Illum previous editions

ILLUM 28 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/720018

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 515 • 28 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Giancarlo Abete Ara paġni 34 u 35 Konkluża l-investigazzjoni dwar il-fond tal-Korp minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li l-investigazzjonijiet dwar akkużi ta' flus li ttieħdu mill- fond tal-Korp tal- Pulizija, għad- detriment tal-membri kollha li huma obbligati jitfgħu mid- dħul tagħhom fih, jinsabu konklużi. Ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijet issa jinsabu wkoll quddiem is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall- Intern u Sigurtà Nazzjonali. L-investigazzjoni mmexxija mid-Dipartiment tal-Awditjar u Investigazzjoni Interna (IAID) inbdiet wara li l-Police Officers Union (POU) immexxija mill-Ispettur Sandro Camilleri, kienu staqsew kif f 'fond li fih kull membru jitfa' €14 u kull Spettur jitfa' €21 kull tliet xhur u li ilu jopera mill- 1919, kien għad fadallu biss €8,000. Tkompli f 'paġna 3 KOKAINA Iddestinata għall-marċ tal-festa Parti mill-15 Kg kokaina maqbudin f 'Mercedes kienet se tinbiegħ matul il-festa t'Għajnsielem iċċelebrata din il-ġimgħa SORSI qrib il-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM qalu li parti sostanzjali mill-15kg ta' droga maqbudin fil- Mercedes tal-Għawdxi Joseph Rodney Grima, kienu destinati lejn il- famużi parties kbar li jiġu organizzati f 'Għajnsielem matul din il-ġimgħa tal- festa. Grima nnifsu, iben il-kuntrattur Għawdxi magħruf bħala 'l-Ġiegu', huwa mill-istess lokalità. Minkejja li l-ammont kbir maqbud ifisser li parti mill-kokaina kienet se tinbiegħ lit-traffikanti wkoll, is-sorsi tagħna spjegaw kif iż-żmien li fih kienet dieħla l-kokaina, "kien maħdum bizzilla biex jaqdi d-domanda li jkun hemm għal din id- droga rikreattiva u li qed issir popolari sew matul marċi u parties bħal dawk f 'Għajnsielem." Filwaqt li aċċertawna li dan il-fenomenu mhux marbut ma' Għajnsielem biss imma huwa realtà fil-festi kollha, is-sorsi tal-ILLUM qrib il-Korp sostnew li dik t'Għajnsielem hija l-aktar festa li fiha jkun ikkunsmat xorb u jsiru parties f 'Għawdex, bil- konsegwenza li tiżdied id-domanda għall-kokaina. Fil-fatt, l-ILLUM hija infurmata wkoll li wara l-qabda, din is-sena l-provvista tal-kokaina fil- marċ (jew dimostrazzjoni) tal-Ġimgħa kienet iktar skarsa, hekk kif kien hemm prekawzjonijiet partikolari. Joseph Rodney Grima ta' 23 sena, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €20,000 u garanzija personali ta' €50,000 wara li kien akkużat li importa u kellu fil-pussess tiegħu 15kg kokaina. L-Avukat Ġenerali mistenni jappella mid-deċiżjoni li ta l-Maġistrat Antonio Micallef Trigona. Tkompli f 'paġna 4 Ċaħdulu l-applikazzjoni darbtejn, tkeċċa minn Identity Malta u akkużat b'serq ta' fondi minn Albert Gauci Cunningham KHALED Ibrahim Ben Nasan, is-Sirjan b'passaport Libjan li qed jakkuża lil Neville Gafa' li rċieva flus b'mod illeċtu mill-għoti ta' viżas mediċi, kellu l-applikazzjoni tiegħu ta' residenza miċħuda għal darba darbtejn, kemm mis-Servizzi tas-Sigurtà kif ukoll mill-Pulizija tal- Immigrazzjoni. Fil-fatt, l-ILLUM tista' tiżvela kif fl-aħħar tal- 2015 Khaled Ibrahim Ben Nasan, ġie rifjutat is-Single Permit u eventwalment f 'Jannar tal-2016 ġie rifjutat permess ta' residenza. Fiż- żewġ każijiet Ben Nasan, magħruf ukoll bħala 'ta' għajn waħda' ġie rifjutat minħabba 'informazzjoni mhux affidabbli' mal- applikazzjoni tiegħu għar-residenza, wara li m'għaddiex minn 'security checks', li saru mill-Pulizija u mis-Servizzi Sigrieti. Tkompli f 'paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 August 2016