Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 530 • 11 ta' Diċembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Angelo Chetcuti Ara paġni 34 u 35 CHRISTMAS PARADE SATURDAY 17 TH DECEMBER - 7.30pm VENUE: Republic Street - VICTORIA A Christmas parade will start from the lower part of Republic Street and will make its way up to Independence Square. The parade will be a Christmas celebration exhibiting various beautiful costumes, festive dancing and popular characters such as Father Christmas, Snowmen and numerous other cartoon characters. The popular musical band 'BrassTubes' will close the event. CHRISTMAS IN GOZO www.visitgozo.com Further information please visit: www.christmasingozo.com or our facebook page Christmas in Gozo MINISTRY FOR GOZO The Christmas parade is organised in collaboration with Centre Stage Dance Academy, directed by Natalie Sciortino. 'Jaqq, ma nilagħbux magħha' Rakkonti xokkanti ta' tfal u familji mwarrbin minħabba qrabathom li qegħdin il-ħabs minn Veronica Lynn Mizzi OMM ta' tifla ta' tliet snin li tattendi l-kindergarten, tirrakkonta kif it- tfal fl-iskola bdew jgħidu lil xulxin, "jaqq, ma nilagħbux magħha għaliex il-papà tagħha ħabsi." B'għafsa ta' qalb, din il-mara rrakkontat kif l-ewwel ġurnata tal- iskola tat-tifla tagħha, kienet fost l-aktar diffiċli għaliha hekk kif semgħet tifel jinkoraġġixxi lil studenti oħrajn biex lil bintha jagħtuha l-ġenb. "...awtomatikament, kif daħlet ta' tliet snin, it-tfal bdew jgħidu lil xulxin, 'jaqq ma nilagħbux magħha, jaqq ma nilagħbux magħha.'" L-omm tgħid kif f 'dak il-punt, daret fuq it- tifel partikolari, u staqsietu jekk kliemu hux riflessjoni ta' dak li kien qed jisma' mingħand il- ġenituri, "għax imbagħad, ma flaħtx nisma' iżjed." Din hija biss esperjenza waħda minn għexieren oħrajn meħudin minn kampjun ta' għoxrin familja, miġbura f 'rapport intitolat 'Locked Out' ippubblikat mill-Fondazzjoni mid- Dlam għad-Dawl. Din l-esperjenza ma kinitx l-unika waħda hekk kif omm oħra tistqarr li t-tfal jistgħu jkunu verament insensittivi, u "ssib min hu lsienu ħażin u jipprova jweġġgħek. Imbagħad, fl-aħħar mill- aħħar trid tkun soda u ma tagħtix kas ilsien in-nies." Tkompli f 'paġna 10 Inkapaċi li taħdem 40 siegħa… imma tajba għal 60 Diżorganizzazzjoni dipartimentali għall-benefi ċċju tal-ftit minn Albert Gauci Cunningham STRAMBA imma vera! Għal ħames snin sħaħ assistenta soċjali li kienet taħdem fid-Dipartiment tal-Kura tal- Anzjani kienet iddikjarata, b'ċertifikat tat-tabib, li ma tistax taħdem aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa, minħabba raġunijiet ta' saħħa u ta' età. Issa jirriżulta li fil-fatt, fl- istess ħin, l-istess impjegata tal-Gvern kellha impjieg ieħor, mal-Gvern ukoll, li fih kienet qiegħda taħdem 25 siegħa fil-ġimgħa oħra. Dan ifisser li minkejja ċ-ċertifikati tat-tabib li ma tistax taħdem 40 siegħa fil- ġimgħa, fil-verità din kienet qed taħdem 60. U dak mhux kollox! Il-paga li kienet qed tieħu mid-Dipartiment tal- Edukazzjoni kien qed jitniżżel kollu bħala allowance, bil- konsegwenza li fuqu ma kinitx qed titħallas bolla. Imma biex verament kollox ikun ħarir, l-istess impjegata, imħallsa mit-taxxi tal-poplu, kienet qed tirċievi bonuses miż-żewġ postijiet tax-xogħol, biex fl-2015 biss, ingħatat €200 iktar f 'bonuses tal-Gvern milli suppost: €712 minflok il-€512 li jirċievi kulħadd. Tkompli f 'paġna 4 Hekk kif jidher li l-iskuntentizza fil-konfront tas- segretarju ġenerali tal-PN, Rosette Thake qiegħda tikber, u hekk kif ħafna partitarji tal-PN qed iħossu li hi maqtugħa mill-għeruq, David Casa jħabbar li għandu kull intenzjoni li jikkontesta għall- istess kariga li għandha Thake llum, wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ara paġna 5 Irid isir segretarju ġenerali David Casa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016