Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 35 b'aspirazzjonijiet sbieħ għall-futbol Malti minnu. Sfortunatament hija ta' tentazzjoni kbira għaliex il-flus kapaċi jagħmuk, speċjalment f 'sitwazzjoni fejn tkun tinsab dahrek mal-hajt. Però, ma naħsibx li hija battalja mitlufa għaliex hawn ħafna nies li jistgħu jipprevjenu li dan l-isfreġju jibqa' jikber. Dawn huma n-nies ġenwini fil-futbol li llum jew għada ta' bilfors iridu jkunu parti akbar fil-ġlieda. Jien inħoss li nies kapaċi u li għandhom il-futbol għal qalbhom jindunaw li bis-saħħa tagħhom stess jingħaqdu iżjed minn qatt qabel. Jien, flimkien mal-Intergrity Officer tal-MFA, Franz Tabone, u l-Prosekutur tal-MFA, Dr Adrian Camilleri, ħa nkun qed nara li t-tim sod tagħna jkompli jissaħħaħ biex inkomplu niġġieldu dan il-kankru bl-almu kollu tagħna u mill-aħjar li nistgħu. Il-betting hija attività kompletament legali u ta' saħħa kummerċali kbira speċjalment f 'pajjiżna. Imma bħall-attivitajiet kummerċjali oħra tista' tiġi abbużata. Dak li qiegħed jiġri bil- match-fixing. L-MFA għandha ftehim ma' Sportradar li hija kumpanija li b'awtorizzazzjoni tal-UEFA tħares lejn il-betting patterns biex tara jekk jistax ikun hemm indikazzjoni ta' match-fixing. Taqbel mal-fatt li tim Malti fil- Kampjonat BOV Premier jista' jutilizza sa massimu ta' seba' plejers barranin, waqt li mill-istaġun li ġej, saħansitra jista' jkun il-fatt li ma jkunx hemm limitu għal kemm tim ikun jista' jutilizza barranin? Nistqarr li fil-bidu ma kontx favorevoli għal din l-idea, hekk kif kont qed nara li l-ispazji għall-plejers Maltin kienu se jonqsu drastikament, però wieħed imbagħad ma jistax jiċħad li barra minn Malta hemm ċerti regolamenti li wieħed ma jistax jiċħad l-eżistenza tagħhom jew jagħmel tabirruħu li ma jeżistux. Allura l-futbol bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja jrid jaddatta għal dawn il-bidliet. Iżda, xorta waħda nemmen li l-kunċett ta' seba' plejers barranin huwa soluzzjoni daqsxejn nofsu misjur għaliex xorta ma tilħaqx il-kunċett tal- moviment ħieles tal-plejers 100%, waqt li naħseb li tkun qed iċċaħħad l-ispazju lill-plejers Maltin. X'tikkummenta fuq it-tim nazzjonali Malti u li kieku kif kont twieġeb lil Andrè Schembri wara l-kummenti li huwa għadda wara t-telfa ta' 2-0 kontra l-Ingilterra f 'Wembley Stadium, li tant ħolqu kontroversja ġewwa pajjiżna? Kif diġà għidt fil-pubbliku, il- kummenti ta' Andrè Schembri kont intihom il-piż li ħaqqhom. Naħseb li huwa kien kapaċi jesprimi ċerti ħsibijiet imma żgur li dawn huma ħsibijiet ta' ħafna, u allura wieħed irid joħodhom f 'kuntest. Andrè qal affarijiet li jirrikjedu ċertu ppjanar anki fuq tul ta' żmien. Mhumiex affarijiet li wieħed jista' jkollu tweġibiet għalihom f 'qasir żmien però wkoll ħafna milli esprima hu, huma kunċetti li nafuhom u allura ghandna r-responsabbiltà jew li nassessjaw biex dak li diġà sar jiġi ndirizzat waqt li nkomplu nindirizzaw dak li forsi s'issa għadna ma ndirizzajniex biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol Malti. Li kieku jkollok tiddeskrivi dawn l-ewwel jiem kemm ilek li ġejt mgħarraf li kellek tieħu post Bjorn Vassallo bħala Segretarju Ġenerali ġdid tal-MFA, kif tiddeskrivihom? U barra minn hekk, kif qed tħares lejn il-futur immedjat tiegħek tokkupa din il-kariga? Huma jiem li nista' niddeskrivihom bħala li kienu ta' emozzjonijiet diversi. Nistqarr li kont u għadni ninsab eċitat, iżda ninsab żgur li bl- għajnuna ta' sħabi kollha fl-MFA se nkunu qed naħdmu qatigħ u niksbu l-aħjar riżultati possibbli biex naraw li l-futbol Malti jkompli jagħmel dawk l-avvanzi li l-pubbliku sportiv Malti ilu jixtieq jara. Inħatar bħala Segretarju Ġenerali tal-MFA fis-7 ta' Diċembru li għadda fejn ħa post Bjorn Vassallo Kien Viċi-President ta' Birzebbugia St Peters Huwa Avukat li jaħdem fil-qasam sportiv, jew dak li huwa magħruf bħala Sports Lawyer Kien jaħdem bħala Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fil-Parlament Ewropew ANGELO CHETCUTI "Jien ninsab lest li nirreċiproka l-fiduċja li l-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, dejjem wera u għadu juri lejja permezz ta' ħidma sfiqa għall-akbar ġid tal-futbol Malti" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016