Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 521 • 9 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Christian Maldini Ara paġni 34 u 35 'Bdejna nsewwu l-inġustizzji' Cardona jammetti li l-'każijiet personali' jibqgħu problema fost sezzjoni ta' Laburisti li ma jridux jafu bil-partit minn Albert Gauci Cunningham APPARTI kritika li jista' jkun li qed jaqla' minħabba temi ta' interess nazzjonali, il-Partit Laburista għadu qed jiffaċċja kritika u anke reżistenza minn ġewwa, minn fost partitarji Laburisti stess, li ma jridux jafu aktar bil-partit. L-aħħar żewġ stħarriġ tal-gazzetta Maltatoday, wieħed ippubblikat f 'Mejju u l-ieħor il-Ħadd li għadda, juri li hemm bejn 9% u 10% tal-Laburisti li ma jridux jivvutaw. Mal-ILLUM id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona, li kien elett fil- kariga bl-għajta li jirranġa l-inġustizzji u jreġġa' lura l-emoraġija ta' Laburisti mill-partit, ammetta li waħda mill- problemi li għadu qed jiffaċċja l-partit fost l-għeruq tiegħu hija dik ta' 'każijiet personali'. Mal- ILLUM saħaq li "kemm ili Deputat Mexxej, għal dawn l-aħħar erba' xhur dħalna f 'diversi każi personali, fosthom ta' inġustizzji, u ħadna azzjoni. Hemm ċertu każi fejn l-individwi ngħataw rimedju, oħrajn li qed ikunu evalwati u każi oħrajn li għad iridu jaslu għall-attenzjoni tagħna." Tinkwetah il-figura ta' 9% lid-Deputat Mexxej tal-PL? Cardona jisħaq li hu jinkwieta, anke jekk ikun hemm persuna waħda "li l-Partit Laburista mhux jilħaq l-aspettativi tagħha." Iżid jgħid li "fiċ-ċirkostanzi l-vot m'għandux ikun l-għan primarju, il-punt tat-tluq huwa l-ġustizzja mal- individwu." Tkompli f 'paġna 4 BILGĦAN li tiżdied is-sigurtà fit-toroq, il-Ministru tal- Ġustizzja, Kunsilli Lokali u Kultura Owen Bonnici, qiegħed jipproponi numru ta' proposti relatati mas-sewqan, b'uħud jitrattaw sewqan taħt l-influwenza tax-xorb. Waħda mill-aktar proposti li forsi se tqanqal kontroversja se tkun li l-gwardjani lokali jingħataw id-dritt jagħmlu t-test bil- 'breathalyser' lis-sewwieqa suspetti li jkunu taħt l-influwenza tal-alkoħol. S'issa dan kien isir biss mill-Pulizija. Bejn Pulizija u gwardjani lokali li se jibdew iwaqqfu u jittestjaw aktar nies, is- sewwieqa issa jridu joqgħodu aktar attenti dwar l-ammont ta' alkoħol li jikkonsmaw qabel isuqu. Minbarra għas-sigurtà tagħhom stess u għal dawk ta' madwarhom, il-konsum tal-alkoħol waqt is-sewqan, permezz tal- emendi proposti, se jkun kkastigat b'pieni eħrex u aktar stretti. Il-'breathalyser' f 'idejn il-wardens ukoll… Tkompli f 'paġna 6 minn Ruben Anthony Xuereb 'Ħallu lilna niddeċiedu x'nagħmlu b'ġisimna' HEKK tgħid petizzjoni, ndirizzata lill-Membri Parlamentari kollha, li bdiet iddur mis-Sibt, kmieni filgħodu, u li qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex isemma' leħnu kontra r-rakkomandazzjonijiet ta' tliet kumitati Parlamentari, jiġifieri li l-Morning After Pill (MAP) għandha tinbiegħ biss meta l-mara jkollha riċetta mingħand tabib. Il-petizzjoni li bdiet minn Jelena Bezzina, waħda mill- 102-il mara li fetħu protest ġudizzjarju biex il-MAP tkun liċenzjata, importata u mibjugħa mill-ħwienet, tħeġġeġ lid-Deputati kollha biex iħallu f 'idejn il-mara fi kwistjonijiet li jirrelataw ma' ġisimha. Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016