Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 1 Tarxien R .................. 1 TARXIEN Rainbows kisbu punt prezzjuż kontra Floriana meta żammewhom fi draw ta' 1-1. Il-Greens kellhom bidu perfett meta fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob, meta xutt b'saħħtu ta' Nicolas Chiesa ġie milqugħ parzjalment mill-goalkeeper żagħżugħ ta' Tarxien Rainbows, Andrea Cassar, biex mir-rebound daħal bħal vleġġa Mario Fontanella, li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fis-36 minuta, Floriana, resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta Amadou Samb irċieva through pass, ġie wiċċ imb'wiċċ mal- goalkepeer Cassar, illobbja l-ballun iżda t-tentattiv tiegħu stampa mal-wieqfa, bid-difiża tar-Rainbows tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana rebħu penalti, meta Ebiabowei Baker waqqa' lil Maurizio Vella fil-kaxxa, iżda t-tentattiv mill-11-il metru tal-captain tal- Greens, Nicolas Chiesa ġie salvat parzjalment minn Andrea Cassar, waqt li d-daqqa ta' ras ta' Mario Fontanella ntemmet għoli. Tarxien Rainbows ġabu l-iskor ndaqs fis-66 minuta, meta wara li rċieva minn kross mix-xellug, daqqa ta' ras mill-isbaħ mill-viċin ta' Triston Caruana għelbet lil Justin Haber. Sitt minuti biss wara, Floriana, resqu viċin li jerġgħu imorru fil-vantaġġ permezz ta' xutt b'saħħtu ta' Maurizio Vella li ġie devjat minn difensur tar-Rainbows, bil-ballun jaħbat ma' sieq il-wieqfa qabel intemm f 'korner. Floriana - Haber, Pepe (Camenzuli 25'), Ruiz, Pisani, Borg, Vella, Pisani, Cini, Samb, Chiesa (Amadeo 80'), Mario Fontanella Tarxien R. - Cassar, Baker, Marcelina, Galea (Zammit 56'), Caruana (Agius 71'), Ponce de Leon Garcia, Nilsson, Fernandez Prendes, Da Paixao Alves, Tabone, Borg Referi - Matthew Degabriele MAURIZIO VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Floriana fil- bidu ta' dan l-istaġun. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Tarxien Rainbows jiksbu punt prezzjuż kontra Floriana Sergio Fernandez Prendes segwit minn Amadou Samb Ritratt: Dominic Borg Ritratt: www.florianafc.org

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016