' sala li se tinkludi esebizzjonijiet artistiċi u uffiċċju ta' informazzjoni għat-turisti. Apparti minn hekk, dan il-progett se jkun ukoll estensjoni ta' Pjazza • Proġett li se jiswa €3 miljuni • Taraġ maestuż mill-parkeġġ sal-pjazza tal-Ministeru • San Franġisk flok il-funtana Tisbiħ għal Pjazza San Franġisk: State of the art

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016